Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3171 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Ġuże' D'Amato - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġuże D'Amato, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3381 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 371, jista' l-Ministru jinformani dwar l-iżviluppi tax-xogħlijiet meħtieġa fi Vjal il-Ħaddiema, Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3382 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam frisk ipproċessat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kumitat interministerjali sabiex jistħarreġ il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tneħħija ta' 90% fuq il-levy tal-laħam frisk pproċessat importat? Jekk iva, min kienu l-ministeri kkonċernati u jekk le, għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Saru diversi laqgħat dwar il-levy fuq il-beef burgers, li nifhem li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dawn il-laqgħat saru bejn il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u l-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd, kif ukoll mal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #3632 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Chairman

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 u anke fid-dawl tar-risposta li kienet ingħatat qabel fejn intqal li ċ-chairman ta' l-MIA jitħallas Lm4,000 biss, ġentilment nitlob lill-Ministru sabiex iwieġeb b'mod sempliċi (u mingħajr retorika) mistoqsija parlamentari numru 3055, ċioe' jekk hux fulltime jew part-time? Jista' l-Ministru allura jgħid jekk minn mindu nħatar iċ-chairman il-ġdid ta' l-MIA, inbidilx l-ammont ta' ħlas għax-xogħol li qed jagħmel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 kienet ċara biżżejjed. Tajjeb li nfakkar li c-Chairman, preċedenti,maħtur mill-Gvern Laburista, kien jitħallas Lm18,000. Ic-Chairman preżenti qed jitħallas Lm4,000; iżda inżid ngħid li qed isir eżerċizzju biex jiġu aġġustati r-remunerazzjoni taċ-Ċhairmen in generali.

Enemalta — Petrol leaded/unleaded

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qassmet litri ta' petrol leaded u unleaded l-Enemalta lill-pompi tal-petrol f'Malta u f'Għawdex, xahar b'xahar minn Jannar 1997 sa Jannar 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3872 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Triq is-Sibi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fin-nofs ta' Triq is-Sibi l-Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3883 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Valletta — Bejgħ ta' pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex mhux qed ikun hemm deliveries tal-pitrolju f'St. Christopher Street, Valletta? Jaf il-Ministru li dan is-servizz ilu nieqes minn din it-triq xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bejjiegħ li kien jieħu ħsieb il-bejgħ tal-pitrolju fil-Belt kien marad u dam ma' informa lill-Korporazzjoni Enemalta bil-kundizzjoni tiegħu. Wara, l-istess bejjiegħ, informa lill-Korporazzjoni li ma kienx bi ħsiebu jkompli bil-kuntratt li kellu u għaldaqstant il-Korporazzjoni għamlet arranġamenti oħra. Illum is-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal.
Leg 9 PQ #3894 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Metru kubu ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kubu ta' ilma l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tipproduċi kull sena għal dawn l-aħħar seba' snin: (a) permezz ta' boreholes; (b) permezz tar-reverse osmosis?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #3895 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Unaccountable water

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' ilma unaccounted for li kellha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma s-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar peress li l-amount billed, li hu parti mill-proċess tal-kontijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għadu ma nħadimx għas-sena kollha.
Leg 9 PQ #3897 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'domanda għall-ilma kellha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kull sena għal dawn l-aħħar seba' snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 3894.
Leg 9 PQ #3959 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Passenger handling fee

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji għoliet il-passengers' handling fee mill-MIA b'Lm1 fuq kull passiġġier li jgħaddi mill-ajruport ta' pajjiżna? Kif ma saret l-ebda riferenza għal din iż-żieda fid-diskors tal-budget għal din is-sena? Kemm hu kkalkolat li se ddaħħal l-MIA mill-introduzzjoni ta' din it-taxxa ġdida sa l-aħħar tas-sena kurrenti? Kemm kien il-profitt ta' l-MIA sa l-aħħar ta' l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern preċedenti, li l-Onorevoli Interpellant kien jifforma parti minnu, kien iddeċieda li bħala parti tal-merger tad-D.C.A. u l-M. I.A. għandu jkun hemm żieda fil-passenger service charge ta` Lm2 maqsumin fuq sentejn - 1999 u 2000. Biex nkun aktar preċiż,l-ex Ministru Joe Debono Grech, f`ittra datata 11 ta` Frar 1998 liċ-Ċhairman ta` l-M.I.A. dwar id-`Develution of Civil Aviation Operational Role on MIA`, kien ta` l-istruzzjonijiet li `The devolution process is to include, but not be limited, to the following: (g) MIA is to charge the equivalent of Lm2 per passenger (in addition to the present Lm4 passenger service charge) over 1999 and 2000`.
Leg 9 PQ #3966 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kanen ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation għandha l-ħsieb li tbiddel xi kanen antiki li hemm fejn Cuschieri Street, B'Kara peress li l-kondizzjoni tal-kanen preżenti qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

MDC — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-MDC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-Malta Development Corporation. Rigward trasferimenti fil-futur, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.

Enemalta — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu imsemmi saru 15-il trasferiment fil-Korporazzjoni Enemalta għar-raġunijet segwenti:- 2 wara li ħadu ħatra fi grad għola 2 wara li rritornaw wara perjodu jaħdmu f'dipartiment tal-Gvern 3 biex jimtlew vakanzi li nħolqu 3 fuq talba tagħhom stess 1 wara deċiżjoni dixxiplinarja 3 minħabba esiġenzi tas-servizz 1 minħabba kundizzjoni ta' saħħa Trasferimenti futuri jsiru skond l-esiġenzi tal-Korporazzjoni.

MIA — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi, fil-Malta International Airport saru dawn it-trasferimenti: Żewġ Airport Attendants intbagħtu jaqdu d-doveri tagħhom relatati għall-grad li għandhom. Żewġ Security Assistant, minbarra x-xogħol normali tagħhom, ġew trasferiti biex jaqdu wkoll id-doveri ta' xufiera maċ-Chairman. Il-Manager Human Resources irritorna biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad tiegħu wara li fl-4 ta' Awissu 1998 kien ġie trasferit biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad ta' Manager Procurement & Supplies. Kull trasferiment li jista' jsir fil-futur ikun skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #3160 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ħal Għarrat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ħal Għarrat fuq dar "Peaceful Lodge" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3161 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Sqajjaq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fuq id-dar Numru 25A, Triq Sqajjaq, Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3162 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucia — Triq Ineż Soler - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa f'passaġġ bejn Triq Ineż Soler u Triq Lellux f'Santa Lucia?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3163 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucija — Triq il-Margeriti - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Margeriti f'Santa Lucija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3164 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Kaħwiela - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Kaħwiela, ħdejn is-sub-station, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.