Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #11413 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MIC — Għoti ta' fondi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi minn sorsi lokali u barranin lill-Malta-EU information centre minn meta twaqqaf sal-lum? Minfejn ħarġu l-fondi u kif intnefqu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1999 u l-2004, il-Malta-EU Information Centre kien pprovdut b'fondi minn sorsi lokali u minn sorsi barranin kif indikat fit-tabella, li ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta jerġa' jaġġorna l-Parlament. Dawk lokali inħarġu mill-fond konsolidat filwaqt dawk barranin mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #11406 Sitting 250 2005-03-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif aġġornat dwar l-ambaxxaturi, residenti u mhux residenti ta' Malta, bid-data tal-ħatra tagħhom u l-pajjiżi li għalihom huma akkreditati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ambassadorial Accreditations Status Report as on 9 March 2005 Name of Ambassador Resident/ Non Resident Accreditations Agrement Received Date of Credentials Agius Cesareo Alex Non resident Slovenia 15.11.00 28.02.01 Aquilina Carmel.J. Resident Denmark 15.03.02 14.05.02 Non resident Iceland 14.05.03 02.10.03 Balzan Walter Resident Austria 24.11.03 05.02.04 Resident OSCE (Vienna) N/A 02.04.03 Borg Abraham Non resident Switzerland 22.08.02 28.01.03 Resident FAO (Rome) N/A 21.02.03 Resident IFAD (Rome) N/A 01.12.00 Non resident Israel 09.08.02 14.10.02 Non resident Albania 26.09.02 25.11.02 Borg Saviour Resident United Nations Org. N/A 11.06.03 Busuttil George Non resident Peru 05.08.02 Non resident Uruguay 11.02.03 20.11.03 Buttigieg Scicluna Noel Resident Hungary 28.09.03 19.11.03 Camilleri Victor Resident United Nations ( New York) N/A 24.03.03 Dr Cassar Joseph Resident Libya 05.01.05 Dr Cremona V Resident France 03.03.05 Dr Costa Mario Resident Russian Federation 07.02.05 Falzon Alfred J. Resident Sweden 05.08.02 27.09.02 Non resident Finland 01.11.02 27.02.03 Falzon Saviour Resident Greece 25.09.03 12.11.03 Non resident Cyprus 12.12.04 10.02.05 Fsadni Ivan Resident Australia 09.07.99 26.09.02 Non resident New Zealand 09.01.03 27.03.03 Dr Gauci Saviour Resident China 31.10.03 Licari Joseph Resident COE (Strasbourg) N/A 27.01.99 Non resident UNESCO (Paris) N/A 06.02.99 Lowell John Resident USA 23.01.03 26.02.03 Non resident Canada 06.05.03 Montanaro G Resident Saudi Arabia 01.02.05 Melillo Edward Resident Italy 20.06.02 15.07.02 Non resident San Marino 22.10.02 31.03.03 Miceli Farrugia Mark Non resident Latvia 22.11.02 11.03.03 Non resident Estonia 04.02.03 15.05.03 Non resident Lithuania 07.10.02 04.02.03 Muscat Richard Resident Ireland 16.04.99 07.07.99 Muscat Inglott Albert Non resident Norway 18.12.02 .05.03 Gaetan Naudi Resident Spain 12.07.04 21.09.04 Psaila Savona Joe Non resident South Africa 20.09.99 18.04.00 Dr Refalo Michael Resident United Kingdom 03.02.05 Prof Rizzo Naudi John Non resident Malaysia 05.07.99 17.07.00 Non resident Singapore 29.06.99 25.07.00 Spiteri William Resident Germany 21.05.99 21.09.99 Non resident Czech Republic 02.09.99 24.08.00 Non resident Poland 06.12.99 13.11.00 Strickland Adrian Resident Netherlands 30.11.00 13.12.00 Toledo Peter Non resident Lebanon 09.12.99 18.07.00 Vella Albert E. Non resident Turkey 26.03.99 17.05.99 Mr Yves de Barro Resident Tunisia 01.08.02 Dr Tania Vella Resident Tunisia 01.02.05 Dr R Vella Laurenti Resident Egypt 11.11.04 Zammit Tarcisio Resident Belgium 17.07.03 Non resident Luxembourg 10.09.03 last update 9 March 2005
Leg 10 PQ #11449 Sitting 249 2005-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltese Libyan Business Council — Membri

Question

Il-membri tal-Maltese Libyan Business Council inħatru? Jekk iva, min huma r-rappreżentanti Maltin, liema ditti jirrappreżentaw u fuq liema kriterji ntagħżlu? Il-Gvern Malti jista' jgħid min huma r-rappreżentanti Libjani jekk ġie mgħarraf bl-ismijiet tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva il-membri tal-Maltese Libyan Business Council inħatru. Il-Kumitat huwa magħmul minn dawn il-membri, li jirrapprezentaw id-ditti msemmija. Naħa Maltija - Mr Alfred Pisani, Chairman, Corinthia Group of Companies (Hotels and Catering); - Mr Frank V. Farrugia, Chairman, Alpha Techs Ltd., (IT and Medical Instruments); - Mr Alfred Mangion, Chairman, AM Mangion Ltd., (Pharmaceuticals); - Mr Joe Mizzi, Chairman, Chef's Choice Foods (Food Industries); and - Mr Paul Vella, Chairman, Ballut Blocks (Construction Trade & Building Materials). Dawn il-persuni intgħażlu mill-Ministeru wara konsultazzjoni ma' Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ u Enterapriża u l-Federazzjoni ta' l-Industrija, biex ikunu rappreżentattivi tas-settur tagħhom. Il-ktiterju li bih intagħzlu kien biex jirraprezentaw is-setturi tagħhom. Naħa Libjana - Mr Jebril Karim Al-Reaiyedh, from Mizurata, owner of El-Naseem for Milk and Dairy Products, Manufacturer and Trader of Foodstuff; - Mr Abdel Razzak Krima, from Zawia, owner of Bahr El-Samah Partnership, a trader in building materials; - Dr Abdel Naser Muhammed Okouk, from Tripoli, owner of Akida for Household Company, a trader of household and electrical appliances; - Mr Abdel Azeem Atteya El-Ghoul, of Benghazi, owner of El-Nasr Company for Importation of Workshop Equipment, trader of industrial equipment and workshop requirements; and - Mr Ibrahim Ahmed El-Darrat, owner of Al-Etkan Detergents, importer of detergents.
Leg 10 PQ #11347 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Kroazia

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-applikazzjoni pendenti tal-Kroazia għal sħubija fl-Unjoni Ewropea issa li hemm possibbilta' ta' xi posponiment fil-ftuħ tan-negozjati ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti jibqa' tal-fehma li n-negozjati mal-Kroazja għandhom jinfetħu fis-17 ta' Marzu 2005, u dan bħala sinjal pożittiv għar-reġjun Balkaniku. Madankollu l-Kroazja għandha tagħmel minn kollox biex iġġib lil kull persuna akkużata minn krimini internazzjonali partikolari quddiem l-ICTY u l-Gvern Malti jibqa' fi qbil ma' din it-talba mill-UE. L-ebda negozjati, anke jekk jinfetħu, ma jistgħu jipproċedu mingħajr dan.
Leg 10 PQ #11348 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Turkija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni formali ta' Malta dwar l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea tat-Turkija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti jaqbel li n-negozjati mat-Turkija għandhom jibdew fil-qafas ta' l-oppinjoni tal-Kummissjoni (fosthom l-ebda tolleranza għall-ebda ksur tad-drittijiet tal-bniedem) kemm il-darba jiġu rispettati ukoll il-kundizzjonijiet miftehma fil-Kunsill Ewropew tas-16 u 17 ta' Diċembru 2004.
Leg 10 PQ #11326 Sitting 246 2005-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Immigrazzjoni rregolari

Question

Fit-tħejjija għall-joint paper mal-Libja dwar l-immigrazzjoni rregolari, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm input tal-Ministeru ta' l-Intern fid-dawl tal-konferenza nazzjonali li ġiet imlaqqgħa dan l-aħħar? Hemm il-ħsieb li jkun hemm konsultazzjoni ma' l-Oppożizzjoni dwar dan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin naturalment jikkonsulta mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern li huwa l-lead ministry f'din il-materja kif ukoll jieħu in konsiderazzjoni r-riżultati u l-konsultazzjonijiet tal-konferenza nazzjonali li saret dan l-aħħar fuq l-immigrazzjoni llegali. Mhuwiex eskluż li jsiru konsultazzjonijiet oħrajn.
Leg 10 PQ #10577 Sitting 243 2005-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fl-2004 in-numru ta' karozzi mikrija mill-Ministeru, Ambaxxati u entitajiet li jaqgħu taħti, inklużi l-Ambaxxati, kien jammonta għal 11. L-ispiża tal-kirjiet kienet ta' Lm 10,491 waqt dik tal-fuel kienet tammonta għal Lm 1,967.
Leg 10 PQ #10922 Sitting 241 2005-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatriċi għal Tuneż

Question

Apparti l-Franċiż, l-ambaxxatriċi l-ġdida għal Tuneż taf bl-Għarbi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Ambaxxatriċi l-ġdida għal Tuneż għandha wkoll konoxxenza ta' l-Għarbi Maghrebin. Dan jiddistingwiha minn diversi Ambaxxaturi li, fi żminijiet oħra, kienu akkreditati għal pajjiżi Għarab. Ma nistax inqabbel ma' Ambaxxatriċi Maltin residenti oħra għal pajjiżi Għarab għaliex din hija l-ewwel darba li mara ġiet appuntata minn Malta biex tkun Ambaxxatriċi residenti f'pajjiż Għarbi.
Leg 10 PQ #10923 Sitting 241 2005-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatriċi għal Franza

Question

Fid-dawl ta' l-importanza li qed tagħti lir-rwol kummerċjali ta' l-ambaxxati, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ambaxxatriċi l-ġdida għal Franza f'Pariġi għandhiex hands on experience f'dak li huwa export u investment promotion?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-proċess ta' l-għażla ta' l-Ambaxxatriċi l-ġdida għal Franza, jiena kkonsultajt informalment mal-Malta Enterprise li taw appoġġ sħiħ għall-għażla li saret għaliex għalkemm ma nistgħux ngħidu li għandha hands on experience f'dak li huwa export u investment promotion, jikkumpensa l-fatt li studjat għal żmien twil fi Franza u taf il-pajjiż biżżejjed sabiex tkun tista' taqdi d-doveri tagħha kif mistenni minnha. L-għażla ta' l-Ambaxxaturi ma ssirx biss skond kemm għandhom hands on experience f'dak li huwa export u investment promotion għaliex l-Ambaxxaturi mhumiex trade representatives biss għalkemm għandhom ukoll dik il-funzjoni li jippromwovu l-kummerċ u Foreign Direct Investment f'Malta. L-Ambaxxatriċi magħżula għandha l-kwalitajiet kollha meħtieġa biex tkun suċċess f'dak li huwa export promotion u investment promotion lejn Malta għaliex għandha l-preparazzjoni intellettwali u akkademika, l-esperjenza tal-ħajja fi Franza, u l-"aptitude" biex tagħmel dan għall-benefiċċju ta' Malta. F'dan jien għandi l-appoġġ sħiħ tal-Malta Enterprise li kienu entużjażmati fl-għażla meta kellimthom informalment fuq din il-materja.
Leg 10 PQ #10924 Sitting 241 2005-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kunsill ta' l-Ewropa — Ambaxxatur Malti

Question

Fil-ġimgħa li ltaqgħet l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg, l-ambaxxatur Malti għall-Kunsill ta' l-Ewropa kien Strasbourg?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-gimgħa indikata l-Ambaxxatur Licari kien qed jieħu sehem f'laqgħat tal-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa u tal-UNESCO li saru f'Pariġi. L-Ambaxxatur Licari huwa wkoll Ambaxxatur għall-UNESCO. Fi Strasbourg kien hemm l-Uffiċċjal Diplomatiku Claude Depasquale, preżenti f'dak il-perjodu indikat.
Leg 10 PQ #10557 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-Ministeru inkluż ta' entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi inklużi l-Ambaxxati għall-mobile phones u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul l-2004 kienet ta' Lm 34,610.16. Iċ-ċifra ta' flus li diġa tħallset minn din l-ispiża hija ta' Lm 33,749.72. Fil-preżent il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu inklużi l-Ambaxxati li huma responsabbli għall-pagament tagħhom huwa ta' 107 mobile phones. Fl-2004 dan kien 116.
Leg 10 PQ #10843 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Prof. L Briguglio

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 10542, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża ta' konsulenza nvoluta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Kif għidt fir-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 10542, l-ispejjeż qed jinqasmu bejn l-IPCC (Inter-Governmental Panel on Climate Change) u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Fil-fatt, għal-laqgħa li se ssir f'Cairns, l-Awstralja, bejn l-14 u 17 ta' Marzu 2005, bħala preparazzjoni biex jiġi ffinaliżżat ir-rapport, saru arranġamenti sabiex l-ispejjeż tal-passaġġi ta' l-ajru għall-Awstralja u lura ser jitħallsu mill-IPCC, waqt li l-Gvern Malti se jħallas is-somma globali ta' LM 300 bħala "per diem allowance and contingencies" lill-Professur Briguglio. Fil-Panel ta' l-IPCC (Inter-Governmental Panel on Climate Change) ma jsir l-ebda ħlas ta' konsulenza.
Leg 10 PQ #10920 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx regolamenti li f'kull każ meta jinbidlu ambaxxaturi jsiru nventarji qabel jitlaq l-ambaxxatur u malli jasal ta' warajh? Jekk iva, dan se jsir fid-dawl tat-tibdiliet varji ta' ambaxxaturi li għadu kif ħabbar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-prattika hi li meta jinbidlu Ambaxxaturi jsiru inventarji fir-Residenza qabel jitlaq l-Ambaxxatur u malli jasal ta' warajh (għalkemm ma hemm ebda regola li titlob dan). Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant nikkonferma li ma hemm ebda ħsieb li din il-prattika li ġiet segwita sa llum tinbidel. Fi kwalunkwe każ l-Ambaxxatur huwa responsabbli għall-inventarju tar-residenza u ta' l-Ambaxxata.
Leg 10 PQ #10803 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministru ta' l-Affarijiet Bararnin — Żjara fiċ-Ċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux xi stedina biex iżur iċ-Ċina u/jew jekk għandux xi pjani biex iżur dan il-pajjiż?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'dan l-istadju, minħabba problemi ta' schedule, ma hemmx pjanijiet immedjati għal żjara ġewwa ċ-Ċina, li magħha iżda Malta għandha u żżomm relazzjonijiet tajbin ħafna.
Leg 10 PQ #10804 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Market economy status

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi talba mill-gvern Ċiniż biex Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea tappoġġja t-talba Ċiniża biex tikseb market economy status? Jekk iva, x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, din it-talba saret. Malta qiegħda taħdem fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għar-rigward ta' din il-materja.
Leg 10 PQ #10591 Sitting 238 2005-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li turi l-informazzjoni kolha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #10629 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-ambaxxaturi Maltin li għandna jservu? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'kienet l-ispiża s-sena l-oħra għal kull ambaxxata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi. Waħda turi min huma u għal fejn huma akkreditati l-Ambaxxaturi Maltin. It-tieni lista ta' x'kienet l-ispiża matul is-sena l-oħra għal kull Ambaxxata.
Leg 10 PQ #10722 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU UNSG

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10539 u cioe' jgħid x'reazzjoni kien hemm fi ħdan l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea, inkluż l-ambaxxaturi akkreditati għall-Unjoni, dwar il-UNSG report of the high level panel on UN Reform? Kien hemm xi riżervi dwar xi setturi jew opsma speċifiċi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-report of the UN High Level Panel on UN reform s’issa kien diskuss f’livell ta’ working groups u għadu ma ġiex eżaminat f’livell ta’ ambaxxaturi. Madankollu, fil-laqgħa tal-Kapijiet tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea tas-16 u 17 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew ħa nota tar-rapport u esprima opinjoni pożittiva fuq l-istess rapport. Il-kapijiet Ewropej faħħru partikolarment il-mod komprensiv kif dan ir-rapport jeżamina s-suġġett ta’ sigurta` kollettiva. F’intervent li l-Ambaxxatur tal-Lussemburgu għamel fil-Ġnus Magħquda fi New York fis-27 ta’ Jannar 2005 f’isem l-Unjoni Ewropea, dan saħaq fuq l-importanza li l-Unjoni tagħti lid-dimensjoni multilaterali u faħħar il-mod kif il-High Level Panel Report jagħraf li l-isfida fir-relazzjonijiet internazzjonali għandha diversi dimensjonijiet li ma jirrispettawx fruntieri u li l-aspetti kollha ta’ żvilupp u ta’ sigurta` huma marbuta intimament flimkien. F’dan l-ispirtu, wieħed jista’ jgħid li l-UE laqgħet mingħajr riservi dan ir-rapport fil-linji ġenerali tiegħu. Fl-istess ħin ġie osservat li xi aspetti ta’ dan ir-rapport ma ġewx indirizzati fl-istess dettal daqs oħrajn. L-UE se tkompli l-eżami tar-rakkomandazzjonijiet li fih ir-rapport fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 10 PQ #10726 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni rregolari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma kienx hemm uffiċjali għolja tal-ministeru preżenti għall-konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni rregolari?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-ebda uffiċjal għoli mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma kien mistieden. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kien mistieden iżda kien imsiefer fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l- Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, dejjem iżommu kuntatt kontinwu, kemm bejniethom, kif ukoll bejn il-Ministeri rispettivi tagħhom, biex jikkordinaw l-azzjoni tagħhom f'din il-materja.
Leg 10 PQ #10540 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Unctad Reform

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-EU non paper on Unctad reform?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'Diċembru tal-2004, il-Presidenza Olandiża, ippreżentat lid-Delegazzjonijiet Permanenti ġewwa Ġinevra, Non-Paper, intitolata 'Non-Paper on forward-oriented prospectives for UNCTAD'. F'dan id-dokument il-Presidenza enfasizzat il-bżonn li jkun hemm diskussjoni dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-konfront tax-xogħol tal-UNCTAD. Il-Presidenza talbet lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex jikkunsidraw iż-żewġ għażliet hekk kif proponuti fl-imsemmija Non-Paper. Fi kliem ieħor, id-delegazzjonijiet ġew mitluba jagħżlu jekk l-Unjoni għandhiex tħalli l-istatus quo jew inkella tagħmel sforzi ġenwini sabiex jiġu introdotti ideat ġodda, kemm mil-lat sostantiv kif ukoll minn aspett proċedurali. Id-Delegazzjoni Maltija ġewwa Ġinevra, fir-risposta li tat lill-Presidenza Olandiża, indikat li l-Gvern Malti jaqbel li l-Unjoni għandha tagħmel sforz biex jiġu introdotti ideat fl-ambitu tal-UNCTAD, il-budget li jmiss, l-iżviluppi fid-Doha Development Round, kif ukoll ir-Riforma tal-Ġnus Magħquda. Id-Delegazzjoni Maltija enfasizzat ir-rwol importanti li l-UNCTAD għandha fl-ambitu tal-Millenium Development Goals u r-Riforma tal-Ġnus Magħquda. Filwaqt li qablet mal-Presidenza li għandu jkun hemm lista ta' prioritajiet, id-Delegazzjoni Maltija ssuġġeriet li pajjiżi li ma jaqgħux fil-kategorija ta' Pajjiżi l-Inqas }viluppati (LDCs) u li lanqas m'huma fil-kontinent Afrikan, xorta għandhom bżonn l-assistenza speċjalizzata tal-UNCTAD. Dan il-punt ġie msemmi għaliex il-Presidenza fin-Non-Paper tagħha, għamlet riferenza biss għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u għall-Afrika u b'hekk eliminat pajjiżi oħra li ma jikkwalifikawx taħt dawn il-kategoriji. Id-Delegazzjoni Maltija sostniet ukoll li ladarba jitfasslu l-prioritajiet, għandha tinbena kampanja koordinata bejn il-pajjiżi li huma ta' l-istess fehma, sabiex il-proċess ta' tibdil fl-UNCTAD jimmaterjalizza ruħu.