Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena?
Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad?
X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Direttorat tal-Operations tad-Dwana, saru 5 spezzjonijiet ghal gharrieda fuq 15-il sit differenti. Dawn twettqu mid-Director Operations, mill-Head of Investigations, mill-Head of Passenger Services, mis-Senior Inspector in charge of Airport Section u mill-Inspector Baggage Room f’okka¿jonijiet differenti.
Fid-Direttorat Amministrattiv, id-Director Administration, is-Senior Principal in charge of E.P.U., l-Asst. Director Finance and Personnel u l-Asst Director Excise and Systems wettqu 7 spezzjonijiet fuq impjegati fis-sezzjonijiet li huma responsabbli minnhom.
Barra minnhekk, isiru verifiki kuljum fuq is-sick leave ta’ l-impjegati mad-dipartimenti kollha tal-Ministeru, u verifiki fuq l-attendenza ta’ l-impjegati meta tinhass il-htiega.
Jista' l-Ministru jgħid ġiex ppubblikat ir-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme li kellu jiġbor fih il-Macroeconomic Stability and Fiscal Position tal-Gvern Malti inkonnessjoni ma' l-alignment ta' pajjiżna ma' l-acquis ta' l-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme ntbgħat lill-Kummissarju Ewropeja fl-1 ta' Ottubru. Dan il-Programm qed jiġi evalwat mill-Kumitat tal-Ekonomija u Finanzi tal-ECOFIN Council biex wara jkun diskuss ma dak ta' pajjiżi oħra f'laqgħa li se issir fi Brussels fis-27 ta' Novembru li ġej. Wara dan kollu l-kummissjoni tippublika l-PEP's ta' dawn is-7 pajjiżi kandidati billi tqegħdilna fuq il-Website tal-Preidenza Belġjana.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Ministeru li jsaħħaħ l-Economic Forecasting Capacities tiegħu sabiex ikun jista' jieħu sehem fil-Mutual Economic Surveillance Programmes tal-UE, kif ukoll sabiex ikun jista eventwalment jaderixxi ruħu mar-Reporting Procedures tant l-Excessive Deficit Procedure u l-iStabilityand Growth Pact?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal issa din il-funzjoni qed tinqeda b'riżorsi tal-Economic Planning Division fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Iżda hemm il-ħsieb li l-Ministeru tal-Finanzi jibni dawn il-kapaċitajiet fi ħdanu stess.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li hemm fl-Overview of Alignment with the Acquis -Vat Capter 10 Taxation fit-trattativi tagħna mal-UE fejn jintqal li l-Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-Vat sat tieni quarter tas-sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi fl-Overview of Alignment with the Acquis tal-Position Paper fuq Chapter 10 - Taxation, hemm imniżżel illi l-Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-VAT sat-tieni quarter tas-sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE ħlief għat-talbiet li qed isiru f'Sezzjoni C ta' l-istess dokument.
Bħalissa qegħdin isiru negozjati bejn Malta u l-UE fuq għadd ta' arranġamenti speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT. Għalkemm il-Gvern se jipprova jagħmel l-emendi neċessarji għal-liġi tal-VAT sa nofs is-sena d-dieħla, dan jiddependi ħafna mill-progress tan-negozjati.
Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar fhiex wasal il-Business Change Management Plan li kien tfassal a bażi ta' proġett ta' għajnuna teknika wiesgħa mill-Kummissjoni Ewropeja fil-qafas ta' dak li jissejjaħ Fiscal Blueprints Exercise?
Billi fil-Position Paper dwar l-Acquis jintqal li dan il-pjan kellu jiġi implimentat gradwalment u mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2002, jista' jgħid jekk il-pjan huweix miexi on track u fiex wasal?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twettiq tal-Business Change Management Plan miexi kif ippjanat. Twaqqfu Pre-accession Units fid-Dipartimenti tad-Dwana u tal-VAT waqt li nħattru żewġ Project Managers barranin biex jorgannizzaw ix-xogħol meħtieġ.
Ix-xogħol mwettaq s'issa jinkludi:
- aġġornament ta' għadd ta' regolamenti biex jiġu kompatibli ma' dawk ta' l-UE
- titjieb fil-faċilitajiet għal klijenti tad-Dipartimenti bħal ftuħ ta' l-One-Stop Shop fid-Dipartiment tal-VAT.
- issaħħu l-istrutturi amministrattivi tad-Dipartimenti biex ix-xogħol ikun aktar effettiv
- ingħata taħriġ lil ħaddiema fuq diversi oqsma bħal customer care service, programmi ta' l-informatika, infurzar ta' taxxa u management
- għadd ta' ħaddiema intbagħtu jipparteċipaw f'seminars u laqgħat organizzati minn FISCALIS, TAIEX u IOTA
- ġew introdotti proċeduri ġodda
- għadd ta' ħaddiema intbagħtu f'pajjiżi membri biex jaraw aktar mil-viċin il-prattiċi ta' xogħol
Is-sena d-dieħla se tkompli l-attivita fl-oqsma li semmejt waqt li se jsir ukoll xogħol fuq l-interkonnettivita bejn id-Dipartimenti tad-Dwana u l-VAT ma' l-Kummissjoni ta' l-UE.
Jista' l-Ministru jgħid billi kien ġie irrapurtat li Malta kienet qed tieħu sehem fil-Fiscalis Programme wara li ġiet aċċettata fuq bażi proviżorja - liema seham kien maħsub biex ittejjeb is-sistemi ta' taxxi indiretti fit-tħaddim tas-suq intern, jista' jgħid jekk twaqqfitx il-bażi legali li tippermetti sehem sħiħ f' dan il-programm?
Tista' taġġorna lill-Kamra dwar din il-ħidma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-misotqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn fuq dazju u sisa min fuq is-sigaretti u prodotti relatati bħal tabakk matul din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru 2001 inġabru Lm13,059,869 u Lm269,579 bħala dazju tas-sisa fuq sigaretti u prodotti relatati bħal tabakk rispettivament.
M'hemmx dazju ta' mportazzjoni fuq il-prodotti msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jikkunsidra issa li riesaq budget ieħor biex iħaffi l-problema ta' min jieħu xi żieda żgħira fil-pensjoni/paga ikollu jħallas ħafna aktar taxxa fuq id-dħul u jinqatgħlu xi benefiċċji soċjali, bħaċ-children allowance peress illi c-ceiling tal-income tax ikun baqa l-istess, b'mod li min suppost ikun żdiedlu d-dħul fil-fatt jispiċċa jaqbad dħul anqas f'idejh
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jkun infurmat meta jitħabbar il-Budget.
1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?
3 Min awtorizza tali impieg?
4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?
5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li barra li ħafna mit-tagħrif mitlub ikun ippubblikat kull sena fl-Appendiċi tal-Estimi, tagħrif ieħor f'dan ir-rigward ngħata fi tweġibiet għal diversi nterpellanzi oħra. Għaldaqstant ix-xogħol involut fil-ġbir ta' l-informazzjoni mill-ġdid mhux ġustifikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Borza ta' Malta, inkluż l-ispiża fuq il-mistednin li nġabu minn barra u l-Gala dinner li sar għall-okkażjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-mistiedna barranin li attendew għal fuħ uffċċjali tal-bini l-ġdid tal-Borża, ġew Malta primarjament biex jipparteċipaw f'żewġ laqgħat li saru hawn Malta fl-istess perjodu li saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-bini tal-Borża.
Dawn iż-żewġ laqgħat kienu waħda tal-Federazzjoni Ewropeja tas-Swieq Kapitali u l-oħra tar-regolaturi tas-swieq f'dawk il-pajjiżi li bħalissa qiegħdin f'negozjati biex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn it-tip ta' laqgħat isiru regolarment matul is-sena f'pajjiżi differenti u kif dejjen isir, il-vjaggi u akkomodazzjoni jitħallsu mil-parteċipanti stess.
Il-Borża ħadet l-okkażżjoni li ċ-ċerimonji tal-ftuħ jikkoinċidu ma dawn l-avvenimenti li fihom infushom jirrikjedu ospitalita' lil min ikun qed iżurna għalhekk organizzat diversi attivitajiet għal dawn id-delegati waqt li tiċċelebra l-ftuħ ta' l-uffiċċini l-ġodda tagħha, fost dawn Gala Dinner u ċerimonja u riċeviment tal-ftuħ. Dawn l-attivitajiet laħqu spiża ta' Lm18,500. Din is-somma tinkludi fiha l-ispejjeż kollha fosthom il-catering, kiri ta' sistema tad-dawl u PA, kiri tal-Barrakka ta' Fuq mingħand id-Dipartiment tal-Agrikoltura, eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid x' inhu id-daqs tad-debt/GDP ratio mbassar għal din is-sena?
X' kien fis-snin 2000, 1999 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-daqs tad-dejn net tal-Gvern mal-Prodott Gross Domestiku fis-snin imsemmija fl-interpellanza kien dan li ġej:
1996 : 37.97%
1997 : 46%
1998 : 50.27%
1999 : 49.34%
2000 : 51.81%
2001 : 54.88% (imbassar)
Wieħed jista jara li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista id-dejn żdied b'12.3% waqt li fl-aħħar tlett snin tal-Gvern ġdid Nazzjonalistaq d-dejn żdied b'4.6%.
Dan għaliex waqt li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista, d-deficit lebbet qisu żiemel maħrub, f'dawn l-aħħar tlett snin, id-deficit qed jiġi kkontrollat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ħames consortia li ġew shortlisted għall-privatizzazzjoni tal-MIA? Liema kienu l-bidders li ma ġewx short-listed? Il-consortium li direttur tal-MIA jinsab direttur fuq waħda mill-kumpaniji membri tagħha, huwa wieħed mill-consortia li ġew short-listed?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li hemm ftehim li jiprekludi il-Privatisation Unit milli jikxef l-ismijiet tal-bidders ma jkunx għaqli li ngħid min huma ix-short listed bidders u dawk li ma ġewx short listed. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija l-informazjoni dwar min qiegħed membru tal-konsorzja hija parti minn dokument konfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern kemm daħħal s'issa mill-witholding tax fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv li introduċa fl-aħħar budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx separatament iżda tifforma parti mill-withholding tax li tinġabar globalment fuq l-investment income u għalhekk l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għal pre-qualification questionnare għall-medical equipment turnkey contract għall-isptar il-ġdid (CT2275/2001) li ħareġ permezz tad-direttur tal-kuntratti u li stieden lill-applikanti interessati biex jimlew il-kwestjonarju sal-Ħamis, 19.07.01 wara li jkunu ħallsu Lm 1000 biex jipparteċipaw, peress li ninsab infurmat li il-general contracts committee kien identifika disa ditti li kienu jipre-kwalifikaw għal dan il-kuntratt a bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-president, tal-FMS, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ssemmew id-ditti mingħajr ma kienu msemmija l-kumpaniji/aġenti li jirrapresentawhom f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalkemm id-direttur tal-kuntratti għarraf lill principals barra l-pajjiż dwar min kellu eżitu pożittiv jew negattiv, ma saret ebda indikazzjoni meta t-tender ewlieni kien ser jinħareġ? Jista' jikkonferma jekk fl-istadju tat-tendering l-award hiex ser issir mid-direttur tal-kuntratti jew inkella mill-FMS.
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet għal prequalification saru direttament minn ditti barranin għaliex kemm l-intenzjoni tal-FMS kif ukoll il-kontenut tad-dokument uffiċjali kien jindika li kellhom jintagħżlu kumpaniji li għandhom track record tajjeb fi proġetti kbar bħal dawn. F'Malta m'hawn l-ebda aġent li għandu dan it-track record. Ninsab infurmat li ħafna mid-ditti barranin, kemm dawk li pprekwalifikaw kif ukoll dawk li ma ġewx prekwalifikati, nfurmaw lir-rappreżentanti tagħhom f'Malta bl-eżitu ta' l-eżerċizzju.
Fl-ittri tagħha ta' notifika lill-applikanti l-FMS ma tatx indikazzjoni dwar meta ser toħroġ is-sejħa għall-offerti minħabba l-fatt li fid-dokument tal-prekwalifikazzjoni li kien ippublikat f'Ġunju li għadda kien ġie indikat b'mod ċar li din kellha toħroġ "aktar tard din is-sena".
Nikkonferma li l-għoti tal-kuntratt ser isir mid-Direttur tal-Kuntratti skond in-normi stabbiliti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28511, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid billi l-MFSC huwa mistenni li jassumi ir-rwol ta' Single Financial Regualator b'kemm huwa maħsub li jikber l-istaff compliment taċ-Ċentru kif ukoll jekk hemmx pjani li jitkabbru il-premises taċ-Ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC għandu l-ħsieb li jawmenta n-numru ta' mpjegati bħala effett tar-rwol futur tiegħu bħala single financial servcies regulator, u nfatti saru u qegħdin isiru taħditiet mal-Bank Ċentrali dwar trasferiment ta' staff mill-Bank Supervision Division għal ma l-MFSC li eventwalment ser issir il-Malta Financial Services Authority. In -numru ta' staff li ser jgħaddu mal-MFSA għadu mhux definit.
Fil-frattemp, l-MFSC daħal f'kuntratt ta' bejgħ, permez ta' att pubbliku notarili, għax-xiri tal-propjeta' adjacenti mal-uffiċju preżenti tagħha fl-iMrieħel, li fiha, fost oħrajn, ser jiġu akkomodati n-nies li eventwalment ikunu inkarigati mis-superviżjoni tal-banek.
Jista' l-Ministru jgħid id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinvestiga ir-refund pendenti ta' taxxa ta' madwar Lm261 f' isem il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u jistabbilixxi kuntratt dirett mat-taxpayer dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista’ jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jara li l-persua li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jingħata l-bilanċ dovut lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan peress li l-istess persuna għandha bżonn dawn il-flus minħanna raġunijiet serji ħafna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda hemmhekk.