Jista' il-Ministru jikkonferma li kemm il-ftehim eżistenti kif ukoll dak ġdid li qed jiġi nnegozjat mal-Microsoft huwa kompatibbli mar-regoli tal-UE aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tidher li se tniedi t-tieni investigazzjoni tagħha ta' din il-kumpannija minħabba it-tħassib tal-kummissjoni li t-terms tal-liċenzji tal-Microsoft jistgħu jirristrinġu l-abbilta' tal-hardware manufacturers li jinforzaw il-patents tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull ftehim li jidħol fih il-Ministeru huwa konformi mal-leġiżlazzjonijiet kollha li jkunu fis-seħħ meta jiġi ffirmat il-ftehim. Dan ma japplikax biss għall-ftehim mal-Microsoft pero għal kull ftehim ieħor ma' kwalunkwe entita' oħra. Ta' min wkoll jinnota li minn informazzjoni pubblika jirriżulta li l-istess Kummissjoni għamlet ftehim mal-Microsoft simili għal dak magħmul mill-Gvern Malti għall-użu ta' "Office Software".
Qtugħ fis-servizz tat-telefon waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' is-servizz tat-telefon minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru minn xi kuntrattur? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex? Kemm dam kull qtugħ? Jista' jgħid ukoll min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1976 u għat-tweġiba relattiva, b'riferenza wkoll għal hekk imsejjħa suppożizzjonijiet kif del resto dehru anke fil-gazzetti lokali, peress li huwa fatt magħruf li dalwaqt jispiċċa l-kuntratt tal-helicopter, jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux se jerġa' jiġġedded il-kuntratt tal-kumpannija li qed topera preżentement? Jista' jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati, jekk qed isiru, ma' kumpanniji oħra li jipprovdu dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi minn meta tajt tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1976.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati part-time u full time mal-PBS mill-1987 sal-lum, sena b'sena? Kemm kien hemm impjegati full time u kemm kien hemm impjegati part-time qabel l-1987? Kemm hemm impjegati full time u part-time illum? Kemm tħallsu f'pagi, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Għajn — Triq l-Aħmar - vultaġġ baxx ta' elettriku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Aħmar ġewwa Wied il-Għajn tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li l-problema msemmija kienet diġa investigata u ġie deċiż li jsir feeder ġdid biex tissolva din il-problema. Kif jinħareġ il-permess mill-ADT biex issir it-trinka meħtieġa, ix-xogħol jkun jista' jinbeda u jiġi finaliżżat.
B'referenza għat-tweġiba preċedenti tal-Ministru li kull kumpanija tista' tagħmel ix-xogħol tal-Medigrain, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex minkejja li l-Gvern iddikjara li l-għeluq ta' din il-kumpannija, il-Medigrain dan ix-xahar għamlet ordni sabiex tkompli timporta aktar qmugħ u ċereali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Medigrain bħala kumpanija għadha ma għalqitx l-operat tagħha għaliex għadu ma ġiex liberaliżżat is-suq. Il-Medigrain pero' għalaq dik il-parti tal-operazzjoni li tinvolvi stokkaġġ ta' ċereali u bi preparazzjoni għal meta dan isir.
Sadattant, il-Medigrain għada timporta stante li hija, sa llum, l-unika entita' li għandha liċenzja biex timporta.
Jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-Gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet mhux imħallsa? Minn liema lokalita' huma u kemm hemm f'kull lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2312 u cioe' jgħid kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Minsitru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2313 u cioe' jgħid kemm hu s-self li l-Malta Shipbuilding għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jistaż il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2315 u cioe' jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sussidju li jingħata lil Gozo Air Charter jikkwalifikax bħala public service obligation u għalhekk applikabbli d-deroga relatata ma tale sussidji a tenur tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Air Charter li topera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u li hi sussidjarja ta' l-Air Malta ma tirċievi ebda sussidju. It-telf li tagħmel, tagħmel tajjeb għalih l-Air Malta li min-naħa tagħha wkoll ma tirċievi l-ebda sussidju.
Jista' il-Ministru jgħid huwiex veru li s-sistema tal-plumbing tal-vapuri tal-Gozo Channel li nbnew fil-Marsa Shipbuilding, diġa' waslu biex jinbidlu kollha minħabba li ma ntużax materjal adegwat għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2012.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li ilha tbati minnha għal dawn l-aħħar sentejn il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħlilhom id-drenaġġ fil-kamra tas-sodda fejn torqod tifla b'diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat illi l-problema qiegħdha f'house connection privata u mhux fil-mejn pubblika. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Malta Freeport għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Kalaxlokk Construction Ltd. għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li llum il-Kalaxlokk tħaddem 132 ħaddiem full time.
Fl-2001 - 134 ħaddiem
Fl-2002 - 133 ħaddiem
Fl-2003 - 132 ħaddiem
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-PBS għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta' ħaddiema full time/part time mal-PBS fis-snin imsemmija huma kif ġej -
Sena Full Time Part Time
2001 189 2
2002 186 1
2003 (sa' 24 Ottubru) 183 1
Dawn iċ-ċifri ma jinkludux kontributuri peress li dawn m'humiex kunsidrati 'part time'.