Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern jew awtoritjiet finanzjarji dwar banek u konsulenti finanzjarji li taw parir lill-klijenti tagħhom ma jirreġistrawx flushom fl-iskema tal-gvern għar-reġistrazzjoni ta' flus Maltin qabel id-dħul ta' l-euro iżda f'tipi oħra ta' investiment?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet l-antiporta ta' barra ta' l-entratura (main entrance) ta' Kastilja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn proġett ta’ bibien ta’ sigurtà għall-Berġa ta’ Kastilja. It-tender għal dan il-proġett inħarġet fl-2002 u ġiet mogħtija f’Settembru 2003. L-ispejjeż kollha tal-proġett ammontaw għal Lm71.684,54.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika normali li persuna li tkun ħallset provisional tax żejda minflok tieħu refund tara li l-flus li tkun ħallset żejda jmorru sabiex tħallas penali dovuti lill-gvern fil-qasam tat-taxxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25017 toħroġ minn:- Kap 372 – Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Artikolu 48 (2c):
“Il-Kummissarju jkollu jedd inaqqas minn kull ħlas lura dovut lil persuna kif dikjarat fis-subartikoli (2A) jew (2B) kull taxxa, taxxa addizzjonali jew imgħax li jista’ jkun dovut minn dik il-persuna taħt l-Atti dwar it-Taxxi.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.?
Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24345.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq safar li sar matul Jannar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħti m’hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?
Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25074.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar investiment kapitali mill-Armata s-sena l-oħra? Kif sar? Kemm ħarġet direct orders l-Armata s-sena l-oħra, lil min u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-investiment kapitali li sar is-sena l-oħra mill-Armata, kif sar, kemm ħarġet direct orders lil min u għaliex jinsabu f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-Public Service Commission għandha każijiet pendenti u kemm ilhom pendenti? X'inhi l-proċedura li timxi fuqha biex titratta l-każijiet pendenti? Hija parti mill-proċedura stabbilita tal-PSC li tibgħat biex tisma' lil kulmin ikun involut fil-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha tmien każijiet ta’ dixxiplina li huma pendenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ilhom pendenti dawn it-tmien każijiet.
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tikkonsidra b’mod immedjat kull każ ta’ dixxiplina li jiġi sottomess lilha sakemm ikollha l-informazzjoni kollha neċessarja. F’kull każ ta’ dixxiplina, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku timxi mar-Regolamenti uffiċjali u ippubblikati, li jistabilixxu lil min il-Kummissjoni għandha tisma’ qabel ma tiddeċiedi dwar każ.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Gvern hux f'negozjati ma' kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li llum tmexxi d-Dragonara Casino biex jintlaħaq ftehim ġdid? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux f'negozjati ma' kumpannija oħra wkoll dwar id-Dragonara Casino?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ’l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23867 u 24451 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub sentejn sentejn, jiġifieri għall-1999 u 2000 flimkien, 2001 u 2002 flimkien, 2003 u 2004 flimkien u 2005 u 2006 flimkien biex hekk titħares il-kunfidenzjalita'? Jekk lanqas hekk ma titħares il-kunfidenzjalita' jista' jekk jogħġbu jagħtini t-tagħrif mitlub tliet snin tliet snin flimkien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23867 u 24451.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26966 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27167.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27123 u ċioe': Billi kien hemm diversi sentenzi tal-Qorti li jikkonfermaw li d-dipartiment tat-taxxi interni m'għandux dritt joħroġ kontijiet tal-income tax li huma preskritti minħabba ż-żmien li għadda fuqhom, x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-taxxi interni baqa' joħroġ kontijiet simili? L-uffiċjali tad-dipartiment ingħataw struzzjonijiet biex iwaqqfu din il-prattika? Jekk iva, meta u jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27123.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi