Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żvilupp Urban u Toroq — Karozza Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2006 kien qiegħed jinkera garaxx biex tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħi. Il-garaxx jinsab Raħal Ġdid. Il-kera ta’ dan il-garaxx hija Lm150 fis-sena.

Msida — Toroq

Question

Minħabba d-djuq tat-Triq St Venera Msida, jista' l-Ministru jara li din issir one way għat-traffiku? Jista' fl-istess ħin jiġi rrimedjat il-fatt li r-residenti ta' Triq il-Ħarrub m'għandhomx aċċess għat-triq tagħhom mill-istess triq indikata tant li ħafna drabi biex jidħlu fit-triq tagħhom ikollhom jidħlu kontra l-liġi wrong way ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ġej: · Triq il-Ħarrub: hija one-way u għandha aċċess minn St Venera By-Pass. Din it-triq għandha wiesgħa ta’ sitt (6) metri u hemm il- parking bays fuq naħa waħda tat-triq. It-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant tinvolvi li din it-triq issir two-way iżda sabiex dan iseħħ irid jitneħħa l-parkeġġ kollu tat-triq. · Triq St.Venera : din it-triq hi wiesgħa ħames metri u tmenin ċentimetru (5.8m) u hija two-way minn kantuniera ma’ Triq il-Ħarrub sa kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri u hemm parking bays fuq naħa waħda tat-triq. Għalkemm din it-triq mhux wiesgħa biżżejjed għal two-way iżda huwa rakkommandat li din it-triq ma ssirx one-way minħabba li ġej: - Il- junction tat-toroq fiż-żona huma ristretti ħafna u ma jippermettux rotot alternattivi adekwati. - Meta jkun hemm l-għargħar fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida ma jkunx hemm aċċess tajjeb għan naħa t’isfel tat-triq.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kilo Watt (peak) - kWp-fuq il-Ministeru ta' Iżvilupp Urban u t-Toroq. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministreru mħux maħsub li ser jinstalla xi sistema oħra ta' dan it-tip.

Kuntratti għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 26634 u 26713 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet ta' toroq li qed isiru dan l-aħħar qegħdin jiġu allokati permezz ta' period contracts. Din is-sistema daħlet fis-seħħ minn Diċembru 2006. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-period contracts li ingħataw s'issa.

Rabat — Triq in-Nigret

Question

Peress li għadu kif sar main ġdid ta' l-ilma fi Triq in-Nigret, Rabat u x-xogħlijiet fuqu għamlu ħsara kbira fil-wiċċ tat-triq u minħabba li din it-triq qatt ma kienet fi stat tajjeb, jikkunsidrax il-Ministru li f'dawn iċ-ċirkostanzi li t-triq tingħata wiċċ ġdid minflok ma jsir biss patching tat-trinka tal-main ta' l-ilma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-main gdid ta' l-ilma fi triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-WSC u għadu ma tlestiex. Ir-reinstatement bit-tarmac issir mill-istess WSC la darba ix-xogħol tat-trinek ikun lesti.

Sliema — Mrabat Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-crash barrier li qegħed f'post strateġiku bejn Mrabat Street u n-niżla ta' Old College Street, Sliema jistax jiġi rranġat minħabba li dan ilu kważi sentejn inkisser u huwa ta' periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret speżżjoni fuq l-post. It-tiswija meħtiega ser issir mill-aktar fis possibli.

Ta' Xbiex — Triq ix-Xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija ta' Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Transport m'għandux pjanijiet sabiex isiru x-xogholijiet indikati fil-ġejjieni mmedjat.

Triq Ras il-Bajjada

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22917 dwar il-perikolu fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar minħabba sewwieqa li qed jgħaddu b'veloċita' kbira li huwa ta' periklu kemm għas-sewwieqa nfushom kif ukoll għar-residenti, peress li t-tabella u s-sinjali fit-triq jidher li ma tawx ir-riżultat mixtieq u l-ilmenti tar-residenti dwar il-perikolu ma waqfux, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi wara straħħiġ li sar mall-Kunsill Lokali tal-Minxar, irriżulta li l-istess Kunsill irċieva diversi ilmenti mir-residenti tat-Triq Ras il-Bajjada, sabiex ma ssirx sleeping policeman. L-istess Kunsill Lokali huwa tal-fehma illi t-tabelli u s-sinjali li saru fi Triq Ras ll-Bajjada huma bizzejjed.

Toroq ġodda residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda residenzjali fl-2006 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena u f'liema lokalitajiet? Kemm hi stmata l-ispiża fuq dawn it-toroq? Kemm hu maħsub li jsiru aktar toroq residenzjali sa tmiem din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet fuq toroq residenzjali allokati matul l-2006 u l-ewwel 5 xhur ta' l-2007.

Parkeġġ fil-Belt

Question

B'riferenza għall-parkeġġ fil-Belt, issa li daħlet is-sistema tas-CVA, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parking bays i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali ii) riservati għar-residenti tal-Belt iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area ta' CVA v) in-numru ta' parking baysfil-Belt iżda 'l barra mis-CVA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'referenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25777 f'seduta 523 qiegħed nagħti nformazzjoni aktar dettaljat kif indikat fl-istess tweġiba. In-numru ta’ parking bays għall-parkeġġ fit-toroq tal-Belt Valletta huma kif jidher hawn taħt :- i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali - 141 ii) riservati għar-residenti tal-Belt - 90 fuq ir- ring road matul il-ġurnata u 493 filgħaxijiet fis-CVA iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern - xejn iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl- area ta' CVA - 2,502 matul il-ġurnata u filgħaxija 2,009 v) in-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA - 634 . Din il-figura tinkludi madwar 150 spazju ta' parkeġġ fil-Fossa li għadhom mhux miżbugħa.

Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jkunu qed isiru xogħlijiet fit-toroq kemm minn ħaddiema tal-gvern, kif ukoll dawk privat, u jkun hemm restrizzjonijiet fuq it-traffiku billi jintuża lane wieħed, ma jintużawx portable traffic lights? Dawn fil-fatt jeżistu f'Malta? Japprezza l-Ministru li l-uzu ta' dawn it-traffic lights jgħin fl-immaniġġjar aħjar tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Portable Traffic Lights li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant intużaw kemm il-darba għal xogħlijiet f’toroq li jirrikjedu maniġġjar ta’ traffiku speċjalment f’każ ta’ two-way traffic f’wiesgħa ta’ karreġġjata li tippermetti biss one-way traffic u meta x-xogħol idum perjodu twil. F’ħafna mill-każijiet minflok il- portable traffic lights jintużaw local wardens speċjalment meta x-xogħlijiet ma jdumux perjodu twil u meta l-arranġament ta’ traffiku ma jibqax sejjer matul il-lejl.

Bormla — Dock no. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq Dock No. 1, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejin in-negozjati bejn il Gvern u l-Consortium. Hekk kif dawn in-negozjati jiġu konklużi u tgħaddi r-Riżoluzzjoni Parlamentari għat-trasferiment ta’ l-art, ix-xogħol ikun jista’ jinbeda wara li l-permessi tal-MEPA ikunu finalizzati.

Valletta — CVA - Aġġudikazzjoni tat-tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26414 u jgħid kienx hemm xi kontestazzjoni dwar l-aġġudikazzjoni tat-tender dwar ic-CVA fil-Belt Valletta? Liema hi l-kumpanija li qed tfittex lill-Gvern dwar dan? Huwiex minnu li l-kumpanija kkonċernata qed tfittex lill-Gvern għal loss of profits and damages?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpannija SG Solutions Ltd qiegħda tikkontesta l-iskwalifika tagħha mill-aġġudikazzjoni tat-tender. Il-kumpannija konċernata qiegħda tfittex għal danni u għar-rifużjoni tal-flus imħallsa sabiex interponiet appell quddiem il-Bord ta’ l-Appelli tal-Kuntratti.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Zabbar — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fi Triq iċ-Ċimiterju, Haz-Zabbar, idealment quddiem fond nru 10? Dan minħabba li f'din it-triq dejqa qed jgħaddu ħafna karozzi b'veloċita' qawwija li qed joħolqu bosta periklu għal min ikun miexi fl-imsemmija triq.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żabbar għal tali' round topped road hump fi Triq iċ-Ċimiterju.

Żvilupp Urban u Toroq — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma mtul is-sna 2006 kienet:- Ministeru/Dipartiment Lm 5,520.64 Awtorita' dwar it-Transport Lm l6,9l2

San Gwann — Triq il-Baħar l-Iswed

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux isiru xi traffic calmers jew sleeping policmen fi Triq il-Baħar l-Iswed, San Gwann minħabba l-veloċita' li bih jgħaddi t-traffiku b'riskju għar-residenti tal-area?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali San Ġwann għal tali Road Humps fi Triq il-Baħar l-Iswed.

Ħaż-Żebbuġ — Triq De Rohan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi ħaġa urġenti fi triq De Rohan Ħaż-Żebbuġ, Malta u dan għaliex hemm problema ta' flooding speċjalment fil-bidu tat-triq u dan anke meta tagħmel naqra xita? Jidher li din il-problema ilha diversi snin issa u qed tkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-lokal.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qiegħed isir studju min naħa ta' l-ADT biex tista' tiġi solvuta din il-problema.

Tarxien — Triq Kelinu Cachia

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi asfaltata jew jistax jgħid, imqar, meta huwa maħsub li din tiġi asfaltata tenut kont il-prioritajiet tal-Awtorita' dwar it-Trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Kelinu Cachia hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT sa l-2008. Ix-xogħol fuq din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Sliema, Tigne' — Konġestjoni tat-traffiku

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 26515, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-Transport Action Plan għall-penisola ta' Tigne', Sliema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tas-Sliema Transport Action Plan. Dawn jinkludu network and development traffic forecasts għas-sena 2010 fil-penisola ta' Tigne', kif ukoll is-sistema proposta għall-immaniġjar tat-traffiku. Xi dettalji mis-sistema proposta partikolarment iż-żona ħdejn il-ferries, jistgħu jinbidlu.