Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1797 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fil-livell sekondarju? Kemm huma bniet u kemm huma subien? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar in-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fil-livell sekondarju (Estimated Population) ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1855 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Tqassim ta' kotba b'xejn

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hux maħsub li jkun hemm xi bidla fil-policy tal-Gvern li jqassam kotba b'xejn fl-iskejjel statali? Jista' jgħid jekk kellux rapporti ta' skejjel li qassmu karti sabiex jinxtraw kotba mill-iskola stess? Jekk iva, liema kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Policy li biha miexi id-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huwa li fl-iskejjel statali jitqassmu l-kotba b'xejn kif dejjem ġara. Il-Policy preżenti hi li l-Gvern iqassam kotba li jixtri hu għall-maġġoranza assoluta tas-suġġetti. Fil-każ tal-kotba tax-xjenza u tal-letteratura Ingliża - Forms 1 - 3 u Letteratura Taljana Forms 4 u 5 huma l-iskejjel li jqassmu l-kotba għaliex il-Gvern jagħtihom flus biex jagħmlu hekk. Fil-każ tal-Forms 4 u 5, English Literature Text books hija l-policy tal-Gvern li l-kotba jinxtraw mill-istudenti għaliex is-sillabu jinbidel kull sena. Fil-passat xi skejjel kienu jordnaw dawn il-kotba u jitolbu il-flus mingħand l-istudenti.
Leg 10 PQ #1873 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Ftehim kollettiv għall-instructors

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1303, peress li l-klawsola 2.5.3. ta' l-imsemmi ftehim kollettiv tipprovdi għal ħames kapijiet, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li dan il-proċess jitkompla sa l-aħħar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa ma hemmx vakanzi fil-grad ta' Kap ta' Skola, Skejjel tas-Snajja.
Leg 10 PQ #1949 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradawati — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gradwati qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru? X'inhuma l-etajiet tagħhom? X'inhuma d-degrees li għandhom? Liema huma x-xogħlijiet li qed jirreġistraw għalihom? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għall anqas minn sitt xhur? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għal aktar minn sitt xhur? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għal sena jew aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, fl-aħħar ta' Settembru 2003 kien hemm 112-il persuna gradwata li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti (Part 1). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' degrees li għandhom dawn il-gradwati flimkien ma' tabella li turi l-gruppi ta' l-eta' li jaqgħu fiha dawn il-gradwati, għal liema tip ta' xogħol dawn kienu qed jirreġistraw u jekk ilhomx jirreġistraw inqas minn sitt xhur, aktar minn sitt xhur u għal aktar minn sena rispettivament.
Leg 10 PQ #1992 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Imtarfa - Trasport Skolastiku

Question

Tista' id-diviżjoni tinvestiga l-istat tat-trasport skolastiku għat-tfal li jmorru l-iskola primarja tal-Imtarfa peress li għandi lmenti dwar nuqqasijiet serji bħal: dewmien, iffullar fuq mini-van, ġarr ta' tfal fejn il-vjaġġ li jitħallas mill-Gvern jsir fl-sitess ħin ma vjaġġi mħallsa mill-ġenituri, sewqan eċċessiv ... vettura waħda li trid tlaħħaq ma kollox?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mir-rapporti li waslu jidher li l-ġenituri huma sodisfatti bis-servizz li qed jingħata fl-iskola imsemmija.
Leg 10 PQ #1993 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu għall-iskejjel — Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif wieġbet id-Diviżjoni għall-ittri miktuba lilha minn Merlin Library Ltd fis-6 ta' Ottubru 2003 dwar kif qed jiġu trattati pubblikaturi lokali tal-kotba meta ssir l-għażla għall-kurrikulu għall-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-2002 ħareġ 'Audit Report' li rrakkomanda il-proċedura li d-Diviżjoni għandha taddotta meta jiġu trattati pubblikazzjonijiet lokali. Informat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew adottati aktar kmieni din is-sena meta d-Diviżjoni ħasset il-ħtieġa li jinxtara ktieb tal-Computer Studies ippublikat hawn Malta. Informat li l-ebda ktieb ma intgħażel peress li ma laħaqx il-kriterji tal-Bord ta' l-Għażla.
Leg 10 PQ #1994 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trasport ta' l-iskejjel — Inċident

Question

F'hiex waslet l-inkjesta li saret wara li tifla waqgħet minn van skolastiku hija u tittieħed lura d-dar? X'passi ttieħdu s'issa biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' inċident bħal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-Rapport tal-Bord ta' Inkjesta dwar l-inċident imsemmi.
Leg 10 PQ #2034 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Impjegat fir-registry section

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - li jaħdem mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni (registry section), jibda jaħdem fi skola tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li bħalissa m'hemmx postijiet ta' messaġġiera vakanti fi skejjel viċin il-lokalita' fejn joqgħod l-individwu konċernat.
Leg 10 PQ #1790 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żejtun — Skola primarja B

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola primarja B fiż-Żejtun hemmx xi għalliema nieqsa fil-year 6 u li b'konsegwenza ta' hekk ma saritx it-tieni klassi tar-repeaters? Veru li f'din l-istess skola fis-sena skolastika li għaddiet u fil-bidu ta' din is-sena skolastika hemm għalliema li ħadet sick leave fit-tul? Ser jittieħed xi rimedju għal din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm għalliema nieqsa fl-iskola taż-Żejtun 'B'. F'din l-iskola hemm żewġ klassijiet tal-Year 7 (Year 6 repeaters), u qatt ma kien il-każ li ma tinfetaħx xi klassi minħabba nuqqas ta' għalliema. L-għalliema li kienet nieqsa fil-bidu tas-sena, mhix l-istess waħda li kienet fuq sick leave is-sena skolastika li għaddiet.
Leg 10 PQ #1795 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Kindergarten - tfal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qegħdin jattendu l-kindergarten ta' l-Istat? Kemm minnhom bdew f'Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' tfal li mistenni jattendu l-kindergarten ta' l-Istat f'Ottubru huwa previst li jkun hemm 4,444 tfal f'Malta u 351 tfal f'Għawdex.
Leg 10 PQ #1796 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat? Kemm huma subien u kemm bniet? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat (Estimated Population) huwa dan: Subien Bniet Total Malta 9461 8157 17618 Għawdex 927 861 1788 10388 9018 19406
Leg 10 PQ #1910 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Studenti

Question

Kemm ġew intervistati persuni biex jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ fl-iskejjel primarji statali u fl-iskejjel sekondarji statali? Kemm ġew reklutati minnhom fiż-żewġ livelli?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1911 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradwati — Xogħlijiet

Question

Hemm xi ħsieb li l-Universita', waħedha jew flimkien mal-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ u entitajiet pubbliċi u privati oħra, tieħu xi inizjattivi ġodda biex il-gradwati l-ġodda jsibu impjieg addattat malli jtemmu l-korsijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar sena kien hemm diskussjonijiet u ntlaħaq qbil ma' l-ETC biex fl-Universita' jinfetaħ uffiċċju biex uffiċjali ta' l-ETC jkunu jistgħu jagħtu pariri lill-istudenti fuq opportunitajiet ta' xogħol.
Leg 10 PQ #2027 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Nies qegħda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jwassal għal telfien ta' impjiegi u dan fid-dawl ta' numru ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom f'dawn l-aħħar xhur u wkoll fid-dawl tal-fatt li n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol laħaq il-figura ta' aktar minn 8,000 ruħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-politika tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' li jkun hemm xogħol għal kull min irid jaħdem. L-Oppożizzjoni taf daqs il-Gvern li l-klima ekonomika dinjija u Ewropeja għaddejja minn perjodu ta' taqlib kbir li bilfors jaffettwa lil pajjiżna.
Leg 10 PQ #1783 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — MATSEC - SEC

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'kienet ir-raġuni li meta numru ta' skejjel talbu lit-taqsima tal-eżamijiet tal-Universita' biex jintbagħtulhom ir-riżultati kollha ta' l-istudenti tagħhom li qagħdu għall-MATSEC u SEC ta' Mejju/Ġunju li għadda, din it-taqsima wieġbet li ma setgħetx tagħmel dan qabel l-aħħar ta' Settembru? Jista' jgħid jekk dawn issa ntbagħtux?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika li turi r-riżultati ta' l-istudenti li resqu għall-eżamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola skola skola ma setgħtex tintbagħat fl-iskejjel f'Awissu minħabba xogħol ieħor ta' preparazzjoni li kien qed isir għall-eżami ta' Settembru li ngħata prijorita'. L-istatistika issa ntbagħtet lill-iskejjel kollha.
Leg 10 PQ #1785 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1106 dwar assenteiżmu mill-iskejjel sekondarji tal-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l- medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat matul is-sena skolastika li intemmet huwa kif jidher f'din it-tabella:- Percentage Absenteism Secondary Schools Sep-02 4.28% Oct-02 8.94% Nov-02 8.66% Dec-02 11.60% Jan-03 8.71% Feb-03 10.20% Mar-03 13.50% Apr-03 11.50% May-03 10.70% Kienet l-aktar għolja fl-Iskola ta' l-Agrikoltura Danny Cremona u fl-Iskola sekondarja tal-Bniet Fra Diedo Bobanno. Kienet l-aktar għolja fl-iskola Danny Cremona, School of Agriculture u Fra Diego Bonanno, Girls School, li jinġabru fihom kategoriji partikolari ta' tfal minn Malta kollha.
Leg 10 PQ #1907 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż mill-istrutturi tal-Matsec li jkun hemm bidla fil-mod kif tiġi mmarkata Paper II tal-Letteratura Ingliża fil-livell SEC biex l-unseen text li kellu massimu ta' 25% tal-marka jitla għal 50%? Jekk iva, meta ġew infurmati l-għalliema u l-istudenti b'din il-bidla u min ġie kkonsultat qabel ittieħdet id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-Onor. Membru jista' qed jirreferi għal Paper I fejn jiġi eżaminat l-unseen text. Jirriżulta li fis-sillabi tas-snin 2004 u 2005 ma hemm l-ebda bidla fil-marki massimi ta' din il-karta, li huma 50% kif kienu f'dawn l-aħħar snin. Għalhekk it-tieni parti tal-mistoqsija, jiġifieri fuq konsultazzjoni ma tapplikax. Kopji tal-partijiet rilevanti tas-sillabi ta' l-2002 - 2003, 2004 u 2005 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1908 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel xogħlijiet — Lily of the Valley

Question

Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol meħtieġ fl-iskola sekondarja tal-bniet Lily of the Valley? X'hemm ippjanat li jsir u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fl-iskola sekondarja Lily of the Valley jikkonsisti fil-bdil tas-saqaf tas-sala. Dan ix-xogħol kien meħtieġ wara li saru testijiet fuq l-istess saqaf. S'issa x-xogħol ikkonsista fi twaqqiegħ tas-saqaf l-antik, qed jinbnew pilastri ġodda sabiex tissaħħaħ l-istruttura u fi żmien qasir ser jitpoġġew aktar travi u jibda jintrama' is-saqaf il-ġdid. Oriġinarjament, ix-xogħol kellu jitlesta sa l-aħħar ta' Ottubru, pero' l-kuntrattur ġie mitlub ibiddel l-iskeda tax-xogħol għal ħinijiet li ma jtellfux l-operat ta' l-iskola. Hu mistenni li s-sala tkun tista' topera fi żmien xi ġimgħat.
Leg 10 PQ #1909 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Skola primarja

Question

F'liema stadju wasal il-proġett li tinbena skola primarja ġdida f'Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li schematic application ġiet sottomessa lill-MEPA għal dan l-iżvilupp li bħalissa qed tiġi evalwata.
Leg 10 PQ #1932 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Madre Tereża — Resits ta' l-eżamijiet finali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tar-resits ta' l-eżamijiet finali ta' studenti tat-tieni sena li jattendu fil-kulleġġ Madre Tereża? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien kollu? Huwa konxju l-Ministru mill-fatt li dan id-dewmien esaġerat ġab ħafna inċertezza bla bżonn fost dawn l-istudenti minħabba l-fatt li ma jistgħux japplikaw għall-korsijiet fil-qasam tas-saħħa minħabba li għadhom ma jafux ir-riżultat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-istudenti spiċċaw il-kors mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-dati tar-resits kienu mibgħuta mar-riżultati annwali fl-aħħar tas-sena skolastika mill-amministrazzjoni tal-Mother Theresa College u dawn saru bejn it-23 u d-29 ta' Settembru.