Jista' jiġi vverifikat jekk is-saqaf ta' fuq l-appartament, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux bżonn li jingħata l-membrane peress li qed jidħlu ħafna ilmijiet u jagħmlu ħsara lis-saqaf u l-ħitan tal-familja li tgħix hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li t-tnejn huma pensjonanti ma ngħatawx il-formola għas-sussidju fuq is-surchargetal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma? F'każi fejn bi żvista ma jintbagħtux l-applikazzjonijiet, minn fejn tista' persuna tiġbor l-applikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant ġew infurmati bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħhom.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-applikazzjoni tista' tinġabar minn xi wieħed mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew mit-Taqsima tal-Customer Care fl-Uffiċċju Ċentrali l-Belt jew billi wieħed iċempel SPIC fuq numru 159.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna mill-Fgura, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li meta kienet ser toħroġ is-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ġiet infurmata mis-social worker tal-persuna ndikata li din il-persuna ma riditx li jsiru x-xogħlijiet għax bdiet tibża li ser ikunu ta' ħsara għal saħħitha u talbet li l-proċess jitwaqqaf. Minkejja l-intervent sussegwenti ta' ħu l-applikant biex jikkonvinċieħ biex ix-xogħlijiet isiru, l-applikant kien kontinwament ibiddel fehemtu jekk ix-xogħlijiet għandhomx isiru jew le.
Ninsab infurmata wkoll li, sal-lum, l-Awtorita' tad-Djar għad ma għandiex risposta definittiva jekk l-applikant iridx li jsiru x-xogħlijiet.
Tista' l-Ministru tgħid min hu intitolat biex jibbenefika minn skont fil-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl u x'inhi l-proċedura li tkun segwita biex wieħed jibbenefika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Avviż Numru 384 ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta’ April 2007, li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara hemmx xi possibilita' li l-familja ta' ħames persuni li kienet refuġjata mill-Marsa, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, u li issa għandhom ċittadinanza Maltija u qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda, bir-raġel ma jaħdimx, jieħdu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Telefonati minn linji fissi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma nżammewx il-wegħdi li saru lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li fis-sena 2004 sofriet ħsarat kbar fl-appartament tagħha wara ħruq fil-blokk u kienu sarulha l-wegħdi li jissewwew dawn l-ħsarat kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta’ tiswija konnessi mal-ħsarat li saru minn ħruq fl-2004 fl-appartamenti ndikati mill-Onor. Interpellant, kienu fil-fatt tlestew mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar.
Madankollu għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lil imsemmi Dipartiment biex jinvestiga.
X'għajnuna prattika jista' jingħata t-tifel minn San Ġiljan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jbati minn kundizzjoni rari ħafna - congenital indifference to pain - u aktar ma jgħaddi żmien aktar se jbati biex ikun jista' jitla' u jinżel it-taraġ peress li joqgħod fl-ogħla sular tal-blokk u m'hemmx lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-familja tal-persuna ndikata li tavviċina l-Customer Care Unit ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tara l-possibilita' ta' stallar ta' lift fil-blokk.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24818 dwar il-possibilta' ta' day centre għall-anzjani fis-Siġġiewi, tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-proġett aktar kumpless ma' l-Awtorita' tad-Djar, li qed isiru diskussjonijiet dwaru u li mit-tweġiba tal-Ministru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa implikat li għandu x'jaqsam ma' day centre għall-anzjani fis-Siġġiewi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett ta' l-Awtorita' tad-Djar li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti jikkonsisti f'kumpless residenzjali ta' 60 appartament u blokk ta' 21 unit maħsub biex jiġi allokat lil persuni anzjani jew bi bżonnijiet speċjali. Dan il-kumpless maħsub li jinkludi wkoll Day Centre għall-anzjani, Child Day Care Centre, 85 garaxx kif ukoll landscaped area.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fid-Direttorat għall-Investigazzjoni kontra l-Frodi, bid-dmirjiet tagħhom u l-iskali ta' salarji?
Tista' tgħid fuq liema bażi dawn l-impjegati huma ngaġġati, jiġifieri jekk hux full time jew part-time jew b'xi mod ieħor? Kemm hemm fuq kull tip ta' kuntratt u x'inhuma d-dmirjiet tagħhom u l-iskali tas-salarji tagħhom?
Tista' tgħid jekk qattx ġie farmed out xi tip ta' xogħol lil xi individwi u/jew entita' li mhix parti mis-servizz pubblika u/jew parti mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Tista' tgħid kemm sar overtime f'dan id-Direttorat minn kemm ilu mwaqqaf, xahar b'xahar u lil min ingħata l-overtime?
Tista' tgħid kemm sar overtime fit-taqsima, li kienet inwaqqfa għal prattikament l-istess skop qabel ma twaqqaf dan id-Direttorat, sena b'sena mill-1998?
Tista' tgħid kemm-il spezzjoni u/jew investigazzjoni saret minn dan id-Direttorat minn meta twaqqaf sal-lum, xahar b'xahar u kemm mill-każijiet li ġew investigati ġew maqtugħa mill-eliġibilita' għal benefiċċji soċjali u kemm minn dawn il-każijiet appellaw minn din id-deċiżjoni tad-Direttur ta' dan id-Direttorat quddiem l-Arbitru u kemm dan id-Direttorat tilef appelli quddiem l-Arbitru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li:
In-numru ta’ impjegati fid-Direttorat għall-Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni, preżentament hu:
Direttur - Skala 4
Assistent Direttur - Skala 5, fuq
pre-retirement leave
Prinċipal –Skala 10
4 Spetturi (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) – 1 fuq Skala sostantiva 10, 2 fuq Skala sostantiva 11 u ieħor fuq Skala sostantiva 13
2 Uffiċjali Eżekuttivi (
Desk Officers
) - Skala 13, persuna minnhom fuq
Parental Leave
Skrivan Anzjan – Skala 14
Skrivan – Skala 16
2 Impjegati ta’ l-IPSL (
Desk Officers
)
Dawn l-impjegati huma kollha
full time.
Id-direttur u l-assistent direttur qiegħdin fuq kuntratt li hu
standard
għall-impjegati fil-pożizzjoni ta’ direttur u assistent direttur rispettivament mal-Gvern. L-ispetturi għandhom kuntratt skond kif provdut fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet għall-mili ta’ dawn il-postijiet.
Qatt ma ġie
farmed out
xi tip ta’ xogħol minn dan id-Direttorat.
It-Tabella Numru 1, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, turi l-ammont ta’
overtime
li sar fid-Direttorat minn Jannar 2006 ’l hawn. Kull membru tad-Direttorat intitolat jaħdem l-
overtime
jingħata l-opportunita` li jagħmel dan meta jkun hemm il-bżonn.
Dwar il-ħames parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella 1A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li n-numru ta’ każijiet investigati u numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex jitwaqqaf il-benefiċċju huma kif jidhru f’Tabella Numru 2 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid niċċara li dan id-Direttorat jagħmel biss rakkomandazzjonijiet, bażati fuq l-investigazzjonijiet, lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurta’ Soċjali biex jitwaqqaf xi benefiċċju. Id-deċiżjoni jekk il-benefiċċju jitwaqqafx jew le hi r-responsabbilita’ ta’ dan ta’ l-aħħar. Għalhekk ma sar ebda appell quddiem l-Arbitru mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għall-Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni.
Tista' l-Ministru tawtorizza l-pagament tal-benefiċċji tal-mard lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Peress li l-persuna se jkollha tagħmel operazzjoni kif mistqarr mill-ispeċjalista, tista' l-Ministru tara li l-pagament isir immedjatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid minn meta bdiet li s-sidien privati li jridu jikru lill-Awtorita' tad-Djar? Kemm inkrew mingħandhom s'issa? F'liema lokalitajiet? B'kemm prezz? Tista' titpoġġa kopja tal-kuntratti fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall Mistoqsija Parlamentari Numru 21999 f'Seduta Numru 461.
Ninsab infurmata li ma ġie konkluż ebda ftehim ieħor minn dak inhar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mill-Awtorita' tad-Djar lill-benefiċjarji li applikaw biex jikru post ta' l-Awtorita' tad-Djar, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma tqassamx units għal kiri hi direttament.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali lill-benefiċjari li għandhom applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, mis-sena 2000, sena b'sena, sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment għad-Djar — Amalgamazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-amalgamazzjoni tad-Dipartimenti tad-Djar ma' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif kelli l-okkażjoni li ngħid qabel, inkluż f’din il-Kamra u permezz ta’ stqarrija għall-istampa maħruġa fis-16 ta’ Novembru li għadda, il-proċess ta’ l-amalgamazzjoni tas-settur tal-housing diġa’ nbeda.
Minn dak inhar, tkompla dan il-proċess bit-trasferiment ta’ l-impjegati tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal bini ieħor ta’ l-Awtorita u l-impjegati fit-taqsima tal-customer care ta’ l-Awtorita’ u ta’ l-imsemmi Dipartiment qed joffru s-servizzi tagħhom mill-istess uffiċċju.
Fl-istess ħin qed tiġi abbozzata l-leġislazzjoni meħtieġa li, meta tiġi approvata minn dan il-Parlament, tipprovdi s-sisien legali biex ikun jista’ jingħalaq il-proċess ta’ amalgamazzjoni.
Tista' l-Ministru ġentilment tinvestiga l-qagħda ta' pensjonant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li allegatament qed jirċievi nofs il-pensjoni tiegħu, dan kollu meta kellu biss l-aħħar sentejn tal-kontribuzzjoni ta' l-NI neqsin u li huwa kien dejjem offra li jħallas biex ma jsofrix dan it-tnaqqis?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u entitagħha qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li fil-perijodu ndikat kien hemm xi uffiċjal taħt id-dekasteru tiegħi li qabeż il-limitu stabbilit.