Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ffinalizzax xi rapport dwar il-blat fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar wara li kienet waqgħat parti mill-istess blat? Jekk iva, jista’ jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax rapport dwar blat perikoluż ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifiki li saru hemm indikazjonijiet li l-art in kwistjoni hija waħda privata. Madankollu kien twaħħal avviż minn Transport Malta fis-sit affetwat fil-baħar bħala “no-go area”.
Fir-rigward tas-sit ħdejn l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi lokazzjoni preċiża (site plan) ta’ fejn jinsab dan il-blat ħalli uffiċjali mill-Ministeru jivverifikaw mal-Government Property Department jekk l-art in kwistjoni hix pubblika jew privata u jkunu jistgħu jsegwu l-każ skont il-proċedura stabbilita għal każi bħal dawn.
Buġibba u l-Qawra – globi skonnettjati fuq il-front
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru skonnettjax xi globi fuq il-front ta' Buġibba u l-Qawra, kif ukoll f'xi nħawi oħra tal-lokalità? Jekk iva, liema globi ntfew u x'inhi r-raġuni għal dan it-tifi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi meħtieġa biex jibdew jitneħħew u jiġu skonnetjati arbli dekorattivi perikolużi tul il-promenade ta’ Buġibba/Qawra ħalli jitneħħa kull periklu għall-pubbliku li jimxi f’dawn l-inħawi.
Bħalissa qed isiru tħejjijiet biex tinħareġ sejħa għall-offerti biex dawn jinbidlu kollha s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra li jitqiegħdu pelican lights fi Triq il-Qawra qrib Triq il-Porzjunkola, ħdejn il-flats tal gvern? Jekk iva, meta hu mistenni li dawn l-istess lights jiġu nstallati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku kienet approvat Zebra Crossing bil-Belisha Lights f’din it-triq. Riċentament l-Awtorita’ rċeviet talba biex din tinbidel f’Pelican Crossing. L-Awtorita’ qegħda tevalwa l-bżonn ta’ din il-Pelican Crossing.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu huma wkoll?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru fassalx xi programm ta' xogħol biex it-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa tingħata wiċċ ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se toħroġ l-ewwel sejħa għax-xogħlijiet fil-ġimgħat li ġejjin.
Billi f'risposta għal domanda parlamentari preċedenti dwar it-toroq ta' Ta' Qali kont mitlub nagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif min hu dan il-Ministru u x'fondi għandu għall-iffinanzjar ta' xogħol fit-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex isir ix-xogħol neċessarju biex jitneħħa l-periklu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jitwaħħlu bus shelters ġodda fil-lokalità ta' Santa Venera u dan meta hemm ħafna bżonn ta' aktar bus shelters f'din il-lokalità? Jista' jgħid x'alternattivi oħra nstabu sabiex tkun tista' titwaħħal bus shelter ġdida fi Triq il-Kappillan Mifsud minħabba limitazzjoni ta' spazju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar inħarġet ‘Request for Proposals’ għall-installazzjoni ta’ numru ta’ bus shelters ġodda. Din ir-‘Request for Proposals’ titlob għal bus shelters ta’ qisien differenti. Dan sabiex minbarra li jitwaħħlu bus shelters ta’ qisien standard, sakemm ikun possibli, jitwaħħlu wkoll bus shelters iżgħar sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ postijiet li għandhom spazju ristrett.
Jista' l-Ministru jara li terġa' ssir reviżjoni tas-sinjali tat-traffiku fejn l-FXB ġewwa Ħal Qormi, sabiex terġa' tinbidel għal STOP minn Give Way minħabba li qiegħdin jsiru ħafna aċċidenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-talba ser tiġi kkunsidrata mis-sezzjoni għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.
Jista' l-Ministru jara li tiżdied il-frekwenza ta' tal-linja li titlaq minn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi direzzjoni Ħal Qormi bejn is-6am u s-7.30am minħabba li qiegħda tkun dejjem full-up f'dak il-ħin partikolari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li uffiċċjali minn Transport Malta ser ikunu qed iwettqu surveys fuq ir-rotot 61 u 62 li jservu il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Dan ser isir sabiex tiġi analizzata d-domanda fuq dawn iż-żewġ rotot bl-iskop li jiġu addottati miżuri sabiex l-andament tagħhom jiġi mtejjeb jekk tiġi identifikata l-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara jekk tistax issir zebra crossing faċċata tal-pompa tal-petrol peress li wara li sar xi xogħol fi Triq Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid hemm problemi biex residenti anzjani f’Triq Kordin u dik l-area, jaqsmu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux rakkomondabbli li ssir zebra crossing f’din it-triq għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena ġewwa Triq Palma, Ħal Tarxien u kemm ġew jiswew? Jirriżultax illi tali roundabout illi saret fil-bidu ta’ din inbnietx b’mod sproporzjonat u li l-kostruzzjoni tagħha qed effettivament jikkontribwixxi sabiex jiżdied l-ammont ta’ traffiku konsiderevolment? Jekk jikkonferma dan, Transport Malta għandha xi pjanijiet sabiex tirremedja għal din is-sitwazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija kienu jikkonsistu f’upgrade tal-junction inkluż it-toroq tal-madwar. Minħabba li għadu għaddej xi xogħol, ma tistax tingħata informazzjoni dwar kemm swew ix-xogħlijiet f’dan l-istadju. Rigward ir-roundabout il-ġdida, din fil-fatt ġiet iddisinjata abbażi tas-sit u l-perimetri tas-sit in kwistjoni. Huwa fatt ippruvat li l-qies ta’ roundabout jaffettwa l-fluss tat-traffiku, kif ukoll li iżjed ma tkun kbira r-roundabout, iżjed tgħin għall-fluss aħjar tat-traffiku. Mis-surveys li għamlet Transport Malta jirriżulta li r-roundabout qiegħda taħdem kif suppost, li l-konġestjoni naqset u l-fluss tat-traffiku huwa aħjar u iżjed sikur.
Transport Malta – enforcement fuq il-baħar — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu f‘enforcement fuq il-baħar fi ħdan Transport Malta, maqsuma skont kull grad differenti inklużi dawk maniġerjali u non-overtime grades minn Marzu 2013 sal-ġurnata ta' meta saret din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena separatament;
a. kemm kienet in-nefqa ta' salarju bażiku għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
b. kemm kienet in-nefqa ta'
allowances
(inkluż
shift allowance
u
night shift allowance
) għal-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
c. kemm kienet in-nefqa ta'
overtime
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq l-impjegati fis-sezzjoni ta' infurzar fuq il-baħar b’mod separat? Addizzjonalment, u b’mod separat, jista’ jagħti dettalji dwar jekk kienx hemm impjegati minn sezzjonijiet jew direttorati oħra li għamlu dan it-tip ta' xogħol jew fuq bażi ta' overtime jew fuq xi bażi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min wieħed iżid li Transport Malta tiġġenera dħul mill-operat tal-enforcement, kemm dak marittimu, kif ukoll dak fuq l-art u relatat ma’ road closures.
Dan id-dħul huwa ndikat hawn taħt:
Sena Maritime Enforcement Land Enforcement
2013 - €296,657
2014 € 2,960 €214,946
2015 €13,777 €862,404
2016 €17,243 €192,176
Transport Malta – enforcement fuq l-art — ħaddiema
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28586, jista' l-Ministru jirrispondi b’referenza għall-impjegati li jaħdmu fuq enforcement fuq l-art fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28746.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28588, jista' l-Ministru jirrispondi b’referenza għall-impjegati li jaħdmu fuq sigurtà ġenerali fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28746.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta lestietx ix-xogħol li kellha twettaq dwar il-pelican lights fil-Coast Road? Kemm kien hemm ħaddiema ta' Transport Malta li ħadu sehem f'dan ix-xogħol, u meta ħadu sehem fih? Jista' jgħid x'xogħol wettqu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma diġa’ ġie spjegat f’diversi okkażjonijiet u f’bosta tweġibiet fuq l-istess suġġett, il-kuntrattur falla ripetutament milli jonora il-kuntratt. Transport Malta issa qiegħda tikkoordina x-xogħol ma’ kuntratturi oħra. Perit wieħed kien qiegħed jassenja u jsegwi x-xogħol tul l-perjodu kollu (kuntrattur oriġinali u kuntratturi kurrenti).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li r-rotta 202 tagħmel l-aħħar vjaġġ tagħha siegħa itwal jiġifieri titlaq mix-xatt fl-10.15 matul il-weekend?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħin effettivament telqu l-vjaġġi tal-karozza tal-linja numru 72 mill-Qrendi matul in-nofstanhar ta’ filgħodu tal-Ħamis 15 ta’ Settembru 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji hekk kif mitluba huma kif ġej. Dawn id-dettalji ġew miġbura mis-sistema tal-GPS li bihom huma mgħammra l-karrozzi tal-linja.
Data
Rotta
Numru tal-Vettura
Isem tal-
Bus Stop
Ħin tal-Iskeda
Ħin tat-Tluq
15/09/2016
72
139
Qrendi
05:30
05:30
15/09/2016
72
83
Qrendi
06:00
06:00
15/09/2016
72
137
Qrendi
06:30
06:30
15/09/2016
72
139
Qrendi
07:00
07:00
15/09/2016
72
83
Qrendi
07:30
07:30
15/09/2016
72
137
Qrendi
08:00
08:00
15/09/2016
72
139
Qrendi
08:30
08:32
15/09/2016
72
83
Qrendi
09:00
09:02
15/09/2016
72
137
Qrendi
09:30
09:29
15/09/2016
72
139
Qrendi
10:00
10:11
15/09/2016
72
83
Qrendi
10:30
10:46
15/09/2016
72
137
Qrendi
11:00
11:00
15/09/2016
72
139
Qrendi
11:30
11:41
15/09/2016
72
83
Qrendi
12:00
12:02
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa b’kollox is-sussidju pubbliku lill-kumpanija tat-trasport pubbliku sena b' sena fl-2012, fl-2013, fl-2014 u fl-2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2012 u l-2015 tħallas dan is-sussidju fuq trasport pubbliku:
Sena
Sussidju
2012
€ 8,224,500
2013
€ 10,214,000
2014
€ 29,027,312
2015
€ 22,999,992
€ 97,232,467
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet finanzjarji annwali tal-kumpanija tat-trasport pubbliku għas-sena 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif jaf, il-kumpanija li topera is-servizz tat-trasport pubbliku hija entita’ privata u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm sewa b’kollox is-sussidju pubbliku lill-kumpanija tat-trasport pubbliku matul din is-sena u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Public Service Compensation li tħallas lill-kumpanija tat-trasport pubbliku matul din is-sena kien ta’ €26,766,663.