Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proprjetajiet tal-Awtorità tad-Djar – nefqa f’tiswijiet u manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sitt xhur tas-sena 2015 u fl-ewwel sitt xhur tal-2016 f’tiswijiet u manutenzjoni fil-proprjetajiet tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nefqa f’tiswijiet u manutenzjoni fil-proprjetajiet tal-Awtorita’ tad-Djar kienet fil-perijodu imsemmi minnu, kien kif indikat hawn taħt: Propjetajiet tal-Awtorita' tad-Djar - Nefqa f'tiswijiet u manutenzjoni N/L a/c Code N/L a/c Description Lulju-Diċembru 2015 Jannar-Ġunju 2016 € € 502010 REPAIRS & MAINTENANCE IN HA & GOV PROPER 1,145,834.10 930,259.70 502530 EMBELLISHMENT OF OLD BLOCKS 35,405.94 118,712.30 1,181,240.04 1,048,972.00

Awtorità tad-Djar –liftijiet fil-blokok tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-pjanijiet tal-Awtorità tad-Djar f’dak li jirrigwardja liftijiet fil-blokok tal-Gvern għas-sena 2016? Kemm minn dawn il-pjanijiet ġew implimentati u x’fadal isir?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif kien pjanat, din is-sena ġew installati 11-il lift mill-Awtorita’ tad-Djar. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kien ippjanat ukoll li jinћarġu tenders gћall-installar ta’ 20 lift ġdid. L-Awtorita’ tad-Djar diġa’ ppublikat tenders gћal 19–il lift, u sejjer jinћareġ tender ieħor gћall-lift l-ieħor qabel l-aћћar tas-sena. Minn dawn, hemm 7 lifts li nbeda x-xogћol fuqhom skont it-tender, 2 lifts oћra li ћa jinbeda x-xogћol fuqhom b’mod imminenti, 3 lifts oħra fejn it-tender gћadu miftuћ sabiex dawk interessati jitfgħu l-offerti tagħhom, u 7 lifts oħra li dwarhom kien hemm tenders li ġew ikkanċellati hekk kif ma kien hemm l-ebda offerta mitfugħa u se jkollhom jerġgħu jinħarġu.

Proġett ta’ bini ta’ appartamenti ġodda għall-abitazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ambizzjuż tal-Gvern skont kif intqal fl-aħħar Budget biex jinbnew appartamenti ġodda għall-abitazzjoni soċjali f’diversi partijiet f’Malta fejn diġà ħarġu l-permessi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent, jinsab għaddej il-proċess mad-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jibda t-tħammil fil-postijiet fejn ser ikunu qegħdin jinbnew l-appartamenti l-ġodda tal-proġett maġġuri li l-Awtorita’ tad-Djar ser tkun qiegħda taħdem fuqu sabiex ikollha aktar units xi tqassam għal residenzi soċjali.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm kellha impjegati din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm għandha impjegati din l-Aġenzija llum? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ din l-Aġenzija fl-ewwel sena tagħha u kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena finanzjarja tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Appoġġ twaqqfet fl-1994 bl-isem ta’ Social Work Development Programme (SWDP). Lura f’dan iż-żmien, l-Aġenzija, jew aħjar il-programm kien jimpjega 16-il persuna. Fil-bidu tiegħu, dan il-programm kien responsabbli biss mis-Servizz għall-Ħarsien Tat-Tfal, mis-Servizz tal-Vjolenza Domestika u mis-Servizz fil-Kommnita’ ġewwa l-Kottonera. Kif jirriżulta mill-Estimi approvati mill-Parlamenti, in-nefqa għal SWDP għas-sena 1994 kienet kif ġej: (source Estimi għas-sena 1996 – Actual Expenditure 1994) għan-nefqa · Line Item 4216: Child Protection Service Lm 1,001 · Line Item 4217: Adoption and Fostering Serivce Lm 5,999 · Line Item 4218: Community Development Lm 10,000 Fil-preżent, l-Aġenzija Appoġġ timpjega 309 ħaddiem b’baġit li għas-sena finanzjarja li ser tgħalaq f’Diċembru 2016, din is-sena kien ta’ € 5,400,000.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi toffri l-Aġenzija Appoġġ? Jista’ jgħid kemm każijiet ħadet ħsieb din l-aġenzija fl-ewwel sena mit-twaqqif tagħha u x’tip ta’ każijiet kienu? Jista’ jgħid kemm ħadet ħsieb każijiet din l-aġenzija fl-aħħar sena u x’tip ta’ każijiet kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella li tinsab aktar ‘l isfel. Aġenzija Appoġġ (Social Welfare Development Programme) Kazijiet – 1994 1994 Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal ( Child Protection Service ) 65 Vjolenza Domestika ( Domestic Violence Service ) 41 Servizzi fil- Komunita’ –Kottonera ( Cottonera Community Service ) 24 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, għal fini ta’ statistika, matul l-2010 kienu jiġu kkalkulati biss dawk il-każijiet li jkunu ġew trattati u ma jinkludux il-każijiet l-oħra li ma kienux trattati mill-ħaddiema tal-Aġenzija. Każijiet trattati mill-Aġenzija Appoġġ – 2015 2015 Servizz ta’ Protezzjoni tat- Tfal ( Child Protection Service ) 1607 Intake & Family Support Service * - Vjolenza Domestika ( Domestic Violence Service ) 689 Xelter Għabex 55 Servizz ta’ mmanigjar ta’ inġieba abbusiva 84 High Support Service 43 Residenza St. Venera 16 Ħidma Soċjali fl-Isptar Mater Dei 2475 Servizz Benniena 286 Ħidma Soċjali fl-Isptar Boffa 269 Ħidma Socjali fic-Ċentru ta Saħħa Qormi 136 Ħidma Socjali fir-Residenza St Vincent de Paule 265 Ħidma Soċjali fil- Komunità St Vincent de Paule 344 Servizzi fil-Komunita’- Kotttonera 262 Istitut Paolo Freire 82 Servizzi fil-Komunita’-Birkirkara 150 Servizzi fil-Komunita’- Msida 71 Servizzi fil-Komunita’ - Qawra 223 Servizzi fil-Komunita’- Valletta 163 Embark for Life (E4L) 203 Looked After Children Service 434 Servizzi mal-Qrati 113 Żjarat ta’ Aċċess taħt Superviżżjoni( Supervised Access Visits ) 320 Youth in Focus Services 282 * L-informazzjoni għadha mhix disponibbli minħabba diffikutà tekninka fil-qalba għall-Case Management System il-ġdida. Servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ - 2015 Servizz Informazzjoni oħra ta’ Servizzi 2015 Out of Home Care Programme 7 kuntatti , 26carer SHBC* families, 35 tfal u 26 familja jirċievu SHBC f’Dicembru Servizz ta’ Fostering 216 tfal u 216 foster carers Servizz ta Addozzjoni Pre-adoption: 103 kaz ġdidu 361 kazijiet ma Post-adoption: 28 digrieti godda , 260 tfal u 200 familja PUD Tere ż a Donazzjonijiet: 60 donazzjoni utilizzati 25 Talbiet : 33 talba u 11 indirizzat Hotline 223 rapport Helpline 223 rapport Support Line 179 Total ta’ 13,541 telefonata li minhom 10,262 kienu ġenwieni. Programm Ulied Darna Medja ta’ 2 allokazjoni jiet ġodda u 0 kazijiet maghrufa fi xahar u 21 kaz iehor fuq il-waiting list sa aħħar ta Diċembru.

Persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-preżent jirċievu l-għajnuna soċjali u kemm kien in-numru fl-istess żmien, sena ilu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-preżent huwa ta’ 9,670 filwaqt li sena ilu in-numru ta’ benefiċċjarju tal-Għajnuna Soċjali kien jammonta għal 11,260 kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Għajnuna Soċjali Benefiċjarji Benefiċjarji Ottubru 2015 Ottubru 2016 SA 5,481 5,258 SUP 3,172 2,897 UA 2,607 1,515 Total 11,260 9,670

Ċentri LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu s’issa Ċentri LEAP ma’ Malta u Għawdex u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar ċentri ta’ din ix-xorta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-lum għandna 10 Ċentri LEAP f’Malta u 1 f’Għawdex, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: · Għargħur · Qawra · Qormi · Kirkop · Żurrieq · Marsaskala · Birgu · Santa Luċija · Valletta · Msida · Xewkija Għawdex Fil-futur qrib, sal-aħħar ta’ din is-sena, ser ikun qiegħed jinfetaħ ċentru LEAP ieħor ġewwa l-Mosta. Huwa ippjanat li sal-aħħar ta’ din il-leġislatura jinfetħu 5 Ċentri LEAP oħra.

Ċentri LEAP — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’servizzi qed jingħataw miċ-Ċentri LEAP u jekk minn dawn iċ-Ċentri hux jingħata s-servizz tal-Outreach?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fiċ-Ċentri LEAP mferrxin madwar Malta u Għawdex, hemm professjonisti li qegħdin jagħtu servizz ta’ ‘outreach’ f’lokalitajiet diversi fejn huma assenjati, sabiex jaħdmu mill-qrib ma’ persuni vulnerabli. Dan qiegħed iwassal sabiex hafna mill-klijenti tal-programm LEAP jiġu ‘mentored’ minn dawn l-impjegati, u wkoll mgħejuna jsibu xogħol, f’ħafna mill-każijiet, bil-għan li ngħinu lil dawn il-persuni jimxu ‘l quddiem u sabiex eventwalment itejbu ‘l qagħda finanzjarja tagħhom.

Family Resource Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna minn fejn se jibdew joperaw il-Family Resource Centres, u jekk din il-ħidma hix se tkun mogħtija wkoll miċ-Ċentri LEAP?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa issa għandna ħames Ċentri li ser ikunu qegħdin jaqdu l-funzjoni ta’ Family Resource Centre. Dawn jinkludu; L-Imsida, l-Għargħur, Santa Luċija, Marsaskala u ¿-¯urrieq. Għandna pjanat li jinfetħu aktar Family Resource Centres madwar Malta u Għawdex fi¿-¿mien li ġej.

Family Resource Centres — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ professjonisti se jkun hemm fil-Family Resource Centres biex jgħinu lil kull min iżur dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ġewwa l-Family Resource Centers, ser ikun hemm timijiet mutidixxiplinarji magħmulin minn 8 sa 10 professjonijisti fil-kariga tagħhom bħala ħaddiema soċjali, councilors, family therapists, child therapists, pyschologists, u pyschotherapists Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, dawn il-professjonisti ser ikunu qegħdin jaħdmu mal-familji sabiex dawn jiġu mogħtija l-għajnuna meħtieġa kemm fejn Child Protection kif ukoll sostenn mill-Aġenzija Appoġġ fuq kif irabbu lil uliedhom. Ser inkunu qegħdin naraw ukoll li dawn il-familji jingħataw l-għajnuna neċessarja bil-għan li l-minuri jibqghu jirrisjedu mal-familjari tagħhom fl-ambjent li jkunu trabbew fih. L-għan ta’ dan it-tim multidixxiplinarju ser ikun li l-familji tagħna jkunu esposti għas-servizzi meħtieġa fuq plajn ħolistiku.

Inter country adoptions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim sar ma’ pajjiżi barranin fl-aħħar sentejn għall-Inter-Country Adoptions? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isiru aktar Memorandum of Understanding ma’ pajjiżi oħrajn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fl-aħħar sentejn ġew iffirmati, ftehim mal-Islovakkja ffirmat nhar it-23 ta’ Jannar 2014, ftehim mal-Vjetnam iffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2015, u ftehim mal-Kambodja iffirmat fl-10 ta’ Ġunju 2016. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, sabiex żewġ pajjiżi jikkoperaw flimkien, fil-qasam tal-addozzjoni, fuq livell internazzjonali, mhux neċessarjament li jkun hemm Memorandum of Understanding . Filfatt, fost l-oħrajn, qegħdin naħdmu mal-Gvern Indjan u Portugiż minkejja li ma għandniex ftehim ma’ dawn il-pajjiżi.

Ħal Qormi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Qormi diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġewwa Ħal Qormi hemm lift installat fil-blokkok imsemmija fit-tabella t’hawn taħt: Blokk / Indirizz Lokalita’ Blk 1 Triq id-Deheb Fin Qormi Blk 3 Triq id-Deheb Fin Qormi Blk 4 Triq id-Deheb Fin Qormi Blk 5 Triq id-Deheb Fin Qormi Blk 6 Triq id-Deheb Fin Qormi Blk B, Ta' Paskarella Triq Guze' Duca Qormi Blk 6 Triq il-Fontanier Qormi Blk 11 Vjal de la Cruz Qormi Blk C Triq is-Sebh Qormi Blk D Triq is-Sebh Qormi Dawn il-lifts ġew installati bejn l-2003 u l-2016. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar gžad trid tinstalla 2 lifts fil-blokkok indikati fit-tabella t’hawn taħt; Blokk / Indirizz Lokalità Applikazzjoni LFT Blk 2 Vjal de la Cruz Qormi Applikazzjoni LFT Blk A Triq is-Sebh Qormi Dawn iż-żewġ lifts mistennija jkunu installati bejn nofs l-2017 u l-ažžar tal-2018. Għal Blokk 2, fi Vjal de la Cruz, gžadu jrid jinħareġ permess ġdid tal-ippjanar ukoll. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għall-blokkok l-oħra ġewwa Ħal Qormi, li mhumiex mniżżla fit-tabelli t’hawn fuq, ma hemmx lift. Ġewwa dawn ir-residenzi li ma hemmx lift installat, mhux neċċesarjament li huwa possibli li dan jiġi installat minħabba d-dinamika tal-post. Tajjeb li jingħad li, l-periti tal-Awtorità tad-Djar iħejju analiżi teknika gžall-konsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.

Ħal Luqa – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-lokalita’ ta’ Ħal Luqa ma hemmx blokkok ta’ appartamenti soċjali b’lift installat, u ma hemmx applikazzjonijiet pendenti gžall-installar ta’ lifts fl-istess lokalita’. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ġewwa l-blokkok f’Ħal Luqa fejn ma hemmx lift mhux neċessarjament li d-dinamika tal-post tippermetti li joqgžod lift. Tajjeb li jingħad li, il-periti tal-Awtorita’ tad-Djar iħejju analiżi teknika għall-kunsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.

Is-Siġġiewi – lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi diġà hemm lift u meta sar? Jista’ jgħid ukoll f’liema blokk ta’ appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali għad ma hemmx lift fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawk il-lifts li għadhom ma sarux?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġewwa s-Siġġiewi hemm lift installat fil-blokkok imsemmija fit-tabella t’hawn taħt: Blokk / Indirizz Lokalita’ Binja Hesri, Ent B Siggiewi Binja Hesri, Ent C Siggiewi Binja Hesri, Ent D Siggiewi Binja Hesri, Ent E Siggiewi Binja Hesri, Ent F Siggiewi Binja Hesri, Ent G Siggiewi Binja Hesri, Ent H Siggiewi Blk 2, Ent B Triq Ramija Siggiewi Blk 3, Ent A Triq Ramija Siggiewi Blk 3, Ent B Triq Ramija Siggiewi Dawn il-lifts kienu installati bejn l-1993 u l-2016. Fil-lokalita’ tas-Siġġiewi, bħalissa, ma hemmx applikazzjonijiet pendentti għall-installar ta’ lifts. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal dawk il-blokkok ġewwa s-Siġġiewi, fejn ma hemmx lift installat, mhux neċċesarjament li huwa possibli li jiġi installat minħabba d-dinamika tal-post. Tajjeb li jingħad li, l-periti tal-Awtorità tad-Djar iħejju analiżi teknika gžall-konsiderazzjoni ta’ installar ta’ lift meta ssir applikazzjoni.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti tal-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti mill-Fgura preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti mill-Fgura Appelli pendenti 10 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 3

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti taż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti miż-Żejtun preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej : Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti miż-Żejtun Appelli pendenti 11 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 1

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli pendenti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn residenti ta’ Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ residenti minn Wied il-Għajn preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: Numru ta’ Appelli quddiem l-Arbitru ta’ Residenti minn Wied il-Għajn Appelli pendenti 17 Appelli appuntati Nil Appelli solvuti 1

Koppji – adozzjoni ta’ tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn koppji jew individwi Maltin bejn Jannar 2015 u Ottubru 2016 minn pajjiżi barranin (pajjiż b’pajjiż b'mod individwali)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2015 kien hemm 26–il addozzjoni ta’ tifel u tifla mill-pajjiżi msemmija hawn taħt: · Mill-Albanija – addozzjoni waħda; · Mis-Slovakkja – 4 addozzjonijiet; · Minn Malta – 8 addozzjonijiet; u · Mir-Russja – 13–il addozzjoni. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi, l-istatistika għall-perjodu Jannar 2016 u Ottubru 2016 tinġabar fl-aħħar tas-sena.

Tas-Sliema – Day Centre

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28698, jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' anzjani li kienu jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta' Tas-Sliema kull sena bejn l-2005 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’żieda għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 28698, in-numru ta’ anzjani jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Tas-Sliema mill-2005 sal-lum huwa kif ġej: Sena Numru ta’ Residenti jattendu Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Ta’ Sliema 2005 68 resident 2006 68 resident 2007 68 resident 2008 69 resident 2009 67 resident 2010 67 resident 2011 47 resident 2012 58 resident 2013 57 resident 2014 57 resident 2015 43 resident 2016 36 resident

Allowance għall-Carer – persuni singoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-Gvern ħass li l-Allowance għall-Carer (CRA) għandha tkun limitata għall-persuni singoli filwaqt li l-Pensjoni tal-Wens se tkun miftuħa għall-persuni singoli kif ukoll għall-persuni miżżewġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Increased Carer’s Allowance (ICRA), se tingħata lill-persuni sew singoli kif ukoll miżżewġa li qed jieħdu ħsieb pazjent ta’ dipendenza għolja fl-istess residenza ta’ abitazzjoni, li mhumiex f’impjieg, li huma taħt l-età tal-pensjoni u li mhumiex qed jirċievu diġà xi benefiċċju ieħor mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Fuq kollox, dan il-benefiċċju se jkun qiegħed jingħata mingħajr il-bżonn li jsir it-test tal-mezzi sabiex persuna tikkwalifika għal dan l-Allowance. Il-benefiċċju Carer’s Allowance (CRA) huwa għal persuni li jgħixu ma’ u jieħdu ħsieb pazjenti ta’ dipendenza medja, u huwa means tested . Kien minħabba r-raġuni li dan il-benefiċċju se jkun means tested li nfetaħ biss għal persuni singoli, ‘l għaliex, kieku ftaħna l-possibilità lill-persuni miżżewġa wkoll biex japplikaw, għal fini ta’ eleġibilità jkun irid jiġi kkunsidrat ukoll id-dħul tal-konjugi, li, f’każ li mhuwiex jaħdem, dan diġà jkun eliġibbli għal benefiċċju bħala kap tal-familja u hija propju għal din ir-raġuni li ma kienx jagħmel sens li kieku nfetaħ għal din il-kategorija, ‘l għaliex b’dan il-mod ħadd ma kien jikkwalifika. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad li, l-Għajnuna Soċjali għal koppja miżżewġa jammonta għal aktar minn dan il-benefiċċju.