Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' vjolenza domestika din is-sena? Jista' jgħid kemm mill-każijiet tressqu nies l-qorti? Jista' jgħid il-lokalitajiet li fihom joqogħdu dawk irrappurtati u kemm hemm każijiet f'kull lokalita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħamex xhur ta' din is-sena l-Pulizija kellha 117 rapport li b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess perijodu nbdew proċeduri kriminali kontra 151 persuna dwar l-imsemmija reati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' rapporti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26510 u għar-risposta relattiva, peress li l-proċess ġie eżawrit u dan ġie konfermat anke minn verifiki li saru u rriżulta wkoll li kollox huwa regolari, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex din l-applikazzjoni għadha ma ġietx konkluża meta hawn qed nitkellmu fuq l-għajxien ta' familja li qed tistenna l-ħruġ ta' din l-applikazzjoni biex tkun tista' tibda topera, proprju meta dan huwa ż-żmien meta dan it-tip ta' xogħol huwa rikjest fis-suq u dawn l-applikanti qed jiġu mċaħħda milli jaqilgħu l-għajxien tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ġiet finalizzata. Fil-fatt l-applikant ġie infurmat sabiex imur jiġbor din il-liċenzja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm pulizija tat-traffiku mal-punt tal-ħruġ tat-traffiku minn Santa Luċija għal mar-roundabout li tgħaqqad Telgħet Maria Addolorata, Luqa Road u Triq tal-Barrani fil-ħin ta' bejn is-7.30 a.m. u 8.30 a.m. u dan għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat biex ix-xufiera minn Santa Luċija joħorġu madwar ir-roundaboutmsemmija, tant li qed iseħħu numru konsiderevoli ta' inċidenti f'dan il-punt?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni fuq kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq safar li sar matul Jannar u Marzu 2007, minn uffiċjali tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Viċi Prim Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni separati f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u dak ta' Għawdex jiġu reġistrati biss dawk is-separazzjonijiet fejn il-mara terġa' tirreverti għal kunjom xbubitha.
L-informazzjoni dwar dawn għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u l-10 ta' Mejju 2007 hija s-segwenti:-
Malta Għawdex
2002 54 2
2003 244 12
2004 164 6
2005 237 10
2006 211 10
2007 80 xejn
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn żwiġijiet ċivili mis-sena 2000 sas-sena 2007, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Numru ta' żwiġijiet ċivili
Sena
Malta
Għawdex
2000
443
32
2001
449
19
2002
534
41
2003
737
65
2004
686
41
2005
701
43
2006
751
51
2007*
143
8
*sat-30 ta' April.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reinstated fil-Korp tal-Pulizija ex-membri tal-korp li kienu preċedentament instabu ħatja ta' reati kriminali mill-perijodu 1988 sal-31 ta' Mejju 2007? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' x'kienu r-reati kriminali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata, u jirrikjedi aktar ħin sabiex jinġabar. Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Ġustizzja u Intern — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jinsab f'Bormla għadux ta' l-Uffiċċju Konġunt jew le? Jekk m'għadux, qatt kien ta' l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-fond in kwistjoni qatt kien tal-Uffiċċju Konġunt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija hux qed jinvestiga dak li qed jiġi allegat fil-gazzetta The Sunday Independent bid-data 27 ta' Mejju li hemm korruzzjoni sħiħa fil-football nurseries inkluż ħlas ta' somma flus lill- coaches biex players żgħażagħ jilgħabu fit-team, issir vjolenza fiżika u anke xiri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li billi l-artikolu msemmi fih diversi assunzjonijiet ġeneriċi, il-Pulizija ma hijiex f'pożizzjoni li tibda investigazzjoni fuq dak li hemm.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex inċident li seħħ nhar it-Tnejn 28 ta' Mejju, 2007 fil-baħar tar-ramla ta' Għajn Tuffieħa u li seta kellu konsegwenzi serji ħafna ma jerġax jirrepeti ruħu?
Jikkonferma li l-ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba li ħadd ma kellu ċ-ċavetta tal-katnazz tal-katina li tagħlaq din il-bajja għal vetturi? Jista' jgħid min hu responsabli mill-ftuħ ta' din il-katina?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma sar ebda rapport lill-Pulizija dwar xi inċident fir-ramla ta' Għajn Tuffieħa nhar it-28 ta' Mejju 2007 jew dwar xi ambulanza li ma setgħetx tgħaddi minħabba li l-aċċess kien magħluq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' garaxx li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għadha qed tevalwa t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Huwa mistenni li l-applikant jingħata risposta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed titħaddem l-visa għall-istudenti u jekk hemmx xi problemi f'dan is-sens? Kemm ingħataw visas ta' l-istudenti minn meta daħlet fis-seħħ din il-visa sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
L-istudenti li japplikaw għal visa għal Malta sabiex jiġu jistudjaw qed jingħataw visa valida sakemm idum il-kors li jkunu qed isegwu. Huma qed jiġu mgħarrfa li għandhom jirraportaw l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Immigrazzjoni kull tlett xhur. Ma jirriżultaliex li hemm xi problemi fis-sistema tal-ħruġ ta' din il-visa.
Ninsab infurmat illi minn meta bdiet din is-sistema sal-15 ta' Mejju 2007 inħarġu 864 visa għall-istudenti.
Nirreferi wkoll għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 24468 u Nru 25951.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura dwar isem ta' triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Haz-Zabbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi isem għat-triq ġdida fi Triq Ħadd in-Nies jew fi Triq Villa Abate ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fit-23 ta' Marzu, 2007 permezz ta' Avviż Nru. 276 f'paġna 3268. Din it-triq issemmiet kif ġej:
Triq Dun Ġwann Debono
Qassis Qalbieni tat-Tieni Gwerra
1912 - 1971
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25023 li saret oriġinarjament lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslu l-konsiderazzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-Att dwar l-Isports Kapitolu 455 l-għotja ta' proprjeta' lill-Assoċjazzjonijiet Sportivi taqa' fir-responsabbilita' tal-Kunsill Malti għall-Isport, liema Kunsill qiegħed jiġi avżat li l-post fejn l-istess għaqda trid tibni l-premises tagħha huwa proprjeta' tal-Gvern.