Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11022 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Warrants ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa għandhom: (a) warrant permanenti; (b) warrant temporanju fl-iskejjel 1. Ta' l-istat; 2. Tal-Knisja; u 3. Privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat li għandhom warrant permanenti hu 2728 filwaqt li dawk b'warrant temporanju hu 1336. Informat ukoll li n-numru ta' għalliema li għandhom warrant fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati huwa hekk: SKEJJEL TAL-KNISJA Warrant Permanenti 856 Warrant Temporanju 369 SKEJJEL INDIPENDENTI/PRIVATI Warrant Permanenti 274 Warrant Temporanju 326
Leg 9 PQ #12217 Sitting 218 2000-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sixth form ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fis-sixth form ta' Għawdex hemm studenti b'suġġett wieħed biss tal-Matsec?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Mikelanġ Refalo Centre for Further Studies ta' Għawdex hemm xi studenti li qed isegwu l-Advanced/Ordinary Level Course bħalma hu indikat fil-"Post-Secondary Courses Prospectus 1999-2000", paġna 59, Kors numru 46.
Leg 9 PQ #12211 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn 1987 u 1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #12240 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festi tal-Millenju — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju, attivita', attivita'? Kemm ingħataw direct orders fit-tħejjijiet għal dawn il-festi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9808 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistant heads

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandux il-ħsieb li jdaħħal aktar assistant heads fl-iskejjel ta' l-Istat, wara li diġa' daħħal madwar 23? Kemm se jdum validu dan l-eżami u meta se jiskadi r-riżultat tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li dan l-eżerċizzju ta' għażla hu validu għal sentejn, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tibqa' taħtar Assistant Heads skond il-bżonn matul is-sentejn tal-validita` ta' dan l-eżerċizzju. Fil-fatt minn meta saret din il-Mistoqsija Parlamentari sal-lum, in-numru ta' Assistant Heads maħtura tela' għal 37.
Leg 9 PQ #9935 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Guidance teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers fl-iskejjel: (i) tal-gvern; (ii) tal-knisja; (iii) privati? F'kull skola kemm suppost ikun hemm guidance teachers? In-numru tagħhom huwa relatat man-numru ta' studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Inforamt li fl-iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' tal-Gvern hemm 78 u 12-il Guidance Teacher rispettivament. In-numru ta' Guidance Teachers fl-Iskejjel Post Sekondarji huwa ta' 14. Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 28 Guidance Teacher filwaqt li f'dawk Indipendenti Privati hemm 8. In-numru ta' Guidance Teachers f'dawn l-iskejjel huwa rregolat mill-ftehim milħuq bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-M.U.T. Skond dan il-ftehim, in-numru ta' Guidance Teachers fl-Iskejjel hu ta' wieħed għall-300 student.
Leg 9 PQ #10942 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Fortizza Della Grazzja

Question

In vista ta' domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jikkonsidra li jibgħat uffiċjal biex jeżamina u jagħmel studju rigward il-ħsarat li għandha l-Fortizza della Grazzja ġewwa x-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-restawr tat-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet storiċi jaqgħu taħt ir-responsabilita` tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Dan jgħodd ukoll għall-każ tal-"Fortezza della Grazzia" fix-Xgħajra. Skond l-informazzjoni li għand u d-dipartiment, ebda talba uffiċjali ma saret lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet jew lid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jibda studju u xogħlijiet ta' restawr fuq din il-fortifikazzjoni storika. Madanakollu d-Dipartiment tal-Mużewijiet ser javviċina lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex issir eżaminazzjoni tal-bini storiku in kwestjoni u joħroġ rakkomandazzjoni xierqa dwar l-istat ta' konservazzjoni ta' dan is-sit.
Leg 9 PQ #10944 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar s'issa tul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu u jekk hemmx ikkonsidrat li jkun hemm materjal informattiv li jista' jinbiegħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li sar s'issa matul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur huwa bażikament ta' natura strutturali sabiex tkompli tissewwa l-ħsara kbira li kien hemm fil-bini. * Tqaxxir, tikħil mill-ġdid u tibjid ta' kmamar fis-sezzjoni tal-kċina, tal-ħabs, l-Appartamenti ta' Ruffo, u partijiet oħrajn. * Bdil ta' għadd ta' xorok u travi li kienu se jaqgħu. * Tindif ta' bjar u partijiet oħra tal-Palazz minn ammont kbir ta' terrapien u imbarrazz ieħor. * Skav arkeoloġiku fil-ġnien. * Bini ta' ġnien ibbażat fuq deskrizzjoni tas-seklu sbatax. * Bini ta' toilets ġodda għall-viżitaturi. * Inbeda t-tibdil tas-sistema elettrika tal-Palazz kollu. * Inbeda r-restawr ta' affreski b'koordinazzjoni maċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi. * Ftuħ ta' kamra għall-pubbliku dwar it-tradizzjonijiet popolari marbuta ma' l-Għid. Bħalissa qed issir riċerka biex jinġabar kemm jista' jkun materjal fuq il-Palazz. Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar kif din l-informazzjoni eventwalment se tiġi mgħoddija lill-pubbliku.
Leg 9 PQ #10965 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin u barranin fl-iskola ta' Bighi? Hemm vakanzi ta' teachers f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Abram Gatt, Bighi ingħalqet nhar l-4 ta' Lulju 1999. Il-bini li kien jintuża minn din l-Iskola issa qiegħed jintuża miċ-Ċentru Malti għar-Restawr li twaqqaf f'Mejju 1999. Minbarra laboratorji u workshops tar-resawr, iċ-Ċentru iħaddan fih l-Istitut għall-Istudji fir-Restawr li joffri korsijiet li jvarjaw minn sena għal erba' snin. L-ewwel sittax-il studenti fl-Istitut għall-Istudji fir-Restawr iddaħħlu f'Ottubru 1999 u jinkludu 14-il Malti u żewġ barranin. Hu mistenni li n-numru ta' studenti fiċ-Ċentru jista' jitla' sa mhux aktar minn mija u għoxrin (120) matul medda ta' ħames snin. L-għalliema fl-istitut għall-Istudji fir-Restawr huma taħlita ta' restawraturi Maltin u barranin, part-time lecturers Maltin u barranin u teachers/instructors mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn ta' l-aħħar jgħallmu diversi suġġetti awżiljarji inkluż Computer Studies, Taljan, Ingliż, Physics, Technincal & Line Drawing kif ukoll jippreparaw korsijiet ta' tħejjija bil-Malti u bl-Ingliż u jgħinu fix-xogħol tal-Laboratorji u workshops. Jeżistu numru ta' postijiet vojta għal speċjalisti fir-restawr kif ukoll ta' lecturers/għalliema u oħrajn mistennija li jinqalgħu hekk kif l-istudenti jimxu minn sena għall-oħra fl-istudji tagħhom kif ukoll meta jinbdew korsijiet ġodda.
Leg 9 PQ #10978 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Dixxiplini sportivi

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10105, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx xi ħadd biex imexxi u jopera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhuma l-kondizzjonijiet imposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kumpannija magħżula biex tmexxi u topera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali kienet Dance Workshop Ltd, li l-offerta tagħhom kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.
Leg 9 PQ #11107 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi

Question

B'riferenza għall-iskola ta' Bighi, jista' l-Ministru jgħid: (a) fuq liema kriterji ntgħażel l-istaff; (b) kemm hemm instructors/għalliema; (ċ) fiex waslet it-tender għal kċina li se tiswa madwar Lm26,000; u (d) kemm hemm studenti bħalissa f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Waqt li nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija għall-Mstoqsija Parlamentari 10965, inżid li: 1. Il-kriterji li fuqhom intgħażel l-istaff ivarja skond il-livell ta' taħlim li mistenni jagħmlu: a) Dawk l-għalliema li huma speċjalisti fir-restawr jew li jagħtu lectures fl-istorja ta' l-Arkitettura, l-istorja ta' l-Arti, l-Arkejoloġija, kimika, fotografija, etc, intagħżlu wara sejħa pubblika li xxandret fil-gazzetta tal-Gvern kif ukoll f'gazzetti Maltin u Taljani f'Mejju/Ġunju 1999. i) Il-kriterji għal restawraturi/għalliema kienu jinkludu li dawn kellhom kwalifiċi ta' l-Istituto Centrale per il Restauro, l-Istituto Centrale per la Patologia dell'Libro ta' Ruma, l'Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze jew ekwivalent aċċettat minn dawn l-istituzzjonijiet. ii) Il-kriterji għal-lecturers ta' livell universitarju kien ta' speċjalizzazzjoni terzjarja f'xi kamp ta' l-istorja ta' l-Arkitettura, Arti jew Arkejoloġija. iii) Il-kriterju għall-għalliema fil-fotografija kienu: a) kwalifiċi akkademiċi b) speċjalizzazzjoni fl-arti grafika c) esperjenza u portfolio b) L-għalliema/instructors li jgħallmu suġġetti awżiljarji bħall m'huma Computer Studies, Physics, Taljan, Ingliż, Technical u Line Drawing intgħażlu minnn dawk l-għalliema/insturctors li kienu jgħallmu fl-iskola tas-snajja' Abram Gatt, Bighi, qabel ma din ingħalqet nhar l-4 ta' Lulju 1999. i) Il-kriterji għall-għalliema/instructors kienu: a) il-kwalifiċi u esperjenza tagħhom b) ix-xeħta għal suġġetti tekniċi jew artistiċi c) ir-rieda li jibqgħu jgħallmu Bighi wara li għalqet l- iskola Abram Gatt fejn kienu jgħallmu qabel d) il-ħtieġa taċ-Ċentru tar-Restawr għas-servizzi li setgħu joffru; 2. In-numru ta' restawraturi/għalliema, lecturers, għalliema u instructors part-time u full-time ivarja minn sena għal sena skond il-ħtiġijiet taċ-Ċentru u l-korsijiet offruti fih. Bħalissa dawn l-għalliema part-time u full-time ilaħħqu madwar 40 bejn barranin u Maltin 3. It-tender għall-kċina taċ-Ċentru Malti għar-Restawr għadu m'għalaqx. Mistenni li dan jiġi kkunsidrat flimkien ma' tenders oħra f'Diċembru 1999. Il-kċina trid tlaħħaq mal-ħtiġijiet kollha taċ-Ċentru (li jinsab f'Bighi u fejn m'hemmx faċilitajiet oħra fil-viċinanzi), jiġifieri a) korp studentesk li mistenni jitla' sa mhux aktar minn 120 ruh; b) ir-restawraturi residenti Taljani u barranin (li joqgħodu fiċ-Ċentru u li jistgħu jitilgħu sa 20 ruh) c) ir-restawraturi u ħaddiema oħra li jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Bighi, (liema numru ta' restawraturi u ħaddiema oħra ġie li jaqbeż il-mitt ruh) d) viżitaturi li jattendu għal seminars jew korsijiet oħra. Kif ġie imwieġeb f'aktar dettall fit-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 10965, fl-Istitut għall-Istudji fir-Restawr hemm 16-il studenti fil-kors tad-Degree in Conservation and Restoration Studies li nfetaħ l-ewwel darba f'Ottubru 1999 u li jdum 4 snin. Hu mistenni li n-numru ta' studenti jibqa' jiżdied kull sena permezz tad-dħul fil-kors ta' 4 snin u dak f'korsijiet iqsar.
Leg 9 PQ #11344 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal bl-antism

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal bil-kondizzjoni ta' l-autism; (a) fl-iskejjel primarji tal-Knisja; (b) fi skejjel primarji ta' l-Istat; (c) fi skejjel sekondarji tal-Knisja; (d) fi skejjel sekondarji ta' l-Istat? Kemm minn dawn it-tfal autistic għandhom magħhom f'kull każ (a) facilitator kwalifikata fl-autism; (b) kindergarten assistant mhux imħarrġa fl-antisim; (c) supply kindergarten assistant mhux imħarreġ fl-antism?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal li jbagħtu b'din il-kundizzjoni fl-Iskejjel ta' l-Istat huwa 38. Fl-Iskejjel Primarji hemm 27 u 9 fil-Kindergerten Fis-Settur Sekondarju hemm studenta waħda Hemm facilitator waħda li ħadet id-Diploma u ġiet imħarrġa fuq spettru wiesgħa ta' diżabilita` li jinkludi ukoll l-autism. Hemm 17-il Kindergarten Assistant li bħal facilitators kellhom taħriġ wiesgħa f'diżabilitajiet differenti. Hemm 19 Supply Kindergarten Assistants li mhumiex imħarrġa fl-autism. Informat ukoll li n-numru ta' tfal li jbagħtu b'din il-kundizzjoni fl-Iskejjel tal-Knisja huma 8. Fl-iskejjel Primarji tal-Knisja hemm 6 Fl-iskejjel Sekondarji tal-Knisja hemm 2 Ma dawn il-każi hemm tlett Facilitators bid-Diploma fl-iskejjel tal-Knisja li ġew imħarrġa fuq spettru wiesgħa ta' diżabilita`. Hemm Kindergarten Assistant waħda li bħal facilitators kellha taħriġ wiesgħa f'diżabilitajiet differenti. Hemm 4 Support Kindergarten Assistants li mhumiex imħarrġa fl-Autism.
Leg 9 PQ #11934 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet kulturali — Kontribuzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għaqdiet kulturali li matul l-1999 ngħataw xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-ministeru? Liema kienu u kemm ingħataw f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minbarra dawk l-entitajiet governattivi msemmija fl-Estimi Ġenerali dawn l-organizzazzjonijiet kulturali ngħataw għajnuna finanzjarja mid-Dipartiment tal-Kultura fl-1999 fl-ammont kif se nsemmi: LM Banda San Ġorġ - Bormla 200 Kunsill Lokali Żebbuġ 200 The Malta Cultural Institute 350 Holy Trinity Band Club - Marsa 100 Euro Institute of Music and Arts 300 Għaqda Letterarja Maltija 50 Malta Photographic Society 200 Soċjeta` Filarmonika Sliema 200 King's Own Band Club 200 Soċjeta` Santa Marija - Banda Re Ġorġ V - Mqabba 200 Kumitat Festa Kristu Re - Paola 100 Għaqda Każini tal-Banda 100 Għaqda Dilettanti Mudelli tal-Knejjes 100 Banda Sant' Antnin - B'Kara 200 European Piano Teachers Association 200 Soċjeta` Mużikali San Lawrenz - Vittoriosa 200 Malta Society of Arts, Commerce & Manufacture 500 Teatru Jien u l-Oħrajn 565 Kumitat Festi Esterni Parroċċa Madonna ta' Lourdes - Paola 300 Kunsill Lokali Xagħra 300 Stella Maris College Choir 200 Kumpannija Teatrali Talent Żebbuġi 300 Mafkar ta' Francis Ebejer - Dingli 350 Ms Joan Schranz - Sponshorship 90 Actel Ltd - Sponsorship - Down Syndrome 1000 Merlin Library Ltd - Sponsor International Year of Older Persons 100 John Bonniċi & Andrew Bugeja - Concert 180 Richmond Fellowship of Malta - Concert 1225.5 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 735 A.I.E.S.E.C. - Global Theme Conference Sponsor 920 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 1265 National Student Travel - Mini-European Assembly 3000 Sasha Rosen - Sponsorship - US/ICOMOS 1604 Ms Francesca Abela Tranter - Sponsorship 2000 Mr Lono Zahra - Sponsorship 200 Zurrieq FC - Sponsorship - Gym Project 2000 Malta Medical Students Association - Sponsorship - Exchange Officers Meeting 2500 Mr Francis Stivala - Sponsorship - European Youth Parliament 2250 Mr Joseph Chetcuti - Sponsorship - Poster Calendar 400 Ta' min isemmi wkoll li t-Teatru Manoel jissussidja lill-Kumpaniji tad-Drama permezz ta' rati mhux kummerċjali għal kiri tat-teatru.
Leg 9 PQ #11973 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Exchanges

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw persuni f'youth exchanges bejn l-1995 sal-lum? Fejn saru dawn il-youth exchanges u kemm intnefqu flus f'kull exchange?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Youth Exchanges bejn l-1995 u l-1999 huma kif ġej: SENA NUMRU TA' PARTEĊIPANTI 1995 120 1996 134 1997 158 1998 130 1999 153 Informat ukoll li dawn l-exchanges saru ma' dawn il-pajjiżi: 1995 Adenau, Berlin, Hamburg, Lancashire, Paderborn, Slovakia u Waldkraiburg. 1996 Rathenow, Irlanda, Napli, Ruma, Slovakia, Veneto, Verona, Waldkraibug u Wirral. 1997 Wirral, Slovakia, Rathenow, Waldkraiburg, Padova, Ċipru, Aosta, Pozzuoli, Turkija u Salerno. 1998 Rathenow, Slovakia, Lussemburgu, Turkija, Wirral, Pozzuoli, Padova, Valle di Roveto u Ċipru. 1999 Slovakia, Poland, Wirral, Padova, Pozzuoli, Verona, Turin, Tunis, Rathenow, Waldkraiburg u l-Ungerija. Fl-aħħarnett informat li d-dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ġeneralment ma jagħmel ebda spejjeż biex gruppi Maltin iżur pajjiżi barra minn Malta. L-ispejjeż tal-vjaġġ iħallsuħ il-parteċipanti waqt li l-pajjiż li qiegħed jospita iħallas l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni. L-ispejjeż involuti fil-programm huma dawk relatati miż-żjarat tal-gruppi barranin f'Malta u dawn ikunu bejn Lm15000 u Lm20000.
Leg 9 PQ #12096 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju li fallew l-iskola għal perijodu ta' aktar minn 15-il jum minn meta b'diet s-sena skolastika 1999/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija numru 12155, u tweġiba għal din tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #12109 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Imtarfa - Għalliem tal-computer

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex studenti ta' Form I f'Sir Temi Zammit Boys Secondary School fl-Imtarfa qatt ma kellhom teacher għal-lezzjonijiet tal-computer minn meta bdiet l-iskola? Jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn u anke jikkonsidra li jsiru lezzjonijiet extra sabiex it-tfal ma jispiċċawx fi żvantaġġ fejn tfal oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel kull sforz biex fl-iskola jinstab għalliem tal-Computer. Informat ukoll li dan l-aħħar instabet persuna kwalifikata li wegħdet li ser tibda tgħallem dan is-suġġett fl-10 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12189 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teknoloġija dentali — Board of studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-board of studies tat-teknoloġija dentali u kemm-il darba ltaqa' fis-snin 1997, 1998 u 1999? Min jagħżel il-membri fuq il-board of studies? Fuq liema kriterji kienu jintgħażlu il-membri? Fuq liema kriterji kien jintgħażel iċ-Chairman? Qabel ix-xahar ta' Novembru, 1999 meta kienet l-aħħar darba li ltaqa' dan il-board of studies u min kienu l-membri preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ta' l-Institute of Health Care ta' l-Universita` ħatar Board of Studies sabiex jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jibda kors tat-Teknoloġija Dentali. Il-Board of Studies bagħat ir-rapport tiegħu fit-18 ta' Ġunju 1997. Il-Board of Studies kien jikkonsisti fid-Dekan tal-Fakulta` tal-Kirurġija Dentali (Professur J.M. Portelli), is-Senior Dental Teknologist ta' l-Universita` (is-Sur J. Zarb) u l-Principal Dental Technologist tad-Dipartiment tas-Saħħa (J. Salamone Reynaud). Dwar ir-raġuni għaliex il-kors ma fetaħx nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10250.
Leg 9 PQ #12078 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ u Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat għas-sena 2000 bħala ħidma fl-oqsma taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-qasam ta'l-isport hemm diversi proġetti programmati għas-sena 2000, fosthom il-bidu ta' xogħlijiet fuq l-ewwel mit-tliet Kumplessi Sportivi (fin-naħa tal-Cottonera), l-ippjanar tat-tieni wieħed fil-karwija, (Safi/Kirkop), it-tkomplija ta' Skola Sport u għajnuna lill-għaqdiet u Assoċjazzjonijiet Sportivi. Fil-qasam taż-żgħażagħ ser tissokta l-għajnuna li qed nagħtu lill-għaqdiet taż-żgħażagħ u lil żgħażagħ individwali. Proġetti oħra huma l-Youth Exchanges, Youth Specialization Studies Scheme, Youth for Drama, u proġetti oħra li minn żmien għal żmien ikunu proposti lil dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #12155 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Minstru jgħid minn liema lokal ġejjin l-istudenti li kienu regolarment assenti mill-iskejjel biċ-ċertifikat mediku hekk kif hemm ddikjarat fil-mistoqsija parlamentari numru 11944?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li d-Dipartiment konċernat ta lill-iskejjel żmien sa l-14 ta' Jannar biex jibgħatu t-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra wara li jidħol u jiġi kompilat dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #12181 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Estimi Supplimentari — Vot 24, item 5488

Question

B'riferenza għal Vot 24 line item 5488 ta' l-estimi supplimentari, x'kienet l-"unforeseen increase in the costs of the National Swimming Pool, Complex" li rrikjediet nefqa addizzjonali ta' Lm19,000? Fiex intnefqet is-somma ta' Lm99,000 mill-Pixxina Nazzjonali tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa addizzjonali li għaliha hemm riferenza fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kienet dovuta għas-somma ta' kumpens lill-ex Operations Manager tal-Pixxina Nazzjonali. Audited Accounts tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għas-sena 1999 li għadha kemm skadiet mistennija li jkunu disponibbli fi ftit żmien ieħor.