Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3009 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ġugarelli tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' rigali ta' ġugarelli tal-Milied tal-Korporazzjoni Enemalta f'dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3010 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Karozzi tal-kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li għandhom karozza tal-kumpannija fil-Korporazzjoni Enemalta? Min huma dawk li jieħdu l-allowance kull xahar talli jużaw il-karozza tagħhom? Hemm min fil-Welfare Committee tal-Korporazzjoni Enemalta juża l-karozza tal-kumpannija u fl-istess ħin jieħu l-allowance talli suppost qed juża l-karozza tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3011 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Linji tat-telephones

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Maltacom qed tippjana li taqta' eluf ta' linji abbonati li waqgħu lura fil-ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2934, mhux fl-interess tal-Maltacom li tagħmel restrizzjonijiet jew taqta' l-linji lill-abbonati, pero' tkun kostretta tagħmel dan wara li jkunu ttieħdu l-passi elenkati fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija msemmija fuq.
Leg 9 PQ #3287 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT II — Żieda fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu irrapportati żidiet fil-prezzijiet kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-VAT II? Liema kienu dawn l-items? B'kemm għollew? Kemm kien hemm każi fejn il-Ministeru intervjena sabiex jassigura li ċerti prodotti jorħsu kemm suppost? Liema kienu dawn il-każi? X'miżuri konkreti qed jieħu l-Ministeru biex jiżgura jekk żidiet f'ċerti servizzi kenux ġustifikati jew le? Kemm saru investigazzjonijiet dwar żidiet konnessi mas-settur tas-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq is-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq il-freephone jum b'jum kemm ilha li reġgħet iddaħħlet il-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-VAT, daħlu fil-Consumer Complaint Unit tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur 143 rapport dwar żidiet fil-prezzijiet. Ir-rapporti li daħlu fuq il-Freephone 120, jum b'jum, kienu kif ġej:- DATA NUMRU TA' LMENTI 4.01.1999 11 5.01.1999 12 6.01.1999 27 7.01.1999 16 8.01.1999 27 11.01.1999 39 12.01.1999 11 TOTAL 143
Leg 9 PQ #3354 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema preżentement jaħdmu ma' Kalaxlokk? Kemm hemm ħaddiema li qegħdin jirċievu l-paga d-dar iżda ma jmorrux għax-xogħol? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-ħaddiema kollha ta'Kalaxlokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Customer Service Officer

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat finali, bl-isem ta' kull kandidat, għall-eżami b'riferenza għall-internal call for customer service officer fil-Maltacom li ħarġet fil-11 ta' Settembru, 1998) Jista'l-Ministru jagħti l-breakdown ta' marki lil kull kandidat f'kull suġġett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Water Services Corporation — ISO9000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Water Services Corporation biex akkwistat ISO9000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Luqa — Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw servizz permanenti ta' l-ilma u dawl il-household fi Triq id-Dokkiena, Ħal-Luqa, peress li issa l-main prinċipali ġie mgħoddi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Linesmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' linesmen li mpjegat il-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998? Kemm hemm postijiet aktar vakanti ta' linesmen ma' l-Enemalta? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi ta' linesmen?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħtini data meta dawn il-lampi fit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ (lista qed tintbagħat separatament) sejrin jiġu msewwija peress li ma jixgħelux? Jikkonsidra l-Ministru li barra li tinbidel il-bozza jiġu ċċekkjati kemm il-fuse ta' kull bozza u kemm jekk hemmx xi wires maqtugħin f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Cables tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna li jitneħħew il-cables tad-dawl minn mal-bini ta' 15a, Mamo Street, Ħaż-Żebbuġ, skond l-applikazzjoni magħmula mis-sid ta' l-istess dar li saret kmieni s-sena l-oħra? (Kopja ta' l-applikazzjoni u ittra hawnhekk qed jintbagħtu separatament) Minħabba l-fatt li dawn il-cables ġew dikjarati li huma unsafe ma jidhirlux li dawn għandhom jitneħħew mingħajr aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2847 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-levy li tħallset skond il-mistoqsija parlamentari numru 993, Seduta Nru. 26, ma tħallsitx skond l-Avviż Legali Nru. 68/98 ta' l-Att tal-Protezzjoni ta' l-Industrija Lokali CAP 336 u fid-dawl ta' l-ewwel qari ta' dan l-avviż kien tressaq fil-Parlament fil-25 ta' Mejju, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 993 kienet tirreferi għall-levy imħallsa bejn il-25 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Novembru 1998, jiġifieri mid-data effettiva ta' l-Avviż Legali numru 68/98 sad-data tat-tweġiba. F'dan il-perjodu l-levy inġabret skond l-imsemmi Avviż Legali, jiġifieri 80 ċenteżmu kull kilo impurtat. Pero` parti minn din il-levy, jiġifieri 70 ċenteżmu kull kilo, inġabret bħala 'depożitu'. Dan id-depożitu issa ser jiġi mgħoddi lura lill-importaturi konċernati peress li l-Abbozz ta' Liġi imsemmi mill-Onorevoli Interpellant spiċċa max-xoljiment tal-leġislatura preċedenti.
Leg 9 PQ #2880 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bord tal-Koperattivi — Struttura ta' l-IPSE/IDA

Question

Billi issa s-settur tal-biedja u sajd sa jidħol fl-istruttura tal-IPSE u fl-IDA, jista' l-Ministru jinformani x'diskussjonijiet saru mal-Bord tal-Koperattivi u l-Koperattiva tar-Raħħala, Sajjieda u Bdiewa, l-Agro Industrija, biċċeriji u mal-Koperattivi tat-Tjur u annimali li jipproduċu l-laħam mill-5 ta' Settembru 'l hawn u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hija l-intenzjoni tal-Ministeru li jiltaqa' mar-rappreżentanti konċernati, u fil-fatt diġa' inżammu laqgħat ma' uħud minnhom. Jiena ċert li l-Onorevoli Interpellant jifhem li tali laqgħat, li bosta drabi huma ta' natura teknika, jieħdu fit-tul u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji dwarhom.

VAT — Qasam tal-manifattura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' l-impatt tal-VAT fuq il-qasam tal-manifattura li jipproduċi għas-suq lokali? Jekk sar dan l-istudju, x'wera dwar l-impatt tal-VAT? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Saru diversi diskussjonijiet mal-korpi kostitwiti, fosthom il-Federazzjoni ta' l-Industriji u l-Kamra tal-Kummerċ, dwar l-impatt tal-VAT fuq il-qasam tal-manifattura li jipproduċi għas-suq lokali. Għadu mhux iż-żmien opportun li wieħed jagħti dettalji peress li l-Gvern għadu qed jistenna r-reazzjoni ta' dawn il-korpi kostitwiti. Tajjeb wieħed jgħid li l-istess korpi kostitwiti huma favur l-introduzzjoni tal-VAT. Irid jingħad ukoll li fis-sistema tal-VAT hemm kontemplata l-introduzzjoni tar-refunds li ser ikollha effett pożittiv fuq l-investiment fil-qasam tal-manifattura u l-kummerċ in ġenerali. Barra minn dan meta fl-1995 daħlet fis-seħħ is-sistema tal-VAT, kienu saru diversi studji dwar l-impatt tal-VAT, liema studji kienu ġew ippubblikati.
Leg 9 PQ #2957 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Importazzjoni lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1231?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onorevoli Interpellant ma' indikax perjodu speċifiku, ser nillimita ruħi għall-perjodu bejn Jannar u Novembru 1998. L-importazzjoni minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea kienet tammonta għal Lm294.0 miljuni minn total ta' Lm951.7 miljuni. Dan jammonta għal 31% ta' l-importazzjoni totali. L-importazzjoni totali għall-istess perjodu kienet maqsuma f'dawn is-setturi prinċipali:- Lm miljun 0. Ikel 89.3 1. Xorb u Tabakk 14.8 2. Materji naturali 13.0 3. Żjut u Minerali 36.6 4. Xaħmijiet u Żjut 2.7 5. Kimika 74.05 6. Materja għall-manifattura 131.8 7. Makkinarju u apparat tat-trasport 476.0 8. Oġġetti maħduma 105.9 9. Affarijiet oħra ta' kummerċ 7.6 Total 951.7 Minn dan it-total l-ammont ta' Lm15.7 miljuni kienet mediċina.
Leg 9 PQ #2986 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Party tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija ħadet ħsieb is-sound fil-party tal-Milied tal-Korporazzjoni Enemalta ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija mqabbda mill-Welfare Committee ta' l-Enemalta biex tipprovdi s-sound waqt il-party tal-Milied li sar fil-Lukanda Dolmen fis-17 ta' Diċembru 1998 hija l-Audio Power ta' 'Lyness' Triq l-Għerien, il-Mellieħa. Il-prezz imħallas għal dan is-servizz kien ta' Lm200.
Leg 9 PQ #3007 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni pubblika — Xiri ta' deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korporazzjoni pubblika li fl-aħħar sitt xhur xtrat xi deheb? Jekk iva, x'kien l-ammont u fuq xiex intnefaq dan l-ammont?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ebda korporazzjoni pubblika li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi ma xtrat xi deheb fl-aħħar sitt xhur.
Leg 9 PQ #3008 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Regulators pop-on

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex vera li madwar 2,000 regulator pop-on dan l-aħħar marru għand il-privat minflok għand il-Korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-aħħar konsenja ta' regulaturi 'pop-on' taċ-ċilindri tal-gass li impurtat il-Korporazzjoni Enemalta kienet ta' 2,000 regulatur. 1,700 minn dawn ir-regulaturi ġew imqassma lil diversi ħwienet ġo Malta u Għawdex, kif ukoll lid-distributuri taċ-ċilindri tal-gass, sabiex il-pubbliku ikun jista' jinqeda aħjar. 300 minn din il-konsenja inżammet fl-istores ta' l-istess Korporazzjoni għal dawk li jiġu biex jinqdew mid-Depot tal-Gass.
Leg 9 PQ #2840 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GDP — Kontribut tal-biedja u sajd

Question

Billi jirriżulta li skond l-istatistika il-kontribut tal-biedja u s-sajd fil-GDP fl-1998 kien ta' 2.9% filwaqt li fil-1995/96 kien ta' 2.7%, jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed jikkwota ċ-ċifri li ħabbar fid-diskors tiegħu dwar l-Estimi għall-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kontribut tal-biedja u s-sajd għall-Prodott Gross Domestiku bejn Jannar u Settembru 1998 kien ta' 2.8 %, waqt li bejn Jannar u Dicembru 1995 u 1996 kien ta' 2.9 %. Dawn il-figuri wieħed jista' jasal għalihom mit-tabella 2.5 f'paġna 32 ta' l-Economic Survey Jannar-Settembru 1998 u News Release numru 56 ta' l-1998 maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar preċiż dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ċioe fid-diskors tiegħi dwar l-Estimi għall-1999.
Leg 9 PQ #2845 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Majjal — Eżenzjoni

Question

B'riferenza għall-eżenzjoni ta' 80% fuq il-laħam tal-majjal frisk li approvat l-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li kellhom applikazzjoni għall-sħubija sħiħa qabel l-1995, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-Metco ma ssottomettietx applikazzjoni dak iż-żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-kompitu tal-METCO li tissottometti talbiet għall-eżenzjonijiet jew tinnegozja għall-aċċess preferenzjali ma' l-Unjoni Ewropea. Ta' min jgħid ukoll li din l-eżenzjoni fuq il-laħam tal-majjal, li hija marbuta ma' kwota, ġiet mogħtija lill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti minn dik li kienet magħrufa bħal l-Ewropa tal-Lvant, bħala parti mill-Europe Agreements.