Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3165 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq il-Fortizza - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Fortizza, c/w Triq il-Ġibjun, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Wara li deher tagħrif f'ġurnal lokali li għandha ssir żjara f'Malta ta' rappreżentant ta' Kumpannija Amerikana biex jiltaqa' ma'qraba ta'ħaddiema tat-Tarzna li mardu bil-kanċer minħabba li ħadmu qalb l-asbestos, jista'l-Ministru jgħid: (1) meta ġej dan ir-rappreżentant; (2) kif se jsir il-ġbir tat-tagħrif dwar il-ħaddiema li spiċċaw vittma ta' l-asbestos; u (3) x'se jsir dwar it-tagħrif miġbur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Marzu tas-sena l-oħra, t-Taqsima Tarznari tal-G.W.U. kellha kuntatti ma' persuna Irlandiża biex din tressaq talba lill-awtoritajiet fl-Amerka għal kumpens finanzjarju lil dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li f'xi żmien ħadmu fuq vapuri Amerikani u spiċċaw vittmi ta' l-asbestos. Id-dettalji, kemm dwar dawk li mietu kif ukoll li għadhom ħajjin, anke jekk m'għadhomx fl-impjieg, qed tinġabar mill-imsemmija Taqsima u dawn ser jiġu mgħoddija lir-rappreżentant Irlandiż meta dan iżur Malta, fil-ġranet li ġejjin.

WSC — Sqaq Charlotte fil-Għargħur

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li kien se jsir fi Sqaq Charlotte, Għargħur, mill-Water Services Corporation isir mill-aktar fis possibbli ħalli wara jkun jista'jingħata wiċċ ġdid lil dan l-isqaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3701 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħsarat f'main ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif rapport ta' leakage ta' ħsarat f'main ta' ilma ħelu li ilu li ġie rrapportat iktar minn xahar ilu, fil-11 ta' Diċembru, għadu ma sar xejn fuqu u l-ilma għadu nieżel kull ħin jinħela? Jaf il-Ministru li l-familja li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament u familji oħra għamlu rapporti simili fis-section tad-distrett f'Tar-Robba u ma sar xejn? X'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3702 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-bini — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu fis-snajja' tal-bini u l-konkrit? Kemm minnhom għandhom liċenzja tal-bini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm 5,481 persuna jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.

MIA — Customer Care Officer

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kienet taħdem bħala Customer Care Service ma' l-MIA sa l-24 ta' April 1996 għadha ma ngħatatx risposta għall-ittra tiegħi ta' l-24 ta' Awissu, 1998? Tista' tiġi spjegata x'inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita minn xi ħadd li jkun ġie boarded pout fuq bażi medika mill-MIA u dan ikun jixtieq jerġa' jiġi re-instated?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ftehim kollettiv ma jipprovdix għal 're-instatement' ta' persuna li tkun ġiet boarded out għal raġuni medika. Għaldaqstant mhux possibbli li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tiġi re-instated mal-M.I.A.. Din il-persuna tkun tista' tapplika għal impjieg mal-kumpanija jekk u meta l-istess kumpanija tagħmel sejħa pubblika.

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Ma jidhirlux l-Ministru li huwa meħtieġ li kemm jista' jkun malajr il-ħaddiema ta' Kalaxlokk jiġu mogħtija tagħrif biżżejjed dwar il-futur tagħhom u l-familji tagħhom? Jista' l-Ministru jara li dan isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt diversi drabi waqt li kont qed inwieġeb numru ta' mistoqsijiet dwar dan is-suġġett, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha interessati biex tinstab soluzzjoni ta' xogħol produttiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk. Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant, li meta jkun il-waqt, il-ħaddiema jiġu nfurmati dwar l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.
Leg 9 PQ #2995 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-fabbriki lokali f'Malta u Għawdex li mistennija jżidu n-numru ta' ħaddiema matul l-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm diversi fabbriki li taw indikazzjoni li għandhom il-ħsieb li jżidu n-numru ta' ħaddiema. L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant mhux possibli li tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325) għal dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalita'.
Leg 9 PQ #2996 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki li mistennija jiftħu matul l-1999? Kemm se jimpjegaw ħaddiema, fabbrika b'fabbrika, u x'se jipproduċu? Kemm hu kkalkolat li jimpjegaw aktar ħaddiema fil-ħames snin li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex possibli li wieħed jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' fabbriki li ser jiftħu matul l-1999 peress li l-proġetti jidħlu għand l-MDC minn żmien għal żmien matul is-sena kollha. Fil-preżent l-MDC għandha sittax-il proġett li qed ikunu kkunsidrati, filwaqt li hemm numru ieħor li jidhru interessati li jissottomettu applikazzjoni. Informazzjoni fabbrika b'fabbrika ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325)
Leg 9 PQ #3049 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Malta Freeport mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum kien ta' tmienja (8).
Leg 9 PQ #3469 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3044 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda mill-5 ta' Settembru sal-lum, lokal b'lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-5 ta' Settembru 'l hawn twaħħlu 87 bozza ġdida mqassmin hekk:- Kunsill Lokali Numru ta' bozoz installati Attard 5 B'Kara 8 Għargħur 2 Floriana 1 Ħamrun 4 Isla 3 Kalkara 2 M'Skala 10 Mġarr 6 Mosta 23 Msida 1 Naxxar 2 Paola 5 San Ġwann 1 San Pawl il-Baħar 2 Sta. Venera 7 Tarxien 1 Valletta 1 Żabbar 3
Leg 9 PQ #3400 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Servizzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il linja tat-telephone ġew installati mis-sena 1994 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: SENA TOTAL TA' LINJI INSTALLATI 1994 101 1995 3,435 1996 12,427 1997 13,794 1998 11,173 1999 (SAT-13.01.1999) 255
Leg 9 PQ #3404 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL — Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-MIMCOL kif ukoll il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanniji kollha li l-MIMCOL għandha interess fihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li taħdem fil-Maltacom - dettalji qed jintbagħtu separatament - u announcer fuq Super 1 TV kienet ħarġet bis-sick leave fit-30 ta' Diċembru, 1998? Jista' l-Ministru jikkonferma ukoll li fit-31 ta' Diċembru, 1998 l-istess persuna meta kienet suppost għadha bis-sick leave dehret tippreżenta live programm fuq Super 1 TV fis-6.00 p.m. bl-isem ta' "Fuq 3 Toqgħod il-Borma"? Jekk fl-affermattiv, x'passi beħsiebu jieħu l-Ministru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kienet bis-sick leave fit-30 u l-31 ta' Diċembru 1998. F'dawn il-ġranet il-persuna in kwistjoni kellha tkun xogħol bejn is-7.30 a.m. u s-1.00p.m.Bejn is-1.00p.m. u s-6.00p.m. kienet mistennija taħdem bis-sahra. Fit-3.00p.m. tal-31 ta' Diċembru 1998 din il-persuna infurmat lis-Supervisor tagħha li kienet f'pożizzjoni li tidħol għax-xogħol.
Leg 9 PQ #2970 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Lead free petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum ta' lead free petrol f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'inċentivi jgawdu ċ-ċittadini sabiex jikkonsmaw dan it-tip ta' petrol? Fuq liema kriterji l-Gvern ċaħħad lil dawn il-konsumaturi milli jgawdu prezz aktar kompetittiv għall-konsum ta' dan il-petrol li huwa aktar environment friendly?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-konsum ta' petrol bla ċomb matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ser ngħid: SENA TUNELLATI 1994 10,242 1995 12,534 1996 17,240 1997 18,770 1998 21,560 Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jara t-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1985.

Msida — Triq Reġjonali - Arbli

Question

Jistgħu jiġu ċċekkjati l-arbli tad-dawl fis-centre strip ta' Triq Reġjonali mill-Imsida għas-Swieqi, peress li hemm arbli msaddin u wħud minnhom mgħawġin għax daħlu karozzi ġo fihom u jidher li hemm perikli li jaqgħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant inbidlu ftit tal-ġranet ilu.

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għar-riforma tat-Tarzna tal-Marsa biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proposti li hemm għar-riforma tat-Tarzna tal-Marsa? Min se jmexxi din ir-riforma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol fit-Tarzna tal-Marsa, ser jitwettaq pjan ta' riforma. L-ewwel riformi mistennija li jsiru fl-istruttura tal-management. Għal dan il-għan ser jiġu mpjegati tlett managers eżekuttivi u ser tintalab l-għajnuna tal-konsulenti Norveġiżi li bħalissa jinsabu fit-Tarzna tal-Marsa. Il-pjanijiet dettaljati ta' dawn ir-riformi, li ser jitmexxew mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija flimkien ma' l-uffiċjali msemmija fuq, għad iridu jiġu finalizzati.

Vapuri ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta miż-żjara li żewġ uffiċjali tekniċi kellhom jagħmlu fid-Danimarka biex jiddiskutu l-problema tad-dewmien tad-disinji għall-vapuri ta' Għawdex mal-kumpannija Carl tad-Danimarka? X'passi se jittieħdu biex ix-xogħol fuq il-bini tal-vapuri ma jkomplix jaqa' lura? X'penali hemm għat-Tarzna tal-Marsa jekk ma tlestix il-vapuri fil-ħin miftiehem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bejn is-6 u d-9 ta' Jannar 1999 uffiċjali mill-Malta Shipbuilding u l-kumpanija Gozo Channel żaru d-Danimarka biex jiddiskutu mal-kumpanija Carl Bro l-kwistjoni li hemm dwar id-disinji tal-vapuri t'Għawdex. Il-Bord tad-Diretturi taż-żewġ kumpaniji lokali ġew mitluba jirrevedu l-pjanijiet tax-xogħol fuq il-vapuri bil-għan li jsir aktar progress u x-xogħol ma jkomplix jaqa' lura. Peress li dawn il-pjanijiet għadhom mhux finalizzati, mhinix f'pożizzjoni li nagħti aktar dettalji. Skond il-kuntratt bejn il-Malta Shipbuilding u l-kumpanija Gozo Channel, ma hemmx penali marbutin mad-dewmien fit-tlestija tal-vapuri.
Leg 9 PQ #3371 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern bin-nies ta' Kalaxlokk jekk dawn ma jiġux ingaġġati ma' NOVITA'? Xi proposti hemm għal dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt waqt is-seduta tal-Ħamis 14 ta' Jannar 1999, mea weġibt il-Mistoqsija Parlamentari numru 2881 u d-domandi supplimentari relattivi, l-amministrazzjoni preżenti qed tagħmel l-almu tagħha biex tinstab soluzzjoni ta' xogħol produttiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk, ħaġa li l-Gvern Laburista jgħkien qata' qalbu li jagħmel.Jiena fiduċjuż li din is-soluzzjoni tinstab għas-sodisfazzjon ta' dawk kollha involuti.