Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17100 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija li tipprovdi s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u x'obbligi ta' vjaġġi regolari għandha kuljum matul is-sena? X'qed jagħmel il-gvern biex jara li dan il-ftehim ikun onorat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ftehim bejn il-gvern u l-kumpanija Helicpteros Del Sureste hu ftehim ta' natura kummerċjali u ma narax li hu prudenti li dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jien infurmat ukoll li l-kumpannija hi obbligata li tagħmel għaxar vjaġġi kuljum minn u lejn Ghawdex bejn April u Ottubru u erba' vjaġġi kuljum minn u lejn Għawdex bejn Novembru u Marzu. Dawn l-iskedi jkunu ppublikati fuq il-website tal-kumpaniija.
Ir-regolatur jagħmel skrutinju kontinwu biex jara li l-kumpanija tonora dawn l-iskedi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm irmiġġi fil-yacht marina ta' l-Imġarr, Għawdex? Kemm minnhom huma allokati għall-jottijiet, kemm għad-dgħajjes tas-sajd u kemm għad-dgħajjes għall-isport? Kemm jottijiet għamlu użu mill-irmiġġi allokati għalihom kull sena, sena b'sena minn mindu twaqqfet il-marina? Kemm kien in-numru ta' ġranet li l-irmiġġi għall-jottijiet intużaw kull sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'Għawdex l-Awtorita' Marittima għandha 235 irmiġġ għal jottijiet, 158 irmiġġ għal dgħajjes tas-sajd filwaqt li ma jeżisti l-ebda rmiġġ għal dgħajjes għall-isport.
Ta' min wieħed jinnota li hu diffiċli fern li tikkwantifika n-numru ta' ġranet li l-irmiġġi għall-jottijiet jintużaw kull sena. Madankollu, matul is-sena 2005, l-Awtorita' Marittima pprovdiet irmiġġ temporanju lil 1,894 jott li żaru l-marina ta' l-Imġarr Għawdex.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2005 inxtraw tlett karozzi mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kompetizzjoni u d-Dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu. dawn kienu kif ġej:
2 Toyota Corolla Sedan li swew Lm5,135-il waħda
Peugeot 206 skyline li swiet Lm4,500
Dawn il-karozzi nxtraw għal tlett diretturi li jaqgħu taħt dan il-ministeru.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17101 u jgħid, mill-istatistika ta' l-MIA, kemm jirriżulta li saru titjiriet bejn Malta u Għawdex bil-helicopter matul is-sena 2005, kemm titjiriet tħassru u kemm użaw dan is-servizz xahar b'xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju mill-Awtorita' Marittima Maltija biex l-Għolja ta' Kordin fil-Port il-Kbir titwitta u jsir terminal għall-containers? Jek iva, tagħmel sens idea bħal din meta għandna bżonn niżviluppaw il-Port il-Kbir għal skopijiet turistiċi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Malta Maritime Authority qegħda fil-proċess li tħejji Master Plan għall-port il-kbir kollu sabiex jiġu jdentifikati proġetti f'diversi partijiet tal-port.
F'dan l-istadju hu prematur li wieħed isemmi xi tip partikolari ta' użu għal xi parti jew oħra tal-port.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija li tipprovdi s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u x'obbligi ta' vjaġġi regolari għandha kuljum matul is-sena? X'qed jagħmel il-gvern biex jara li dan il-ftehim ikun onorat?
Jista' il-Ministru jgħid, mill-istatistika ta' l-MIA, kemm jirriżulta li saru titjiriet bejn Malta u Għawdex bil-helicopter matul is-sena 2005, kemm titjiriet tħassru u kemm użaw dan is-servizz xahar b'xahar?
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ghadha qed tingabar u r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-introjtu tal-Malta Maritime Authority mill-irmiġġi fis-sena 2004 u 2005?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-dħul mill-irmiġġi matul is-snin 2004 u 2005 huwa kif ġej:
2004 2005
Yachting Centres ( Malta u Għawdex) Lm435,885 Lm420,450
Irmiġġi tad-Dilettanti* Lm 16,614 Lm 17,145
Total Lm 452,499 Lm 437,595
*Lokalitajiet jinkludu - Msida, Spinola, Birzebbuġia, Buġibba, Il-Magħluq u l-Imġarr Għawdex.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Diretturi/Chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
B'riferenza għall-export refunds, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti li huma suġġett għall-export refunds kif ukoll kemm huwa r-refund kull tunnellata u jekk japplikax l-export refund meta jkun applikat bħala kompożizzjoni fil-prodott?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16306, jista' il-Ministru jaġġornana aktar dwar l-investigazzjonijiet li saru u cioe' jinformana kemm u kif kienu l-prezzijiet li rriżultaw mill-investigazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-prezz mibjugħ lil tal-ħanut kien ta' 65c il-kilo għat-tiġieġ impurtat u bejn 70 u 75 ċenteżmu għall-prodott lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn abbonati tal-mobiles, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru t'abbonati tal-mobiles hu hekk:
1997 15,117
1198 18,934
1999 24,305
2000 113,439
2001 221,196
2002 276,859
2003 289,992
2004 306,067
sa settembru 2005 324,763
Jien infurmat ukoll li l-istatistika kif miżmuma llum bdiet tinżamm hekk mis-sena 2001 meta twaqqfet l-Malta Communications Authority. In-numru ta' mobiles għas-snin l-oħra huma minn sorsi oħra (l-NSO). Dawn in-numri juru li f'perjodu ta' disgħa snin in-numru ta' mobiles żdiedu b'iktar minn 21 darba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn abbonati fl-internet, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' abbonati fl-internet hu hekk:
1997 12,860
1998 22,710
1999 24,794
2000 34,409
2001 51,343
2002 67,001
2003 78,260
2004 87,870
sa settembru 2005 88,145
Jien infurmat ukoll li din l-istatistika kif miżmuma llum bdiet tinżamm hekk mis-sena 2001 meta twaqqfet l-Malta Communications Authority in-numru ta' Internet subscribers għas-snin l-oħra huma minn sorsi oħra (l-NSO).
Dawn in-numri juru li l-Internet subscribers f'Malta żdiedu 9 darbiet fuq perjodu ta' 9 snin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda għal negozji, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li liċenzji tal-kummerċ bdew jiġu proċessati fid-Diviżjoni tal-Kummerċ minn Mejju 2002. Qabel dan iż-żmien il-liċenzji kienu jiġu proċessati fl-għasses tal-lokalitajiet mill-Pulizija.
Il-liċenzji għal negozji ġodda minn Mejju 2002 kienu kif ġej:
2002 1704
2003 1772
2004 1958
2005 1898
Wireless Telegraphy — Reġistrazzjoni ta' satelliti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm satelliti reġistrati mal-Wireless Telegraphy fl-aħħar tliet snin sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' sistemi tas-satelliti reġistrati mad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili fl-aħħar tlett snin qabel ma tneħħa l-bżonn tal-liċenżja, kien kif ġej hawn taħt:
2002 15,071
2003 16,154
2004 15,792