Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-Maltacom branches ta' Tas-Sliema, l-Qawra u San Pawl il-Baħar m'humiex jinfetħu fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi jolqotx negattivament is-servizz mogħti lit-turist? Jista'l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat b'din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi intervent mill-Ministeru tat-Turiżmu biex il-branches imsemmija jerġgħu jibdew jinfetħu kif kienu oriġinarjmanet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-intervent tal-Ministeru? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir intervent f'dan is-sens u dan għal benefiċċju tas-servizz fil-qasam turistiku?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li s-servizzi li jingħataw mill-friegħi tal-'Maltacom' jikkonsistu f'pagamenti ta' kontijiet tat-telefon, provista ta' applikazzjoni għas-servizzi, telefonati għal barra, servizz ta' 'fax' u bejgħ ta' 'telecards'. Peress li s-servizzi li jaqdu 'l konsumatur, allura wkoll lit-turist, jistgħu jinkisbu band'oħra wkoll l-għeluq ta' dawn l-uffiċini m'għandu l-ebda impatt negattiv fuq l-industrija tat-turiżmu.
Wara li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu f'Malta, il-liġi tipprovdi biex tinħatar awtorita' simili għal Għawdex?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattv, din inħatret?
Jekk inħatret minn huma l-membri u x'kariga għandhom?
Jekk għadha ma nħatritx, meta hemm il-ħsieb li tinħatar?
Minn min se tinħatar?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nattira l-attenzjoni tal-Onor ħabib tiegħi li l-Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta jipprovdi għal ħatra ta' Awtorita' waħda. Għawdex hu rappreżentat kemm fuq l-Awtorita' kif ukoll fuq id-Direttorati li jaqgħu taħtha.
Wara li issa ġie magħruf li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu mpjegati nies ma' din l-awtorita' biex jimlew vacancies?
Response (REFALO, MICHAEL)
Għandi pjaċir ninfurma lill-Onorevoli ħabib tiegħi u lill-Kamra li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħejjiet organigramma għal personal meħtieġ wara li jiġi eżawrit l-eżerċizzju ta' possibbli integrazzjoni ta' min bħalissa jaħdem fid-Dipartiment tat-Turiżmu, mal-'H.C.E.B.', l-'I.T.S.' u l-Ministeru jiġi stabilit in-numru ta' postijiet vojta u joħorġu, kif fil-fatt ħarġu, sejħiet biex jimtlew postijiet battala.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' projects co-ordinator li ngħata lis-Sur Silvio Zammit? Liema proġetti qed jikkordina s-Sur Zammit? Xi kwalifiki u kompetenzi għandu s-Sur Zammit biex jagħmel ix-xogħol li ngħata?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull meta kelli okkażjoni nagħżel min iservi fis-Segretarjat Privat tiegħi fittixt li l-persuni magħżula jkollhom kwalifiki bħal per eżempju onesta', sens ta' responsabilita', bżulija, lealta' lejn il-politika tal-gvern u lejja kif ukoll kapaċita' u ħeġġa li jgħinu lil kull min jersaq lejn il-Ministeru għall-informazzjoni u għajnuna.
Nikkonferma li fil-fehma tiegħi s-Sur Zammit jippossjedi dawn il-kwalifiki.
L-Onor Interpellant żgur jaf li l-Ministeru tat-Turiżmu kif ukoll l-industrija stess titlob u tinħtieġ għajnuna minn diversi oqsma u għalhekk anke fis-Segretarjat Privat tiegħi hemm lok ta' persuna jew persuni b'ħila li jikkoordina l-ħidma ta' għadd ta' oqsma bil-għan l-iskop u l-miri jintlaħqu.
Fost inkarigi li jaqdi s-Sur Zammit hemm dak li jżomm 'liason' ma' Ministeri, Dipartimenti, u entitajiet governattivi kif ukoll privati. L-istess ħidma jagħmilha wkoll fil-konfront ta' xogħol li l-Ministeru jkollu ma' Kunsilli Lokali, proġetti u proposti li jitressqu mis-settur privat li jkunu ta' siwi għall-industrija tat-turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull kors ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi? Kemm minnhom għandhom stipendju u x'ammont jingħataw f'kull sena? Kemm hemm studenti li m'għandhomx stipendji? X'inhi r-raġuni li tħallew bla stipendju, jekk dan hu l-każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nixtieq nirrileva lill-Onor Interpellant li tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija ngħatat lill-Onor Joseph Cuschieri fil-Mistoqsija numru 9100.
L-istudenti kollha li jattendu korsijiet 'full-time' fl-Istitut jingħataw stipendju kif ġej:-
l-Ewwel Sena Lm 12 fil-ġimgħa
it-Tieni Sena Lm 17 fil-ġimgħa
it-Tielet Sena Lm 22 fil-ġimgħa
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li ma jingħatawx stipendju huwa ta' ħdax:
tmien studenti li m'għandhomx ċittadinanza Maltija iżda li għandhom ġenitur Malti. Dawn ma jħallsux 'tuition fees' iżda ma jingħatawx stipendju; u
tliet studenti ta' nazzjonalita' barranija li ma jirċevux stipendju u huma obbligati li jħallsu t-'tuition fees'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-White Rocks Holiday Complex? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid ukoll huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'White Rocks Holiday Complex'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-NTOM mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda man-'National Tourism Organisation - Malta'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'ITS'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ingħata 'transfer' wieħed mid-Dipartiment tat-Turiżmu.
Dan it-trasferiment sar fuq talba ta' l-individwu stess.
Kif żgur jaf l-Onor Interpellant normalment it-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz u nfurmat li fil-mument li qed tingħata din it-tweġiba m'hemmx ħsieb li jingħataw 'transfers'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda 'transfer' fin-'National Tourism Organisation - Malta'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Turiżmu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjnijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi ma ġie impjegat l-ebda uffiċjal ġdid mid-Dipartiment tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li t-Taqsima tal-'Beach Cleaners' hija parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9515.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10723, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett konsulenti huma s-Sur Joseph Lanzon, is-Sur George Micallef u s-Sur Lino Borg.
Is-Sur Lanzon inħatar bħala konsulent fit-22 ta' Lulju 1997. Huwa beda u għadu jaqdi l-funzjoni ta' 'Chairman' tal-'Hotels and Catering Establishments Board', kariga mwaqqfa taħt il-'Hotels and Catering Establishments Act' (Kap 197). Huwa jagħti pariri kull meta jkun hemm il-ħtieġa dwar materji li jeffettwaw akkommodazzjoni għat-turisti, dwar 'catering establishments' u 'travel agencies' u jżomm il-liġijiet li jamministra aġġornati regolarment.
Is-Sur George Micallef inħatar bħala konsulent fl-1 ta' Lulju 1997 u kien u għadu l-konsulent tal-Ministeru dwar 'Product Development'. Il-ħtieġa tas-servizzi tas-Sur Micallef hija importanti għax hemm bżonn kbir, li kien ilu jinħass, li l-prodott turistiku Malti jitjieb sostanzjalment biex Malta u Għawdex joffru dehra ġdida lit-turisti. Fil-fatt is-Sur Micallef huwa wkoll iċ-'Chairman' tal-'Product Planning and Development Directorate' ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.
Is-Sur Lino Borg inħatar bħala konsulent fl-1 ta' Ottubru 1999 wara li kien ilu jaqdi l-funzjoni ta' Direttur tat-Turiżmu għal dawn l-aħħar tnax il-sena. Is-Sur Borg jagħti pariri dwar dawk il-'policies' u direttivi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-'Institute of Tourism Studies' jitmexxa bl-aħjar mod possibbli. F'din il-kariga huwa jagħti pariri siewja wkoll dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi finanzjarji mgħoddija lill-Istitut.
Peress li f'dawn iż-żminijiet il-Ministeru la jgawdi s-servizzi ta' Direttur u lanqas dawk ta' Assistent Direttur, is-Sur Borg jiġi konsultat dwar ħidma li qabel kien responsabbli għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet impjegata ebda persuna fil-'White Rocks Holiday Complex'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-ITS mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ħarġet sejħa pubblika mill-'N.T.O.M.' għal għalliema 'full time' u li l-kandidati prospettivi saritilhom intervista, ġew ingaġġati 'lecturer' fil-'Food Preparation and Production', 'assistant lecturer' fil-'Food Preparation and Production' u 'assistant lecturer' fil-'Food and Beverage Service'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-HCEB? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru iktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi ma sar l-ebda 'transfer' lill-ħaddiema fil-'Hotels and Catering Establishments Board'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-HCEB mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid mal-'Hotels and Catering Establishments Board' bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandha l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta, kemm hemm impjegati jaħdmu hemm u kemm flus intnefqu f'dawn fis-snin 1996, 1997 u 1998 mill-NTOM?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda bħala Communications Officer fil-ministeru tiegħek hux qed tieħu salarju? X'inhu l-ammont? Meta beda jitħallas? X'inhuma l-allowances oħra li għandu? Minn meta beda jitħallas dawn l-allowances? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-persuna li, d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Numru 8612 u 10671.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati studji minn konsulenti barranin u/jew lokali mill-Awtorita' tat-Turiżmu?
Jekk iva, liema kienu l-assignments, il-konsulenti u l-ħlas miftiehem? Saru studji simili tul l-1999 mill-NTOM qabel ġiet fis-seħħ l-MTA?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħatret żewġ konsulenti Maltin magħha kemm ilha mwaqqfa. Dawn huma s-Sur Franco Valletta u s-Sur Alex Grech li jitħallsu Lm10,000 fis-sena kull wieħed. L-'assignments' rispettivi tagħhom huma:
(a) li jiġu formulati u implimentati 'plans' u 'policies' għas-'Support
Services' u 'Human Resource Management Directorate'; u
(b) li jitħejja 'Strategic Plan' għas-snin 2000-2002 biex eventwalment
jiġi implimentat kemm mill-Awtorita' kif ukoll minn dawk l-organizzazzjonijiet li huma midħla tat-Turiżmu.
Bħala parti mill-konsulenza tagħhom iż-żewġ konsulenti jridu jħejju studju.
Jien infurmat ukoll li fl-1997 kienet saret l-hekk imsejħa 'High Level Tourism Guidance Paper'. Minħabba d-dewmin fit-twaqqif ta' l-Awtorita', din il-'Paper' kien hemm ħtieġa li tiġi aġġornata.