Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux jingħata b'xejn l-iskimmed milk li kien jingħata miċ-ċentri tas-saħħa? X'kienet ir-raġuni jekk m'għadux jingħata? Kif jista' jakkwista skimmed milk min ibati bil-cholesterol fid-demm, bi ħlas, b'xejn jew bi prezz sussidjat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10617. Inżied li l-Għajnuna Medika fi flus li wieħed jista' jkun intitolat għaliha, hi maħsuba biex jkun hemm sostenn finanzjarju għal dieta speċjali li tkun meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jiġi approvat it-transfer tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, u li taħdem fid-dipartiment taċ-children's allowance u tintbagħat taħdem fis-social services department f'Raħal Ġdid minħabba problema kbira ta' xogħol u nuqqas ta' staff?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li kont tajt f'Mistoqsija Parlamentari Numru 11033.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li ssir il-maintenance tant meħtieġa fi Blk I, Ta' Ganza, Zejtun? Jista' jgħid ukoll ta' min hi r-responsabbilta' li meta l-bozza ta' fuq il-bieb ta' barra tinqata' tiġi mibdula?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fejn jekk jinstab li hemm xogħol ta' natura urġenti dan ser jingħata prijorita'. Sadanittant ir-responsabbilta' biex tinbidel il-bozza ta' fuq il-bieb ta' barra hija tar-residenti ta' dan il-blokk.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex persuni mid-Dipartiment tad-Djar marru jkejlu l-common parts f'uħud mill-appartamenti ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn informazzjoni li nagħtatli, f'dawn il-blokki saru spezzjonijiet mill-Awtorita' tad-Djar, sabiex jiġi stabbilit jekk jistax jiġi nstallat lift f'dawn il-blokki skond skema ġdida li nieda l-Gvern Preżenti. Kif ukoll, saru spezzjonijiet oħrajn mid-Dipartiment għall-Bini u Manutenzjoni tad-Djar bħala parti minn "costing exercise" fuq xogħol ta' manutenzjoni li sar minn ħaddiema ta' dan id-Dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jistax jinstab mezz li bih il-common parts tal-kerrejja Okella Agius f'Qormi Rd, Ħamrun jiġu mnaddfa regolarment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jista' japprezza l-Onor Interpellant, ir-responsabbilta' tat-tindif tal-partijiet komuni hija tar-residenti. Waqt li nifhem l-ispirtu wara din il-mistoqsija, jiddispjaċini li ma jkunx għaqli li jinħoloq preċedent biex ix-xogħol ta' tindif isir mill-Gvern f'dan il-każ partikolari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-għarajjes ikollhom l-opportunita' japplika għal appartamenti ta' l-Awtorita' tad-Djar b'kera b'mod partikolari fejn wieħed jew it-tnejn ikunu: (i) bla xogħol; u (ii) b'impjieg b'kuntratt definit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
S'issa il-policy tal-Gvern kienet li ma jiġux allokati postijiet b'kera lill-għarajjes. Biss, l-Awtorita' tad-Djar ser tistudja l-possibilita' jekk dan jistax isir fid-dawl ta' tant talbiet minn familji li qegħdin jitolbu akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC qabditx parkers tal-karozzi jaħdmu mingħajr permess matul 1999?
Fejn inqabdu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Jannar u Settembru 1999, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, qabdu jaħdmu tmien (8) "parkers" tal-karozzi li ma kienux irreġistrati mal-ETC.
Dawn instabu:
Il-Parking Area tal-Isptar San Luqa - G'Mangia
Il-Parking Area ta' viċin il-Barrakka ta' Fuq - Valletta
Il-Parking Area ta' viċin ic-Central Bank - Valletta
Il-Parking Area tat-Teatru l-Imwaqqa - Valletta
Il-Parking Area ta' viċin Hastings - Valletta
Il-Parking Area ta' viċin Phoenicia Hotel - Floriana
Il-Parking Area ta' viċin il-Preluna Hotel - Sliema
Il-Parking Area ta' Tigne - Sliema
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8852 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Lulju u Settembru tal-1999 kien hemm 1,322 persuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.
FUQ IL-35 SENA
--------------
Irġiel Nisa TOTAL
545 81 626
TAĦT IL-35 SENA
---------------
Irġiel Nisa TOTAL
658 38 696
Fil-perjodu msemmi mietu tlett persuni wara inċidenti li ġraw fuq il-post tax-xogħol.
Peress li residenti ta' Għar Barka, Rabat, Malta, ilhom is-snin jistennew li jsiru l-kuntratti uffiċjali ta' plots/proprjeta' tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'sar matul dawn l-aħħar 12-il xahar sabiex jitħaffef il-proċess u jsiru dawn il-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn naħa tagħha l-Awtorita' tad-Djar ħarġet skema li qabel ma kienetx teżisti, biex min bena d-dar tiegħu fuq plot li sa issa l-Gvern għad ma għandux it-titolu legali fuqha jista' jifdi iċ-ċens tal-plot b'rata sussidjata, biex b'hekk, il-benefiċjarju jieqaf mill-ħlas taċ-ċens. Rigward il-proċess għall-akkwist tal-art, dan isir min dipartiment li ma jaqgħax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8854 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' fabbriki li ssnesjaw ħaddiema bejn Ġunju u Settembru 1999 kien 68.
Is-sensju xahar b'xahar kienu kif ġej:
Lulju 28
Awissu 20
Settembru 20
---------------
Total 93
Senior Officials and Managers 4
Professionals 1
Technicians and Associate Professions 2
Clerks 6
Services Workers and Shop and Market Sales Workers 6
Craft and Related Trade Workers 18
Plant and Machine operators and assemblers 19
Elementary Occupations 37
Minn 93 persuna li ħadu s-sensja
Sabu xogħol full-time 23
Sabu xogħol part-time 1
___________________________
Total 24
Kumpanniji privati — Ħarsien fuq is-saħħa tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8851 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Ġunju w Settembru 1999, l-ispetturi tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol għamlu dawn l-ispezzjonijiet:
XAHAR SPEZZJONIJIET 'FOLLOW-UP INSPECTIONS'
Ġunju* 29 7
Lulju 75 25
Awissu 57 17
Settembru 43 10
In-numru tal-ispezzjonijiet għax-xahar ta' Ġunju kif mogħti fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8851 jirreferi għal dawk l-ispezzjonijiet li saru sad-data li fiha saret id-domanda parlamentari.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' familji li jirċievu l-benefiċċji taċ-childrens' allowance fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji self-employed, kull sena rispettivament, li rċevew dawn il-benefiċċji u kemm kien in-numru ta' ħaddiema mpjegati u/jew qed jirreġistraw għax-xogħol li rċevew dawn il-benefiċċji fl-istess perijodu sena b'sena?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma fl-istess perijodu li tħallset kull sena għal dawn il-benefiċċji taċ-childrens' allowance għall-istess kategorija rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W92 fejn l-informazzjoni mitluba hija rigward l-aħħar ħames snin. Mhux possibbli li tinġabar informazzjoni mis-sistema tal-kompjuter rigward familji li kienu jitħallsu qabel dan il-perjodu.
Il-ħlas tal-Allowance tat-Tfal hu marbut mal-kura u l-kustodja effettiva tat-tfal taħt is-sittax-il sena u mad dħul kombinat tal-ġenituri tal-istess tfal. Peress li d-dħul tal-familja f'ħafna każijiet ma jkunx ġej minn sors wieħed jew minn impieg wieħed, jew minn ġenitur wieħed biss, ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistia li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment jivverifika għal liema tip ta' pensjoni hi ntitolata l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għamlet żmien taħdem mal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna msemmija ser tiġi nfurmata dwar id-drittijiet tagħha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10865, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Bord Konsultattiv dwar it-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor.Interpelant għall-Att Dwar Tfal u Żgħażagħ, Ordnijiet għall-Ħarsien (Att XVIII tal-1980) paragrafi 11(3) u 6(1).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jiġi approvat it-tpartit ta' appartamenti Block 15, Flat 4, Old Wells Street, Valletta ma' Flat 1, Binja Harrigiet, Entratura D, Triq il-15 ta' Settembru, 1598, Mqabba meta ż-żewġ inkwilini li isimhom qed jintbagħat separatament ilhom jinsistu għal dan it-tpartit għal ħafna żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi din l-applikazzjoni ma kienetx ġiet aċċettata mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Id-Dipartiment m'aċċettahiex peress li l-persuni li ġew allokati l-post ta' l-Imqabba m'ilhomx tliet snin li ġew allokati u barra minn hekk ħallewh vojt. Fil-fatt id-Dipartiment sejjer jirrevoka l-allokazzjoni.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonijiet taħt il-kategoriji A, B u C fil-mument f'Malta u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jipprovdix għall-pensjonijiet taħt il-kategoriji A, B u C kif indikat mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant qed nassumi li qed jirreferi għar-rati sħaħ u dawk mnaqqsa illi jitħallsu bħala pensjonijiet b'rati fissi taħt l-iskema kontributorja. Ir-rata ta' dawn il-pensjonijiet tiddependi mill-medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati minn sena għal sena matul il-perjodu applikabbli skond it-tip ta' pensjoni. Fejn din il-medja tkun ta' ħamsin fis-sena titħallas pensjoni bir-rata sħiħa. Fejn il-medja tkun anqas min ħamsin titħallas rata ta' pensjoni mnaqqsa skond l-iskali ta' medja kif jidhru fit-tabella ta' hawn. F'din it-tabella qed nuri wkoll it-tip ta' pensjoni u n-numru ta' pensjonanti f'kull kategorija. Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika skond il-lokalita.
Tip ta' medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati minn sena għal sena.
RATA SĦIĦA RATI MNAQQSA U NUMRU TA' PENSJONANTI F'KULL KATEGORIJA
50 49 - 40 39 - 30 29 - 20
F'każ tal-pensjoni taż-żewġ terzi fejn il-medja tkun ħamsin il-pensjoni titħallas bir-rata sħiħa, fejn il-medja tkun anqas ir-rata hi marbuta direttament mall-medja.
NUMRU TA' PENSJONANTI
TIP TA' PENSJONI RATA SĦIĦA RATA MNAQQSA
Żewġ Terzi 9,491 1,148 + 684 + 322
Matul Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru separatament jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) kemm-il persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol inqabdu jaħdmu; u (2) f'liema xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Lulju u Ottubru ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qabdu jaħdmu 158 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Dawn kienu mqassmin hekk:
Lulju 25
Awissu 20
Settembru 52
Ottubru 61
Dawn il-persuni nqabbdu f'diversi ażjendi u stabbilimenti bħal ristoranti, lukandi, ħwienet, fabbriki, xogħol ta' kostruzzjoni, garaxxijiet, kumpaniji ta' trasport, aġenziji ta' l-ivjaġġar, kumpaniji ta' l-awdituri, pompi tal-petrol, beach concessions, rziezet.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuni b'diżabilita' għandhomx jieħdu l-VAT lura meta jdaħħlu karozza ġdida? Jekk iva, jaħseb il-Ministru li dan is-servizz se jibqa' jingħata fil-futur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-benefiċċju tal-Ħlas Lura tal-Vat fuq karozzi importati minn persuni b'diżabilita' jew ta' familjari tagħhom, skond kriterji stabiliti għal dawn l-aħħar snin, tingħata mill-Ministeru tal-Finanzi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se titneħħa l-free road licence għal persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-benefiċċju tal-Eżenzjoni mit-Taxxa tat-Triq jingħata lil numru ta' persuni b'diżabilita' mill-Ministeru tal-Finanzi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.