Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12660 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Proċeduri ta' sigurta'

Question

Wara li f'Mejju 1998, il-Maġistrat Antonio Mizzi kien għamel rapport dwar proċeduri ta' sigurta' fil-Pixxina Nazzjonali, wara li kien ilu mal-ħames xhur josserva u jkellem lid-diriġenti ta' dak iż-żmien u wasal għall-konklużjoni, fost affarijiet oħra, li "is-sigurezza fil-Pixxina Nazzjonali hija non-eżistenti", jista' l-Ministru jgħid kemm, mir-rakkmandazzjonijiet tal-Maġistrat Mizzi ġew attwati? Peress li fl-aħħar ġimgħat - qabel mal-Pixxina Nazzjonali ingħalqet għal btajjel - xi klijenti nformawni li għall-ħinijiet twal ma kienx hemm deckhand preżenti fuq id-deck peress li kien qed jagħmel xogħol ieħor mqabbad mill-management, jista' jara li dan ma jkomplix isir għaliex anke din tmur kontra li rrakkmanda il-Maġistrat Mizzi f'punt Nru. 4 tar-rapport tiegħu? Tista' tfisser telf ta' ħajja ta' għawwiem f'emerġenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #12661 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Deck hands

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati bħala deck hands fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm saru korsijiet tal-First Aid u/jew tal-life saving mindu infetħet? Meta sar kull kors u/jew refresher course? Meta hu maħseb li jsir kors ġdid/refresher course?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #12305 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kartolini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista'jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #12360 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li saru fil-Furjana fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru 1999 u fl-ewwel jiem ta' Jannar, 2000? Jista' jagħti d-dettalji, item, item liema kienu l-kumpanniji privati li pprovdew xi servizz? Kif intgħażlu dawn il-kumpanniji? Saret sejħa għal offerti? Kull attivita' organizzata kemm qamet?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12511.
Leg 9 PQ #12361 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jmexxi l-kulleġġ ġdid tax-xjenza, arti u teknoloġija li hemm il-ħsieb li jinfetaħ f'Ottubru 2000? Kif se jintgħażel? Liema kriterji ta' għażla se jintużaw? Meta se jintgħażel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma ġiet identifikata ebda persuna li ser tmexxi l-Kulleġġ Malti għat-Teknoloġija, Arti u Xjenzi Applikati. Bħalissa għaddej il-proċess ta' l-abbuzzar ta' statut li jelenka r-responsabilitajiet varji fid-diversi livelli ta' tmexxija ta' dan il-Kulleġġ biex iservi bħala bażi konkreta għad-diskussjonijiet meħtieġa ma' dawk involuti.
Leg 9 PQ #12362 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — St Patricks

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun ir-reazzjoni tal-Ministeru għall-proposta li l-istituzzjoni St Patricks tas-Sależjani f'Tas-Sliema tinqasam fi tnejn, parti skola sekondarja għaliha u ffinanzjata bħala skola sekondarja u parti l-istituzzjoni residenzjali għal adoloxxenti bi problemi? X'se jsir mill-kariżma tas-St Patricks li tipprovdi servizz edukattiv lil tfal żvantaġġjati kif xtaq Dun Ġwann Bosco?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma nistax ngħid x'se tkun ir-reazzjoni tal-Ministeru meta l-proposta imsemmija s'issa għadha ma ġietx ikkonsidrata.
Leg 9 PQ #12363 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korporazzjoni tal-Port Ħieles

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Ministeru jaċċetta proposta li għamlitlu l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles biex strutturi u riżorsi tagħha jintużaw għall-project management ta' bini, estensjonijiet u riabilitazzjoni ta' skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta ta' konsulenza wiesgħa mill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles qed tiġi kkonsidrata.
Leg 9 PQ #9674 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — School Girl Mother Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu fl-iSchool Girl Mother Unit din is-sena? Kemm kien dan in-numru sena b'sena, minn mindu twaqqfet il-unit imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfajliet li qed jattendu l-programm fl-iSchool Girl Mother's Unit għas-sena skolastika 1999/2000 huwa ta' għoxrin, li minnhom tlettax huma każi ġodda. Informat li dawn il-figuri jinkludu l-ammont totali ta' studenti matul is-sena skolastika sħiħa. Dan għaliex mhux l-istudenti kollha jattendu tul is-sena kollha, anzi, ġeneralment, dawn jattendu biss għal parti mis-sena skolastika. In-numru ta' każi, sena b'sena, minn mindu twaqqfet il-Unit imsemmija kienu hekk: Sena Skolastika Numru ta' Każi 1989 - 1990 12 1990 - 1991 15 1991 - 1992 28 1992 - 1993 20 1993 - 1994 28 1994 - 1995 35 1995 - 1996 67 1996 - 1997 56 1997 - 1998 73 1998 - 1999 81 Diċembru 1999 20
Leg 9 PQ #10298 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda minn 6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12336 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Manonel Island — Kanuni antiki

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12154 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11998, jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar is-sit fejn jinsabu kanuni antiki li kienu f'Manoel Island xi żmien ilu? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-kanuni? X'hemm ħsieb fejn sejrin jiġu priżervati u konservati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kanuni li kien hemm f'Manoel Island kienu ttieħdu fid-Depot ta' l-AFM f'Pembroke. F'Pembroke, dawn il-kanuni kienu tqassmu bl-ordni fuq bażijiet ta' l-injam u kienu ġew imnaddfa mis-sadid laxk b'assistenza mis-suldati ta' l-AFM. Ta' min iżid li xi sentejn ilu dawn il-kanuni flimkien ma' diversi kanuni oħra li kienu jinstabu mxerrdin f'lokalitajiet oħra kienu ġew miġburin u depositati Fort Mosta. L-iskop ta' dan kien li b'hekk jiġi kkreat 'Artillery Park' Nazzjonali. Dan sar ukoll għaliex billi Fort Mosta f'ċerti ġranet kien qed jinfetaħ għall-pubbliku, issa dawn il-kanuni kienu jistgħu jiġu apprezzati aħjar. Kien sar ukoll inventarju komplet ta' dawn il-kanuni mill-Military History Unit tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Informat li fejn jirrigwarda x'inhu maħsub bħala konservazzjoni u preservazzjoni ta' dawn il-kanuni, qegħdin isiru kuntatti ma' esperti barra minn Malta f'dan il-qasam sabiex ikun jista' jiġi ppjanat programm prattiku u adattat ta' konservazzjoni sabiex ikun jista' jiġi assigurat il-preservazzjoni tal-kanuni fuq bażi permanenti. Fort Mosta bħalissa hemm sitta u ħamsin kanun b'kollox, li tmienja u għoxrin minnhom huma kanuni ingliżi.
Leg 9 PQ #12350 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Nazzjonali ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jidħol il-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid, x'importanza se jingħata lill-isports? Fl-iskejjel ta' l-Istat se jkun hemm żieda fil-ħin għal edukazzjoni fiżika fit-timetable? Kemm? It-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett akkademiku qiegħed isir fl-iskejjel ta' l-Istat? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kurrikulu Nazzjonali ġdid jipproponi "politika ħolistika" fejn "kull qasam ta'l-iżvilupp uman huwa importanti" u fejn "il-komunita` edukattiva trid tara li ebda aspett ta' dan l-iżvilupp ma jkun ipprivileġġjat jew imwarrab". (Prinċipju 7) Id-dokument jagħti importanza lill-Edukazzjoni Fiżika fil-Kindergarten u lill-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport fl-Edukazzjoni Primarja u f'dik Sekondarja. F'dawn it-tnejn l-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport huwa fost is-suġġetti bażiċi. Barra minn hekk hemm riferenza għall-elementi ta' dan is-suġġett f'Għan 10 "Edukazzjoni għall-Ħin Ħieles" u f'Għan 11 "Għażliet għaqlin fil-Qasam tas-Saħħa". Qegħdin isiru pjanijiet biex fl-Edukazzjoni Fiżika, barra li tibqa' fost is-suġġetti bażiċi, tkun tista' tittieħed ukoll bħala "option". B'hekk għal min jagħżel l-E.F. il-ħin jiżdied minn lezzjoni waħda għal erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 3,4 u 5 tal-Junior Lyceum u minn lezzjoni waħda għal ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 4 u 5 ta' l-Area Secondary School.
Leg 9 PQ #12351 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena finanzjarja li għaddiet, kemm intnefaq mill-Pixxina Nazzjonali fuq: (a) żejt biex tissaħħan il-Pixxina; (b) VAT fuq id-dħul; (ċ) fl-użu tat-telephone; u (d) fl-użu ta' l-elettriku? Kemm kienet is-somma mogħtija mill-gvern biex tgħin fl-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa mill-Pixxina Nazzjonali fuq dawn l-items matul is-sena 1999 kienu hekk: Żejt biex tissaħħan il-Pixxina - Lm57,337 Telekommunikazzjoni - Lm 2,593 Dawl u Ilma - Lm24,795 L-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali ngħatat Lm80,000 matul is-sena finanzjarja li għaddiet (1999) sabiex tkopri l-operat tagħha.
Leg 9 PQ #12355 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12155?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-64 studenti li fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11944 jidhru bħala assenti b'ċertifikat mediku huma mqassma kif ġej: Furtu Maria Cospicua Stefano Selvatico Assumpta Secondary Zerafa Form 1 -- Valletta - 1 -- -- B'Kara - 1 Qormi - 2 Form 2 Qormi - 1 Ħamrun - 1 Cospicua- 1 -- Qormi - 1 Form 3 -- Qormi - 3 Żabbar - 1 -- Ħamrun - 2 Marsa - 1 S.Venera - 1 Form 4 B'Kara- 1 Qormi - 1 Cospicua- 3 B'Kara - 7 Valletta - 2 Kalkara - 2 Ħamrun - 1 Żabbar - 1 Form 5 Mellieħa-2 Qormi - 4 Cospicua- 1 Floriana-2 Qormi -1 Ħamrun - 3 Valletta-2 Valletta - 2 B'Kara -2 Mosta - 1 Naxxar -1 Pieta` - 1 Mosta -3 S.Venera - 1 Mġarr -2 Tarxien -1 Siġġiewi-1
Leg 9 PQ #12366 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Skola Karmelo Refalo

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola Karmelo Refalo fir-Rabat, Għawdex, ma ntbgħatx teacher ta' l-Ingliż? Jista' jikkonferma jekk hux veru li hemm il-ħsieb li din l-istess skola Karmelo Refalo tingħalaq? F'każ li din l-iskola se tiġi magħluqa x'se jsir mill-istudenti u l-għalliema li hemm f'din l-iskola? Veru li hemm min qiegħed jippressa biex din l-iskola tas-snajja' tingħalaq biex ikun jista' juża xi klassijiet? Veru li qed isir theddid lill-istess staff ta' l-iskola Karmelo Refalo li se jiġu trasferiti għall-iskola tal-biedja Kelinu Galea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-teacher ta' l-ingliż bdiet fil-11 ta' Jannar. Dwar il-bqija tal-partijiet fil-Mistoqsija nista' ngħid li qed nistenna r-rapport finali dwar ir-riforma meħtieġa fejn għandha x'taqsam l-edukazzjoni teknika. Ikun fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati li jiġi deċiż il-futur ta' l-iskola msemmija. Żgur li beħsiebni nieħu ħsieb li l-bidla tqis sew l-interessi ta' l-istudenti u l-għalliema. Filwaqt li ma hemm ebda indikazzjoni li qed isir xi pressjoni jew theddid lill-istaff ta' l-iskola Karmelo Refalo, napprezza tagħrif konkret jekk jeżisti biex nieħu passi.
Leg 9 PQ #12367 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fis-Sixth Form ta' Għawdex hemm studenti b'suġġett wieħed biss tal-Matsec?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba għal din il-mistoqsija diġa' ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari identika, Numru 12217 f'Seduta 218. Bil-kliem 'suġġett wieħed biss tal-MATSEC', id-Dipartiment qiegħed jifhem jekk hemmx studenti li qegħdin isegwu suġġett wieħed biss. Informat li l-kap ta' l-iskola kkonferma li ma hemm ebda student li qiegħed isegwi suġġett wieħed biss.
Leg 9 PQ #12511 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festi tal-Millenju — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12240?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza li t-tagħrif li qed jitlob jinħtieġ aktar żmien biex jinġabar milli donnu qed jippretendi, anke fid-dawl li ċerti kontijiet għadhom lanqas biss daħlu. Tagħrif sħiħ jingħata meta jiġi kompilat u verifikat.
Leg 9 PQ #12514 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festi tal-Millennju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-financial regulations ġew osservati strettament fl-infiq fuq il-festi tal-Millennju? Kemm kien hemm direct orders b'kollox?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju nirreferi għal tweġiba għall-Mistoqsijiet numru 12240 u 12511.
Leg 9 PQ #12651 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard humiex se jingħataw sa Frar 2000 kif intqal f'risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet għal dan? X'inhi d-data l-ġdida meta se jispiċċa x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Diċembru 1999, id-Dipartiment tal-Kuntratti neħħa minn fuq il-lant tax-xogħol lill-kuntrattur tal-ġebel u saqaf. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet ilha titlob li jsir dan sa mill-15 ta' Ġunju 1999. Id-Direttur tal-Kuntratti appunta kuntrattur ieħor u hu antiċipat li x-xogħol ta' ġebel u saqaf jintemm sa l-aħħar ta' Mejju 2000. Wara jkun meħtieġ li jidħol jaħdem il-kuntrattur tas-servizzi u tal-finitura biex jagħmel ix-xogħlijiet relattivi li huma previsti li jitlestew sa l-aħħar ta' Diċembru 2000. Ir-raġuni li x-xogħol waqa' lura hi li l-kuntrattur appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti preċedentament ma setax jasal biex ilesti x-xogħol mogħti lilu.
Leg 9 PQ #12672 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vittoriosa — St Edwards College

Question

Jista' l-Ministru jibgħat jagħmel spezzjoni f'St Edwards College, Vittoriosa, peress li l-ġenituri tat-tfal jinsabu inkwetati ferm peress li ġew introdotti gambling machines għall-istudenti? Ma jaħsibx li dan jista' jwassal għal riskju ta' vizzju tal-logħob minn eta' żgħira?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlu żjara lill-Kulleġġ ta' St Edward's (Vittoriosa) u għaldaqstant jistgħu jikkonfermaw li l-imsemmija "gambling machines" tneħħew mill-ewwel minn din l-iskola.
Leg 9 PQ #12673 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Mużew ta' l-Arkeoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm oġġetti tal-qedem ittieħdu mill-mużew ta' l-arkeoloġija ta' Għawdex lejn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienet ir-raġuni li għaliha ttieħdu? Kemm minn dawn l-oġġetti għadhom Malta? Għal liema raġuni għadhom ma ngħatawx lura lill-mużew ta' Għawdex? Meta se jerġgħu jinġiebu lura f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi mid-display tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija t'Għawdex ġew trasferiti tminn oġġetti ta' valur arkeoloġiku lejn Malta. Dawn l-oġġetti huma: Nru. tal-Katalgu Deskrizzjoni ta' l-oġġett C2, C3, C4 u C5 Erba' biċċiet fuħħar iddisinjati mill-fażi ta' Għar Dalam B1 Parti minn skutella tal-fuħħar b'disinji inċiżi ta' għasafar, misjuba l-Ġgantija B4 Biċċa fuħħar b'disinn ta' figura umana, misjuba l-Ġgantija C16 Kikkra tal-fuħħar mill-fażi ta' Ħal Saflieni C13 Skutella tal-fuħħar mill-fażi tal-Ġgantija, misjuba l-Ġgantija Dawn l-oġġetti ittieħdu minn Għawdex fl-1995 waqt il-preparazzjoni għall-Esibizzjoni ta' l-Arti Preistorika Maltija 5000-2500 BC li ttellgħet f'Marzu ta' l-1996. Din l-istess esibizzjoni wara ttieħdet ukoll Firenze. Il-provenjenza ta' l-oġġetti minn Għawdex kienet indikata fil-katalgu kemm f'Malta kif ukoll f'Firenze. L-oġġetti meħuda minn Għawdex kollha ġew konservati xjentifikament fl-1995. Il-konservazzjoni ta' l-oġġetti kienet parti essenzjali fil-proċess ta' ħidma fuq l-esibizzjoni. Dawn l-oġġetti kellhom kontaminazzjoni bijoloġika estensiva u problemi oħra ta' restawr. Informat li dawn l-oġġetti se jiġu rritornati l-Mużew ta' l-Arkeoloġija f'Għawdex meta l-vetrini fejn se jitpoġġew jiġu preparati mill-aspett ta' konservazzjoni. Dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta fis-sena 2000.