Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sedqa — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tas-Sedqa? Jista'jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema tas-Sedqa. Fl-istess waqt ta' min jinnota, li waħda mill-impjegati ta' l-Aġenzija talbet hi stess biex tmur taħdem mad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.

Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-14 ta' Lulju 1999 l-Awtorita' tad-Djar impjegat persuna waħda bħala "Research and Policy Development Officer" wara sejħa pubblika.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan il-perjodu ma saru ebda trasferimenti mill-Awtorita' tad-Djar.

Dipartiment ta'l-Anzjani — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu msemmi, ingħataw għoxrin (20) trasferimenti lill-ħaddiema fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani. Dsatax (19) minnhom saru fuq talba ta' l-impjegat innifsu u każ wieħed sar skond l-esiġenzi tas-servizz. Jekk ikun hemm bżonn isiru xi trasferimenti fil-futur qarib, dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.

Labour Office — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferiemnti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Labour Office? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn il-perjodu 27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Labour Office li issa jissejjaħ Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg. Kull trasferiment li jista' jsir ikun żgur minħabba l-esiġenzi tas-servizz.

Social Welfare Development Programme — Executives

Question

B'riferenza għall-avviż li deher fil-ħarġa ta' The Times ta' l-10 ta'Awissu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min intgħażel għall-post ta' Chief Executive officer tas-Social Welfare Development Programme billi jagħti l-isem, il-kunjoni, l-indirizz u l-curriculum vitae u jgħid x'salarju, benefiċċċji u allowances ingħataw lill-persuna magħżula kif ukoll jgħid minn min kien magħmul il-Bord ta' l-Għażla għat-tali sejħa għall-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta' l-għażla għall-post ta' Chief Executive Officer ġdid għall-Programm Ħidma Soċjali għadu mhux konkluż.

Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġew l-ebda impjegati ħaddiema fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-perjodu ndikat.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Djar? Jista jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu ndikat, sar trasferiment wieħed mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan sar għax l-impjegat konċernat inħatar V.A.T. Inspector. It-trasferimenti minn u għal Dipartimenti isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.

Dipartiment ta'l-Anzjani — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu imsemmi, d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani impjega biss 14 "enrolled nurses" ġodda (ara Tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 9481).

Ċentru Ħidma Soċjali — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru Ħidma Soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-perjodu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, ma ġewx impjegati nies ġodda mad-Dipartiment Ħarsien tal-Familja, fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali. Pero' għall-istess perjodu, d-dipartiment għamel użu mis-servizzi ta' żewġ psikologi fuq bażi kontrattwali part-time għal numru ta' sigħat fix-xahar rivedibbli kull sitt xhur. Dwar it-tieni u t-tielet partijiet tal-mistoqsija, t-Tweġiba hija nil.

Ċentru Ħidma Soċjali — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċentru Ħidma Soċjali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja għall-perjodu 27 t'April sal-15 ta' Settembru, 1999 saru żewġ trasferimenti; wiehed mit-trasferimenti sar minħabba promozzjoni, filwaqt li trasferiment ieħor sar fuq talba tal-impjegat konċernat. It-trasferimenti kollha jsiru minħabba esiġenzi tas-servizz.

Sedqa — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-Sedqa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, sar reklutaġġ ta' impjegati mas-Sedqa, kif ġej: 1. Tlieta (3) "full time" u waħda (1) "part time; 2. Dawn ġew impjegati kollha, wara li ħarġu l-applikazzjonijiet permezz ta' sejħa pubblika fil-gazzetti; 3. Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda, mingħajr applikazzjonijiet.

Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi tħallas, b'mod dettaljat mill-Ministeru tiegħu u minn kull enti li taqa' taħtu jew li fil-passat kienet taqa' taħt il-Ministeru tiegħu fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju 1987 sal-lum, Dr. Joseph Cannataci f'salarji, benefiċċji u allowances xhar b'xahar u bl-approvazzjoni ta' min saru tali ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma tħallsu ebda salarji, benefiċċji, u allowances lil persuna ndikata fil-Mistoqsija, mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, jew minn kull enti li jaqa' jew kien jaqa' taħt dan il-Ministeru bejn it-12 ta' Mejju 1987 sal-lum.

Self-employed — Ħlas ta' bolol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien iħallas self-employed li jaqla' aktar minn Lm5,000? Wara l-miżuri tal-budget, kemm se jħallas f'bolla s-sena d-dieħla persuna self-employed li jaqla' Lm5,000, Lm6,000, Lm7,000, Lm8,000, Lm9,000, Lm10,000, Lm11,000, Lm12,000, Lm13,000, Lm14,000, Lm15,000, Lm16,000, Lm17,000, Lm18,000, Lm19,000 u Lm20,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-1998 persuna li kienet taqla Lm5319 jew aktar minn ħidma ta' xogħol kien iħallas Lm15.94 fil-ġimgħa. Wara l-miżuri tal-budget, persuni self-employed jibdew iħallsu 15% tad-dħul tagħhom soġġetti għall-ħlas massimu ta' Lm18.64 fil-ġimgħa.

ETC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta'l-ETC? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn id-dati ndikati saru 7 bidliet fix-xogħol ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni. Dawn kienu: 27 ta' April Executive mill-Employment Services għall-Cospicua Job Centre - meta fetaħ il-Job Centre Senior Clerk mill-Employment Services għall-Cospicua Job Centre - meta fetaħ il-Job Centre. 10 ta' Mejju Executive mill-Employment Services Division għall-Marketing/P.R. - biex jibda jsir il-marketing. 9 ta' Lulju Senior Clerk mit-Training Division għall-Research Department 12 ta' Lulju Senior Executive mit-Training Division għall-Chairman's Office - fuq bażi temporanja 2 ta' Awissu 2 Senior Executives (1) Law Enforcement Division għat-Training Division - fejn naqas Senior Executive; (1) Customer Care Services għall-Law Enforcement - fejn naqas Senior Executive. Kull trasferiment li sar jew li jista' jsir ikun dejjem skond l-eżiġenza tas-servizz.

Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Dipartiment tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li ma sar ebda ingaġġ ġdid mad-Dipartiment tal-Bini u Tiwsija ta' Djar fil-perjodu msemmi.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema mal-Maintenance Section tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma ngħataw ebda trasferimenti fil-perjodu msemmi.

Persuni b'Diżabilita' — Taħriġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħol/taħriġ qed jingħataw lil żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li qed jattendu fiċ-ċentru ta' taħriġ f'Wied il-Għajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol/taħriġ li qed jingħataw liż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li qed jattendu fiċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Wied il-Għajn huma dawn: Xogħol tal-fuħħar Xogħol tas-suf Ħjata Tapestry Xogħol tal-qasab Granutell Twapet tas-suf Xogħol tal-labar Bizzilla Xogħol ħafif tal-injam Crochet Tpinġija Xogħol bit-tappijiet tas-sufra Arranġamenti bil-fjuri u weraq niexef Tisjir ħafif Tindif domestiku Ħajja ndipendenti Barra dan, isir ukoll numru ta' attivitajiet oħra li fost l-oħrajn jinkludu: Ħruġ f'diversi okkażżjonijiet u attivitajiet Parteċipazzjonijiet fid-drama u żfin (inkluż bil-wheelchairs) Sehem f'kompetizzjonijiet tat-tpinġija, Karnival u Għid Għawn fis-Sajf (fil-bajja ta' San Tumas Għawn fix-Xitwa (fir Razzett tal-Ħbiberija) Passiġġati fil-lokal Safra ta' ġurnata fi Sqallija

ETC — Sur Robert Lawrenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol tas-Sur Robert Lawrenti mill-ETC preżentement qed isir minn persuna oħra? Min hu/hi din il-persuna l-ġdida? Fuq liema raġuni spiċċa s-Sur Lawrenti u x'xogħol qed jagħmel fil-preżent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru diġa' ngħatat fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 11569 u 10637. Il-persuna li bħalissa qed jaqdi d-doveri ta' Chief Executive Officer ta' l-ETC hu s-Sur John Camilleri.