Legislature:
Category:
Reset
Active:

Elbros

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'kien ir-rwol tiegħu fl-għotja li d-ditta Elbros għamlet għall-ispeejes ta' Salinos Ground peress li din id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-ministru?

Response (GATT, AUSTIN)

Personalment, kull ma ghamilt f`dan il-kaz hu li peress li nghix il-Belt intlabt mill-Valletta F.C. biex insib `sponsor` biex jghin fl-ispejjes li kienu qed jghamlu fis-Salinos Ground. Jien cert li kull deputat f`din il-kamra kellu u jibqa jkollu talbiet simili u kull deputat jaghmel li jista biex jghin assocjazzjonijiet sportivi u ohrajn.

Kunsilli Lokali

Question

B'riferenza għall-Kunsilli Lokali li ġew fdati jmexxi l-Librarji fil-lokal tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra: (a) jekk dawn il-libreriji jistgħux jirrifjutaw kotba ta' diversi suggetti (b) jekk kien hemm xi lokalitajiet li diġa rrifjutaw xi kotba (c) jekk kienx hemm xi Kunsilli li bagħtu lura xi korrispondenza lilhom indirizzata, u jekk fl-affermattiv jekk dan sarx bil-qbil tal-Kunsill kollu jew le (d) jekk kienx hemm xi każ simili fil-Kunsill Lokali tal-Pieta

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali b`personalita` legali distinta u fl-awtonomija taghhom jagixxi skond l-esigenzi u l-mezzi disponibbli. Ghaldaqstant l-istatistika mitluba ma tinzammx minn dan il-Ministeru. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija ninfurmak li l-Kunsill Lokali Pieta` s-issa mhux imexxi l-librerija tal-lokal tieghu.
Leg 9 PQ #25711 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permess qed jiġi miżmum u għalfejn mill-Ministeru tiegħu biex propjeta ġdida li qed tiġi akkwistata mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, ssir l-uffiċini l-ġodda tal-Kunsill Lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda permess mehtieg skond l-Att dwar l-Kunsili Lokali ma qed jinzamm mill-Ministeru tieghi tant illi kemm jien kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi approvajna t-talba fis-17 ta` Jannar 2001.
Leg 9 PQ #25714 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Local Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba saru courses għal lokal wardens u f'liema data> Kemm kien in-numru ta' dawk l-applikanti nisa w rġiel u kemm minnhom għaddew? X'kienet l-eta' ta' kull applikant li qagħad għal course tal-local wardens u kemm min dawn qed jistennew il-warrant? B'liema rata fis-siegħa qed jitħallsu dawk li deġa qed jaħdmu ta' local wardens u li qed jistennew il-warrant u dawk il għandhom il-warrant?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li korsijiet ta` tahrig lill-Gwardjani Lokali jsiru mill-Korporazzjoni ta` l-Impjieg u Tahrig kif ukoll minn kull min ghandu licenza ghal dan il-ghan, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija ninfurmak li l-gwardjani lokali mhumiex impjegati tal-Ministeru jew tal-Kunsilli Lokali imma ta` agenziji privati li ghandhom licenza biex jipprovdu dan it-tip ta` servizz.

Multi Eċċessivi

Question

Fid-dawl illi persuni li nstabu ħatja illi daħlu fi propjeta privata, sawtu persuna u għamlu ħsara u anke serqu, weħħlu multa ta' xi Lm 25 kull wieħed u twiddiba biex ma jerġgħux, ma jidirlux il-Ministru illi multa għal ipparkjar ħażin u li jwasslu għall-towing iġġiefieri LM 45 huma xi ftit eċċessivi u għandhom jittnaqqsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pieni ghal reati varji huma stipulati fil-ligijiet rispettivi. Huwa fil-gudizzju tal-gudikant li jistabilixxi il-piena misthoqqa. Il-Ministru tal-Gustizzja la ghandu dritt u lanqas jista` jindahal f`dan il-mertu.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra, jekk kienx hemm żieda fil-kawżi mismugħa u konklużi (a) fil-Qrati Superjuri u (b) fil-Qrati inferjuri fl-aħħar sitt xhur? Kemm hu l-għadd tal-kawżi pendenti illum paragunat ma' sitt xhur ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taht: QRATI SUPERJURI BEJN 1/10/00- 23/04/01 PENDENTI ILLUM KONKLUZI PENDENTI Prim`Awla tal-Qorti Civili 1109 10662 8766 + 174 mhux appt. Prim`Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzzjonali) 16 127 100 Qorti ta` l-Appell 299 998 765+ 362 mhux appt. Qorti Kostituzzjonali 12 70 56 QRATI INFERJURI BEJN 1/10/00- 23/04/01 PENDENTI ILLUM KONKLUZI PENDENTI Magistrati 956 3260 2275+ 3 mhux appt. Tribunal tat-Talbiet Zghar 839 1640 345

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25405 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kontravenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk local wardens għandhomx iwaqqfu x-xuffier u l-vettura meta jaraw xi kontravenzjoni aktar milli jagħtu ċ-ċitazzjoni mingħajr ma s-sewwieq ikun konxju ta' dak li qed jagħmel kif fuq kollox jagħmlu l-pulizija?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, il-Gwardjani Lokali ghandhom is-setgha li jwaqqfu kull persuna fuq suspett li tkun kisret xi regolament jew "bye-laws". Dan izda mhux dejjem ikun possibli specjalment meta jista` jinholoq xi periklu minhabba toroq traffikuzi.

Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol fl-estenzjoni tal-Qorti fejn qabel kien hawn l-Għassa tal-Pulizija? X'inhu proġettat li jsir? Kemm se jqum ix-xogħol previst u kemm intefqu flus s'issa? Meta hu previst li jispiċċaw x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xoghol fuq l-estenzjoni fil-Qorti biex jigi utilizzat l-post fejn qabel kien hemm l-Ghassa tal-Pulizija (Valletta) imbeda f'Jannar 2000. Il-progett jikkonsisti f'zewg fazijiet: L-ewwel fazi kienet it-twaqqieh ta' hitan, ftuh ta' bibien u tpoggija ta' travi halli l-post jinghata dehra ta' "open plan' biex l-ispazju jigi utilizzat ahjar. It-tieni fazi tikkonsisti f' "finishing works" bhal twahhil ta' dawl, ilma, telephones, struttura ghal I.T., Air-conditioning, fire detection etc. inkluz tghamir ta' ghamara ta' l-ufficini. Il-post meta jkun lest se jigi okkupat bir-Registri tal-Qrati Superjuri, Inferjuri, Qorti ta' l-Appell, Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar, u s-sezzjoni tas-Subbasti. Ser ikun hemm ukoll ufficini ghall-Ufficcjali ohra tal-Qorti. In-nefqa li saret sa issa hija ta' Lm69,908. Baqa' kont pendenti ta' Lm1050. Prezentament qed tigi aggudikata t-tender li kienet harget mid-Direttur tal-Kuntratti li tkopri x-xoghol li ghandu jsir fit-tieni fazi kif spjegat aktar 'l fuq. L-ispiza finali tiddependi mill-valur tat-tender li ghadha qed tigi aggudikata u ghalhekk ma tistax tinghat risposta ghal -issa.
Leg 9 PQ #25631 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Acquis Communautaire

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25476 ċioe jista' l-Ministru jgħid min huma dawk it-translators li ġew ingaġġati bħala translators ta' l-Acquis Communautaire mill-Ingliz għall-Malti? X'inhuma s-salarji/allowances tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

It-translators li, sa` llum, gew ingaggati bhala translators ghat-traduzzjoni ta` l-Acquis Communautaire huma dawn: Mr Kristian Balzan Dr Albert Borg Not. Mary Grace Buhagiar Not. Lorna Cachia Ms Erika Caruana Mr Joseph Casingena Dr Frank Chetcuti Dimech Mr Alfred Ciappara Not. Silvio Cilia Mr Antoine Cremona Dr Hubert Dalli Ms Vivienne Gatt Not. Georgine Grech Dr Stefan Grima Ms Bella Hili Mr Manuel Mifsud Mr Achille Mizzi Not. Louise Muscat Dr Stephen Muscat Mr Mario Padovani Mr Andre Rizzo Not. Ivan Sammut Not. Mario Sciriha Not. Alex Spiteri Gingell Dr Anthony Tifugno Dr Audrey Vella Dr Mariosa Vella Cardona Ms Cecilia Xuereb Mr J. Zammit Mangion Il-process ta` ingaggar ghadu ghaddej ghax jirrikjedi wkoll tahrig fis-software li qieghed jigi wzat. Ir-rimunerazzjoni ghal kull translator hija ta` Lm3 il-pagna originali.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati kawżi lill-(avukati) kuraturi deputati li hemm fuq il-lista fil-kuraturi u dan għas-snin 1998 u 1999? Jista' jagħti dettalji tal-kawżi hekk assenjati? Jista' jgħid min huma l-avukati appuntati bħala kuraturi fuq il-lista llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Fis-sena 1998 kien hemm 267 kawzi fil-Qrati Superjuri u 56 kawzi fil-Qrati Inferjuri fejn gew nominati Avukati bhala kuraturi deputati. Fis-sena 1999 kien hemm 315 kawzi fil-Qrati Superjuri u 45 kawzi fil-Qrati Inferjuri fejn gew nominati Avukati bhala kuraturi deputati. Minhabba n-numru konsiderevoli ta' kawzi nvoluti, f`dan l-istadju huwa mpossibbli li tinghata l-lista tal-kawzi hekk assenjati. Il-lista tal-kuraturi deputati tigi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern f'Jannar ta` kull sena.
Leg 9 PQ #24397 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta rċieva kull maġistrat fis-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 u kemm minn dawn ġew magħluqa? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm differita għas-sentenza quddiem kull maġistrat kemm ċivil kif ukoll kriminal, u kemm ilhom pendenti għas-sentenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nibghatlek lista bid-dettalji kif mitluba. Din l-informazzjoni nghatat mill-Magistrati stess indikati fl-istess lista. Hemm 6 Magistrati u cioe` Magt. Antonio Mizzi, Magt. J Apap Bologna, Magt. G. Grixti, Magt. C. Peralta, Magt. Antonio Micallef Trigona u l-Magt. Miriam Hayman li ma baghtux l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #25474 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir bħalissa madwar il-knisja u l-iskejjel ta' Ħal Tarxien sarx fuq inizjattiva personali ta' xi membru parlamentari minn-naħa tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xoghol fuq it-toroq madwar l-iskejjel f`Hal-Tarxien qed isir fuq inizjattiva tal-Kunsill filwaqt li x-xoghol ta` livellar fil-pjazza tal-knisja qed isir mill-Ministeru ghall-Ambjent.

No Parking Signs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25139 li oriġinarjament saret lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek: Jista' l-Ministru jgħid (1) Min awtorizza li jitwaħħlu no parking signs fi Triq il-Wegħdiet, B'Kara? (2) X'inhi r-raġuni li qiegħdin jitwaħħlu no parking signs fiż-żona tal-Laqxija f'B'Kara meta m'hemmx parking adegwat għal-residenti ta' din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitijiet tal-Kunsilli.

Management Fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25007?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-'Management Fees' ghad-"trading licences" m'ghadiex tithallas bl-istess mod kif kienet qabel meta kienet tifforma parti mill-fondi specjali. Meta l-Fondi Specjali gew integrati fl-allokazjoni ta` kull sena gew integrati wkoll l-"Management Fees" imsemmija mill-Onor. Interpellant. Ghalhekk mhux minnu li dawn ma thallsux ghax fil-fatt huma parti ntegrali mill-allokazzjoni finanzjarja ta` kull sena li qed jircievu l-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #25407 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm minn awtoritajiet barranin biex jingħataw għajnuna f'investigazzjonijiet li qegħdin jagħmlu? Kemm-il talba ta' ġbir ta' ittri rogatorji hemm pendenti? U mil-liema pajjiżi saru t-talbiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba qieghdha tingabar u risposta tinghata f`xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #25053 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Estradizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar 5 snin? Kemm ġew milqugħa? Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' kienet il-persuna fuq min saret it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Qorti — Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet liberata minn kull akkuża mressaq kontrih mill-pulizija (Sliema Occ,247) wara li tajjar anzjan u weġġgħu gravament nhar il-21 ta' Lulju 1999 f'High Street, Sliema.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif indubbjament jaf l-Ezekuttiv u l-Gudikatura huwa kostituzzjonalment indipendenti - konsegwentament ma jispettax lil dan il-Ministru li jispjega l-gustifikazzjoni ta` sentenza tal-Qorti. Il-gustifikazzjoni ghal kull sentenza jinghataw fis-sentenza stess liema sentenzi huma pubblici.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum weġgħu gwardjani lokali waqt li kienu fuq xogħolhom għax xi ħadd ħabb għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa` llum kien hemm hdax (11)-il incident fuq disa` (9) Gwardjani Lokali waqt li dawn kienu fuq ix-xoghol. F'kull kaz sar raport lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #24989 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Mġieba Frawdulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' atti jew mġieba frawdulenti min naħa ta' impjegati tal-Gvern waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar għaxar snin? F'kemm minn dawn il-każi inbdew proċeduri ċivili? X'kien l-eżitu tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Persuni b'akkuzi ta` atti jew imgieba frawdolenti jitressqu l-Qorti mill-Pulizija permezz ta` proceduri kriminali u mhux bi proceduri civili. Ghaldaqstant qed jigi ssuggerit li din il-mistoqsija tintbaghat lill-Ministru li tahtu jaqa` l-Korp tal-Pulizija.