Legislature:
Category:
Reset
Active:

MDC — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-Malta Development Corporation.
Leg 9 PQ #3172 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Sammat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sammat f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3173 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Alfier de Medran - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Alfier de Medran f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3174 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Wilġa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Wilga ma' Triq l-Assedju l-Kbir f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3175 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq l-Isqof Tumas Gargallo - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Isqof Tumas Gargallo f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3176 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Spiru Spiteri wara l-iskola sekondarja Marija Goretti, f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3177 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Bwieraq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Bwieraq, c/w Triq Għeneb id-Deheb f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3385 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Att ta' l-Industrija Lokali — A/L Nru. 68/98 CAP 336

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema bażi kien tressaq l-Ewwel Qari sabiex il-Parlament jemenda l-Avviż Legali 68/98 CAP 336 ta'l-Att ta' l-Industrija Lokali f'Mejju tas-sena l-oħra (1998)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-avviż Legali 68/98 Cap. 336 ta' l-Att ta' l-Industrija sar sabiex jerġa jistabilixxi l-levy ta' 90 ċenteżmu kull kilo fuq laħam taċ-ċanga frisk ipproċessat importat wara li dan il-prodott ġie riklassifikat mill-customs Cooperation Council tal-World Customs Organisation u konsegwentement il-levy niżlet għal 10 ċenteżmu kull kilo.
Leg 9 PQ #3875 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD/MSCL — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-MDD u tal-MSCL li huma sekondati ma' xi dipartiment tal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid wkoll ma' liema dipartment qegħdin u mnejn huma? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy addottata sabiex ħaddiema minn dawn iż-żewġ kumpanniji jintbagħtu on secondment ma' dipartimenti tal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema tal-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding Co. Ltd. li fis-snin preċedenti ġew sekondati ma' liema dipartiment u minn fejn huma,jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija policy tal-Gvern preżenti li ma jkunx hemm secondment ta' ħaddiema minn kumpaniji parastatali għal dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #3877 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Sant'Anġlu - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li jitpoġġew xi bozoz fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu, inti u dieħel lejn Sant'Anġlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3878 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Monument tal-Vittmi tal-Gwerra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra li hemm taħt il-Knisja Parrokjali ta'Bormla jkun jista' jinxtegħel kuljum, bil-kont tal-konsum tad-dawl ma jibqax jitħallas minn individwi? X'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta rigward ħlas ta' konsum ta' dawk fuq monumenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3963 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3645, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba rikjesta fl-istess mistoqsija in konnessjoni għal ingaġġ mal-korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma saru dawn it-trasferimenti:- 1 ħaddiem irritorna fis-sezzjoni fejn kien qabel 1 ħaddiem intbagħat jaqdi d-doveri tiegħu f'distrett 2 haddiema minħabba raġunijiet ta' saħħa 3 ħaddiema fuq talba tagħhom stess

IPSE — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-IPSE? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu imsemmi ma sarux trasferimenti fl-IPSE. Trasferimenti fil-futur isiru jekk u meta l-eżiġenzi tal-kumpanija jitolbu dan.

Dipartiment ta' l-Istatistika — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Dan it-trasferiment sar fuq talba tal-persuna konċernata. Trasferimenti fil-futur jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #3166 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Klematis - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Klematis f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3167 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Katerina Vitale - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Katerina Vitale fit-traffic island, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3168 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Katerina Vitale - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Katerina Vitale quddiem it-telephone booth, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunisrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3169 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Birżebbuġa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Birżebbuga ma' Triq Betta f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3170 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq l-Assedju l-Kbir - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Assedju l-Kbir f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.