Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2846 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef Intervention Scheme — Tnaqqis ta' levy

Question

B'riferenza għal-laħam tal-Beef Internvention Scheme u tnaqqis tal-levy fuq burgers taċ-ċanga friska mportata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif l-industrija lokali mhux se tiġi affettwata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jeżisti ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u r-raħħala dwar prezz minimu fuq il-qatla tal-baqar. Għaldaqstant r-raħħala għadhom protetti. Għadu kmieni wisq biex wieħed jkun jista' jevalwa xi impatt li jista jkun hemm fuq il-produtturi tal-beef burgers.
Leg 9 PQ #2952 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2164?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamara l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tarzna — Bini ta' vapuri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-vapuri ġodda għal Għawdex fit-Tarzna tal-Marsa? Veru li d-disinji kollha tal-vapuri għadhom ma waslux minn barra u dan qed iżomm ix-xogħol lura? X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol ma jaqax lura? X'passi se jittieħdu biex tissaħħaħ it-tmexxija ta' din it-Tarzna u x-xogħol ikun organizzat aħjar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li il-programm tal-bini tal-vapuri t`Għawdex kellu jinbidel aktar minn darba f`dawn l-aħħar sentejn, l-aktar minħabba li l-Malta Shipbuilding kienet daħlet għal ħafna aktar xogħol milli setgħet tlaħħaq miegħu. Mill-aħħar pjan li sar fi Frar li għadda ix-xogħol waqa` lura b`ħames xhur. Qed isiru sforzi biex dan id-dewmien jiġi rkuprat. Għad hemm diffikulatjiet rigward id-disinji li hija responsabbli għalihom il-kumpanija Daniża Carl Bros As. Għalkemm il-MIMCOL ser tibgħat żewġ uffiċjali tekniċi fid-Danimarka fil-jiem li ġejjin biex jiddiskutu din il-problema direttament ma ` l-ogħla uffiċċjali tal-Carl Bro. Il-Gvern qed jikkunsidra pjanijet ta` riforma għat-tarzna tal-Marsa biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazjoni tax-xogħol. Nittama li nkun f` pożizzjoni li nagħti dettalji aktar il-quddiem.

Ta' Ġiorni — Lamp-posts fil-playing field

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni immedjata biex jitneħħa l-periklu li hemm mil-lamp-posts fil-playing field ta' Ta' Ġiorni? Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Kumpannija Tug Malta — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vacancies kien hemm fil-Kumpannija Tug Malta dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk kien hemm, dawn imtlew? Xi proċeduri ġew segwiti biex dawn jimtlew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent hemm vakanza ta` Tug Operations Officer u bħalissa qed isiru l-intervisti għall-mili ta` din il-vakanza. Is-sejħa saret fil-medja lokali wara li ntalab il-permess meħtieġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-approvazzjoni tal-MIMCOL.

Enemalta — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tidħol il-Korporazzjoni Enemalta, mill-1990 'il hawn, kemm tressqu każijiet (u kemm-il wieħed intrebaħ mill-ħaddiema) quddiem: (i) l-Ombudsman; u (ii) il-Qrati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw u f'liema kategoriji promozzjonijiet fil-Korporazzjoni Enemalta minn Lulju sal-5 ta' Settembru, 1998? Ingħataw promozzjonijiet mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet u jekk fl-affermattiv, lil min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2866 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se jagħlaq ISO 9002 li jirrigwarda Aviation Section tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Hemm xi ħsieb li dan jerġa' jiġi mġedded? Xi tħejjijiet qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta biex dan ikun jista' jiġġedded? Meta hu mistenni li jsiru l-inspections li jmiss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2820 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — BOV - Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-Bank of Valletta ta' Pjazza San Ġorġ, Valletta jsir refurbishment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk id-direzzjoni tal-Bank tħoss il-ħtieġa li jsir ir-refurbishment imsemmi, dan isir. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern għandu biss 25% fil-bank u għalhekk deċiżjoni fuq din il-materja hija kompitenza tal-Board tad-diretturi.
Leg 9 PQ #2717 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1453, Seduta Nru. 28, dwar żviluppi ta' Industrial Estate fir-Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isir eżerċizzju bejn l-MDC u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġu identifikati siti ġodda li jistgħu jiġu żviluppati f`żoni industrijali. Dan l-eżerċizzju qed isir fuq skala nazzjonali u qed jiġi nvolut ukoll id-Dipartiment tal-Artijiet. Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid meta u fejn jistgħu jiġu żviluppati dawn is-siti.
Leg 9 PQ #2718 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zoni industrijali — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1455, Seduta Nru. 28?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy tal-gvern hija illi proġetti ta` kull daqs ta` natura industrijali kif ukoll servizzi ġodda li jgħinu fl-iżvilupp tal-ekonomija, isibu l-art u l-bini neċessarju biex jeżerċittaw l-attivitajiet tagħhom. Għal dan il-għan hemm kuntatti mad-dipartimenti u awtoritajiet konċernati biex jiġu identifikati siti ġodda għal żvilupp fil-futur. Il-preparazzjoni biex jitwaqqfu l-Aviation Services Park u l-Marine Services Park għadhom għaddejjin.

MDC — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex id-dokument li qed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija jintbagħat lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali? X'sar mill-fondi li baqgħu jinqatgħu sal-lum mis-salarju ta' dan l-impjegat bħala l-kontribuzzjoni tiegħu tal-bolla? X'passi se tieħu l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp biex tirregolarizza lilha nnifisha mal-liġi peress li dan l-impjegat baqa' mal-Korporazzjoni u għadu ma temmx ix-xogħol tiegħu magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2785 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpanniji privati

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta informazzjoni hi meqjusa ta' natura kummerċjali? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-kumpanniji li huma responsabbilta' tal-ministeru tiegħu li jaqgħu taħt din il-kategorija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kull każ jitqies fuq il-mertu tiegħu u għaldaqstant huwa diffiċli biex tagħmel regoli ġenerali. Madankollu, wieħed jista` jgħid illi nformazzjoni hija ta` natura kummerċjali meta din tkun relatata ma` transazzjonijiet strettament kummerċjali ta` xi korporazzjoni pubblika jew ta` xi ażjenda ta` l-Istat, jew li tinvolvi l-iżvelar ta` nformazzjoni kummerċjali illi l-Istat tkun ottjena kunfidenzjalment jew taħt obbligu li ma jiżvelahiex. Tista` tkun ukoll informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun inġustament jippreġudika l-interessi kummerċjali ta` terzi. Mhux il-każ li tgħid li hemm xi entita illi l-informazjoni mitluba dwarha ma` tista` tiġi żvelata qatt. Jiddependi x`informazzjoni tkun qed tintalab.
Leg 9 PQ #2810 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Qtugħ ta' linji tat-telephone

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2813 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta — Qtugħ ta' servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent ma għandi xejn u nżid mat-tweġiba li tajt għall-istess mistoqsija parlamentari numru 2634 magħmula mill-istess membru, għax l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Australia Hall

Question

Peress li mindu nħarqet l-Australia Hall partijiet ta' Pembroke baqgħu fid-dlam għax saret ħsara fis-sistema tad-dawl pubbliku, jista' l-Ministru jara li tissewwa din il-ħsara biex dawk it-toroq pubbliċi f'Pembroke jerġa' jkollhom id-dawl u jonqsu l-perikli għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li meta nħarqet l-Australia Hall saret ħsara fil-fuse tad-dawl fi Triq El Alamein. Din il-ħsara issewwiet u bħalissa qed isir xogħol biex jiġi żgurat li l-bozoz kollha tat-triq jiffunzjonaw.
Leg 9 PQ #2525 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI/Poultry Processing Association — Miżuri ġodda

Question

B'riferenza għan-nuqqas reġistrat bejn l-FOI u l-Poultry Processing Association dwar il-miżuri l-ġodda li ntroduċa l-gvern fuq il-levy ta' beef burgers importati, jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-partijiet konċernati u x'kienu l-iżviluppi reġistrati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa kelli laqgħa oħra mal-Poultry Processing Association. Dwar l-iżvilupp reġistrati f`dan l-istadju ma jkunx prudenti li wieħed jagħti dettalji.

Attard — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1958 tat-30 ta' Novmebru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol fl-għelieqi biswit Triq Haż-Żebbuġ, H`Attard sar sabiex jingħata servizz ta` elettriku lil żewġ applikanti. Skond ir-regolamenti, l-ispiża li tammonta għal total ta` cirka Lm1685, tħallsu mill-Korporazzjoni Enemalta peress li x-xogħol jaqa` fil-limitu ta` 150 metru. L-applikazzjoni għal dan ix-xogħol saret waħda fl-24 ta` Gunju 1998 u l-oħra fid-9 ta` Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2761 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħwienet/stabbilimenti — Bejgħ ta' tessuti/żraben

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-ħwienet u stabbililemti, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li jbiegħu tessuti u żraben?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li permezz ta` l-Att ta` l-Istatistika mhux permess li tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant minħabba raġunijiet ta` kunfidenzjalita` li hi mħarsa mill-istess att.
Leg 9 PQ #2340 Sitting 39 1998-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Triq il-Kulleġġ - Sqaq Nru. 2

Question

Jista' l-Ministru jara li jawtorizza u jikkordina x-xogħlijiet fi Sqaq Nru. 2, fi Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat ċioe' sabiex il-bozza li hemm f'nofs l-isqaq titressaq ftit metri 'l ġewwa ħalli d-dawl jkun estiż aħjar għall-aċċess tar-residenti kollha ta' dan l-isqaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba biex titjieb id-dawl fl-isqaq imsemmi qiegħda tiġi kkunsidrati flimkien ma` talbiet oħra.