Jista' il-Ministru jgħid jekk mis-sena 2003 sal-lum l-MTA għaddietx xi fondi lil xi kunsill lokali biex jippromwovu t-turiżmu fil-lokal? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u kemm kienu l-ammonti involuti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fondi li l-Product Planning Directorate ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu għadda lill-kunsilli lokali biex jippromwovu t-turiżmu fil-lokalitajiet tagħhom mis-sena 2003 sal-lum huma kif ġej:
Kunsill Lokali Qormi - Lm 600
Kunsill Lokali Sta Luċija - Lm 833
Kunsill Lokali Żejtun - Lm 1,325
Kunsill Lokali Rabat - Lm 320
Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu lukandi f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, liema huma u kemm kellhom sodod?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar 10 snin f'Għawdex għalqu dawn il-lukandi:
Ritz Hotel lukanda ta' żewġ stilel b'34 sodda (1996)
Andar Hotel lukanda ta' erba' stilel bi 80 sodda (2004)
Mġarr Hotel lukanda ta' ħames stilel b'158 sodda (2005)
Total ta' 272 sodda
Fl-istess perjodu nfetħu dawn il-lukandi:
Grand Hotel lukanda ta' erba' stilel b'114 sodda (1997)
San Lawrenz lukanda ta' ħames stilel b'214 sodda (1999)
San Andrea lukanda ta' tlett stilel b'56 sodda (2001)
Down Town lukanda ta' tlett stilel b'76 sodda (2005)
Total ta' 460 sodda
Iċ-Chairman ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turizmu huwa mħallas onorarju ta' Lm 7,000 fis-sena skond kif stabbilit mill-liġi.
Il- kuntratt tas-CEO tal-Awtorita' Maltija tat-Turizmu għandu perjodu ta' sena u jista' jiġi mġedded bi qbil bejn il-partijiet. Is-salarju hu ta' Lm 36,000 fis-sena u ma' dan jista' jkun intitolat għall-Performance Bonus li ma jaqbizx l-Lm 14,000 fis-sena, u li jiġi kkalkulat skond kemm jintlaħqu miri kif stabbilit fl-istess kuntratt.
Is-CEO huwa intitolat għall-karozza, servizzi tat-telefon b'xejn u polza ta' assigurazzjoni medika.
(Ara wkoll risposta 20629 li saret f'seduta 432)
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm messaġġiera u watchmen ma' Heritage Malta? Kif u fejn huma deployed? Meta ġew ingaġġati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex messaggiera. In-numru ta’ watchmen huwa ta' 65 u kollha minbarra wieħed kienu impjegati mill-Gvern qabel ma twaqqfet Heritage Malta. Il-watchmen ġew detailed ma’ l-aġenzija mat-twaqqif tagħha, bħal ħaddiema oħra li kienu ma’ dak li kien id-Dipartiment tal-Muzewijiet. L-uniku wieħed li ma kienx parti minn dal-proċess sar impjegat ta’ Heritage Malta is-sena li għaddiet bħala parti mill-proċess li fih Heritage Malta assorbiet lil ħaddiema li kienu mpjegati ma’ dak li qabel kien ic-Centru Malta ghar-Restawr.
Il-watchmen kollha huma deployed f’ siti u mużewijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' Heritage Malta f’Malta u Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15618, jista' il-Ministru jagħti t-tweġiba mitluba minħabab li l-flus allokati huma flus li qed joħorġu minn fondi pubbliċi wara allokazzjoni fl-istess budget tal-Gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għas-sena 2004/2005 il-Gvern għadda lill-PBS Ltd is-somma ta’ Lm500,000 bħala kontribuzzjoni għall-programmi ta’ Extended Public Service Obligation (EPSO). Qed nagħti taghrif dwar kif intefqu dawn il-flus fuq ġeneri differenti kemm fuq l-istazzjonijiet tar-radju kif wkoll fuq TVM. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista tal-programmi inklużi f’kull ġeneru (Appendici 1).
It-tagħrif li qed nagħti huwa ibbażat fuq ir-rapport verifikat magħmul mid-ditta KPMG.
Tabella 1
Programmi tat-TV
Kontribuzzjoni EPSO utilizzata
%
Total Tfal
28.99%*
Total Diskussjoni u Ġrajjiet Kurrenti
15%
Total Drama
- 6.4%
Total Għawdxin u Kommunitajiet Maltin Barra
10.98%
Total Karattru Nazzjonali
15.96%
Total Edukattiv, Kulturali u Informazzjoni Ġenerali
19.92%
Total Reli
ġjużi
7.49%
Mixellani
-0.18%
Total Kontinġenza
0.75%
Programmi tar-Radju
Kontribuzzjoni EPSO
Total Tfal
0.45 %
Total Diskussjoni u Ġrajjiet Kurrenti
0.48%
Total Edukattiv, Kulturali u Informazzjoni Ġenerali
5.5%
Total Reli
ġjużi
1.09%
Total Programmi tat-TV u tar-Radju EPSO
100%
* il-persentaggi huma a bażi tas-somma tas-somma’ Lm331,252 li kienet utilizzata mill-PBS Ltd u mhux a bażi tal-Kontribuzzjoni EPSO li kienet ta’ Lm500,000.
Ma’ l-ewwel daqqa ta’ għajn jidher li l-PBS ma utilizzatx is-somma ta’ Lm168,748 jew 33% mill-Kotribuzzjoni EPSO. Nixtieq nippreċiza li din is-somma l-awdituri waslu għaliha wara li mill-infieq dirett u indirett fuq il-programmi tnaqqsu l-flus kollha li l-PBS daħħlu mir-reklamar. Kien hemm diversi każi fejn dan id-dħul ġenerat b’inizjattiva tal-PBS kien kbir ħafna. Per eżempju: Komplessivament is-seba’ programmi ta’ drama ħallew il-qliegħ li mbagħad inqata’ kontra l-kontribuzzjoni EPSO. Fil-fatt il-programm EPSO huma finanzjati mill-kontibuzzjoni tal-Gvern u, fejn hu l-każ, mill-flus li jidħlu mir-reklamar miġbur mill-PBS.
Sa mill-2004, meta xxandret il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir il-Gvern ippreveda li minħabba l-inizjattiva tal-PBS fil-ġbir tar-reklami jista’ jiġri li l-kontribuzzjoni EPSO ma tintefaqx kollha. Il-Gvern irid li jinkoraġixxi din l-inizjattiva minn naħa tal-PBS u għalhekk fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir (pagna 18) stabillixa formula biex jikkalkula jekk ikollux jieħu flus lura għax ma ntefqux. Meta inħadmet din il-formula jirrizulta li l-flus li jibqa’ “mhux minfuqa” jammontaw għal Lm61,852. Dan ġara għax f’dan l-istadju jittieħed in konsiderazzjoni nofs id-dħul mir-reklamar u mhux id-dħul kollu. Fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir il-Gvern kien iddetermina li dawn il-flus jitqassmu b’dan il-mod: nofshom jeħduhom il-PBS, kwart jeħodhom il-Gvern u kwart jingħaddu mas-somma għall-programmi ta’ EPSO għas-sena ta’ wara.
Is-sehem tal-Gvern kien ta’ ftit aktar minn Lm15,463. Fid-dawl ta’ l-ispejjeż li kollhom isiru biex isir dan l-ewwel rapport ta’ l-awdituri l-Gvern iddeċieda li jgħaddi dawn il-flus lill-PBS. Il-Gvern iddeċieda wkoll li s-sehem ta’ Lm15,463 li kellu jingħadd mal-kontribuzzjoni EPSO tas-sena ta’ wara jmorru għall-fondi tal-PBS ghas-sena 2004/2005. Din hija deċizjoni ta’ darba meħuda mill-Gvern biex juri l-apprezzament tiegħu ghall-ħidma li għamlet il-PBS quddiem d-diffikultajiet mhux zgħar li kellha tiffaċċja tul din l-ewwel sena li tulha tħadmet is-sistema ġdida ta’ finanzjament tal-PBS.
Nixtieq nirringrazzja lill-PBS u lil dawk kollha li ħadmu biex dan ir-rapport jitlesta
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa pubblika li ħarġet fis-16 ta' Lulju, 2006 biex timtela' il-vakanza ta' chief executive officer f'Heritage Malta? Kemm applikaw għal din is-sejħa u kemm kienu l-persuni li ġew intervistati? Ġie magħżul xi ħadd minn dawn l-applikanti? Jekk iva, meta se tingħata l-ħatra uffiċjali? Jekk le, x'hemm ippjanat li jsir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 36 applikazzjoni u minn dawn ġew intervistati 18. Minħabba li l-Board ta' l-għazla ma rrakkomanda lill-ħadd, u minhabba li s-sejħa kienet ghadħa miftuha fuq il-website ta' ETC ġew ikkunsidrati u ntervistati erba' applikanti oħra li l-applikazzjoni tagħhom waslet wara d-data tal-għeluq oriġinali. Minn dawn ġiet rakkomandata applikazzjoni waħda u l-Board ta' Heritage Malta fil-laqgħa tas-16 ta' Settembru approva r-rakkomandazzjoni tal-Board ta' l-għazla.
Hu mistenni li din il-persuna tibda x-xogħol tagħha fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit b'xi rapport li s-siġar li hemm quddiem il-qorti wara l-monument kif ukoll is-siġar l-oħra li hemm quddiem San Ġwann hux qed jagħmlu ħsara lil pedamenti tal-Kripta u tal-bini ta' San Ġwann? Jekk iva, meta sar dan ir-rapport u x'passi ttieħdu jew se jittieħdu biex ma tkompliex issir ħsara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi m'għandu l-ebda rapport li jindika li s-siġar li hemm quddiem San Ġwann qed jagħmlu ħsara lil pedamenti tal-Kripta u l-bini ta' San Ġwann.
Jista' il-Minsitru jgħid jekk Heritage Malta tikkonsidrax li l-istatwa tal-ġgant li hemm fil-bitħa tal-palazz tittieħed fil-post oriġinali tagħha, jiġifieri viċin il-port quddiem il-knisja ta' Liesse?
Tista' tingħata informazzjoni meta tneħħiet mill-Ingliżi din l-istatwa mill-post oriġinali u nġiebet fil-bitħa tal-palazz fejn m'għandha x'taqsam xejn ma' l-istorja u l-ambjent tal-palazz?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-istatwa li bħalissa tinsab fil-Palazz tal-President ma taqax totalment taħt ir-responsabbilta' ta’ Heritage Malta. Madankollu Heritage Malta tħoss li l-istatwa m'għandiex terġa titqiegħed fix-Xatt tal-Belt Valletta biex jiġi evitat li tkun esposta direttament għal għadd enormi ta’ elementi kimiċi naturali bħar-raxx tal-baħar li flimkien jagħmlu ħsara lil din l-istatwa ta’ valur artistiku importanti ferm. Minbarra dan qed jiġi rakkomandat li l-istatwa ta’ Nettunu titqiegħed ġewwa biex tkun protetta, konservata u murija kif jixraq. Il-vaska oriġinali tal-ġebel li kienet il-funtana għadha tezisti u tinsab fil-ġonna ta’ l-Argotti fil-Floriana.
Il-funtana ta’ Nettunu ttellgħet fil-1615 mill-Gran Mastru Adolf de Wignacourt. L-istatwa tneħħiet mix-Xatt tal-Belt Valletta u ttiehdet fil-bitħa tal-Palazz fl-1858 meta kien Gvernatur Sir John Gaspard Le Merchant.
Jista' il-Ministru jgħid il-familji li jospitaw lil studenti barranin kemm iħallsu għal-liċenzja tagħhom? Kemm kien hemm liċenzjati fit-30 ta' Ġunju? Kien hemm familji li applikaw u li ġew rifjutati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlasijiet għall-liċenzji ta' host family huma ta' Lm 20 jekk il-liċenzja tkun biex tospita żewġ studenti u ta' Lm 40 jekk il-liċenzja tkun biex tospita minn tlieta sa erba studenti. F'kull każ hemm ukoll kontribuzzjoni ta' Lm 25 pagabbli lill-Awtorita' tat-Turiżmu. Din il-kontibuzzjoni tiġi ridotta għall-Lm 20 jekk titħallas fi żmien tlett xhur.
Sat-30 ta' Ġunju 2006 l-Awtorita' tat-Turiżmu ħarġet 1102 -il liċenzja. Din is-sena kien hemm applikazzjoni waħda għall-host family li ġiet rifjutata mill-Awtorita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar għaxar snin liċenzji ta' bars jew restaurants ġew revokati u fejn kienu u x'kienu r-raġunijiet prinċipali li ġew revokati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu ġiet mwaqqfa fl-2002 u għalhekk informazzjoni għar-rigward ta' revokazzjoni tal-liċenzji inżammet mill-imsemmija Awtorita' mid-data indikata jiġifieri minn 4 snin 'l hawn. Skond din l-informazzjoni ġew revokati 97 liċenzja fid-diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.
Dawn ġew revokati kif ġej:
96 fuq talba tal-liċenzat
Waħda minħabba enforcement notice maħruġa mill-MEPA biex il-bar jiġi magħluq.
Kunsilli lokali — Permessi għal ħruġ ta' imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx id-dritt li joħorġu permessi għal imwejjed u siġġijiet u f'liema każi jistgħu joħorġu l-permessi, dejjem jekk jistgħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu toħroġ liċenzji li jiġġeddu kull sena u jagħtu d-dritt lill-persuna li għandha stabbiliment turistiku biex toħroġ imwejjed u siġġijiet fil-pubbliku skond permess li jingħata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Għaldaqstant nissuġerixxi li l-mistoqsija rigward jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorġu permessi temporanji tiġi indirizzata lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-liċenzja tal-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiet revokata u minn meta ġiet fis-seħħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-liċenzja tal-bar in kwistjoni ġiet irrevokata fit-30 ta' Settembru 2004, wara li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu ġiet infurmata li l-Planning Appeals Board tal-MEPA kien irtira l-permess li f'dan il-każ garaxx jinbidel f'bar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19736, jista' il-Ministru jgħid kif qed javvanza x-xogħol fuq il-ġnien Howard fir-Rabat u jekk hemmx ħsieb li dan jitlesta qabel jispiċċa s-sajf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Ġnien Howard qed javanza sew u x-xogħol maġġuri mistenni li jkun lest għall-aħħar ta' Lulju 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji/persuni li għandhom permess/liċenzja jbiegħu ġiti bid-dgħajjes fix-xatt tal-Gżira/Tas-Sliema?
Dawk li għandhom permess jistgħu jingħataw l-opportunita' jarmaw kiosk żgħir pulit biex ibiegħu l-biljetti b'mod serju u aċċettabbli flok kif qed jiġri bħalissa b'mod li żgur mhux preżentabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' toħroġ liċenzja sabiex persuni jorganizzaw ġiti fi kwalunkwe lokalita' madwar Malta u Għawdex. L-Awtorita' Marittima toħroġ permessi biex jiġu operati dgħajjes jew pleasure boats.
Sabiex persuna topera kiosk permanenti biex tbiegħ biljetti, kemm fix-xatt tal-Gżira, tas-Sliema jew kwalunkwe post ieħor teħtieg jkollha il-permess tal-MEPA u tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' bini u disinjar ta' portal għall-marketing u bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi f'Malta u Għawdex li tħabbar li se jsir f'April li għadda u li kellu jibda jaħdem sa dan is-sajf? Fejn kienu nvoluti s'issa l-operaturi turistiċi fil-bini u disinjar tal-portal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-Request for Proposals (R.F.P.) għandu joħroġ sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Fil-kumpilazzjoni tad-dokument, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, flimkien mal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informatika, kkonsultaw il-Malta Hotels and Restaurants Association (M.H.R.A.), il-Federation of Associations of Travel and Tourism Agents (F.A.T.T.A.) u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (M.T.A.).
Ingħatat attenzjoni partikolari sabiex l-
R.F.P.
joħroġ dettaljat biżżejjed biex is-sistema li ser tinbena tkun kompatibbli ma’ l-infrastruttura teknoloġika li jħaddem il-Gvern, li tkun tista’ tintegra ma’ sistemi oħra li għandu l-Gvern u li tkun
scalable
biex ’il quddiem tkun tista’ taċċetta servizzi oħra
online.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta akkwistat kiosk minn għand Cyberspace Solutions Ltd. Dan il kiosk jiswa Lm 2,413.10 u nxtara minn fondi ta' l-UE fuq proġett Culture 2000 li Heritage Malta qiegħda tipparteċipa fih. Ġew mitluba quotations oħrajn minn kumpanniji barra minn Malta. Peress li l-ammont kien taħt l-Lm 2,500 l-akkwist ġie deċiz direttament minn Heritage Malta.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nbidlu r-regolamenti dan l-aħħar għall-permessi ta' restaurants ġodda orjentali, kemm fil-Belt kif ukoll f'lokalitajiet oħra? Jekk iva, x'inbidel u għaliex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-regolamenti li jirrigwardaw l-istabilimenti ta' l-ikel inbidlu permezz ta' l-Avviż Legali Nru 275 ta' l-2004 li ġie fis-seħħ fl-20 ta' April 2004.
Permezz ta' dan l-Avviż Legali speciality restaurants li jinkludu dawk orjentali m'għadomx jiġu klassifikati għalihom iżda liċenzja ta' restaurant toħroġ bħala ta' l-ewwel, it-tieni jew it-tielet klassi skond it-talba u dan f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.