Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26703 u jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ:
1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni;
2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra;
3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal għand ir-referees tagħha;
4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l-applikazzjoni;
5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 21206.
Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett li jitkabbar il-campus ta' l-MCAST x'faċilitajiet sportivi se jiġu provduti għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu maħsub li jkun hemm faċilitajiet sportivi li jikkonsistu f'indoor sports gym flimkien ma diversi outdoor games courts u faċilitajiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir speċjalment fis-sena skolastika 2007/08 biex it-tfal ikunu aktar konxji mill-perikli tal-ħxuna u biex jieklu u jixorbu affarijiet tajbin għalihom? Jista' jgħid ukoll hemmx il-ħsieb li jiżdied il-ħin għall-edukazzjoni fiżika u għall-attivita' fiżika fl-iskejjel sabiex mid-diskors dwar l-obesita' ngħaddu għall-fatti?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni għadha kif ippublikat policy u pjan konkret dwar ikel u xorb bħala parti mill-ħidma kontra l-ħxuna zejda tat-tfal.
Huwa ntiz li jsir aktar enfasi speċjalment fl-iskejjel primarji biex aktar attivita' fizika ssir fl-iskejjel. Din hi marbuta ukoll ma' ċirkulari li ħarġet din is-sena skolastika li ndikat il-ħin li għandu jiġi allokat għall-Edukazzjoni Fizika.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika 2006/07 kemm kien hemm tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt li kien sar għall-kiri tal-post? X'kien dan l-ikel u xorb? X'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm erba' każijiet fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt. Dan l-ikel kien jinkludi pastizzi. F'kull każ is-sidien ġew avżati, inġibdet l-attenzjoni u tneħħa l-ikel.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Uffiċjali Edukattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fil-preżent sabiex jiġu mimlija l-postijiet vakanti fejn jikkonċerna l-Uffiċjali Edukattivi mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-preparazzjonijiet għall-ħruġ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet minn-naħa tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni jinsabu fi stat avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' kemm skejjel, mużewijiet eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi?
Response (GALEA, LOUIS)
Propjament m'hemm l-ebda bini li fil-prezent jitħaddem fuq sistema ta' enerġija solari. Izda l-iskola Sekondarja San Benedittu għandha wkoll tagħmir ta' sistema ta' enerġija solari. Hu maħsub li l-iskejjel kollha li qed jew ser jinbnew ikollhom ukoll sistemi ta' enerġija alternattiva.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance zejda mhux ritornati, fuq xi safar li sar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Xogħol siefer darba waħda f'Jannar 2007. Mar Londra għal konferenza dwar it-teknoloġija ta' l-informazzjoni fl-edukazzjoni, liema safra qamet Lm654.98.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24251, jista' l-Ministru jgħid bejn min qiegħed il-ftehim imsemmi u jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-ċirkostanzi tax-xogħol li s-Science Lab Technicians qed iwettqu l-ftehim jinbidel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hux għaddejjin xi diskussjonijiet dwar xi ftehim kollettiv? Jekk fl-affermattiv dwar xhiex u ma' liema union għaddejjin dawn id-diskussjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm negozjati dwar Ftehim Kollettiv għaddejin mal-UĦM, MUT u UMASA rigward l-MCAST u l-Universita'.
Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġew impjegati jew trasferiti minn x'imkien ieħor persuni sabiex jagħmlu xogħol marbut b'mod esklussiv bħala security?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa vakanzi fil-kariga ta' kap ta' skola? Jista' jikkonferma li ħadd mill-assistenti kapijiet ma applika meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm hemm assistenti kapijiet li huma eleġibbli li japplikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 11-il Assistent Kap li applika għall-kariga ta' kap ta' skola fl-aħħar sejħa li ħarġet biex jimtlew dawn il-postijiet. Informat li bħalissa hemm 16-il Assistent Kap li jistgħu japplikaw għal kariga ta' kap ta' skola.