Jikkonferma l-Ministru li l-art li suppost jinbnew l-oqbra fl-Addolorata, hemm art li mhux tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art li fuqha hemm l-applikazzjoni mall-MEPA għall-estensjoni l-ġdida sabiex jinbnew l-Oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata hija kollha propjeta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti t-target date meta se jibda x-xogħol fuq l-oqbra peress li ħafna huma dawk li qegħdin imħasba li sar konvenju u se jagħlaq fi Frar 2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għadu qed jistenna li jinħareġ il-permess mill-MEPA sabiex ikun jista` jinbeda x-xogħol fuq l-estensjoni l-ġdida u jinbeda l-proċess kollu relatat.
Dawk in-nies kollha li ga ghandhom konvenju se jigu ikkuntattjati fil-gimghat li gejjin biex jerga jiggeddilhom.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ reklamar li sar mill-Ministeru tal-Enerġija u Saħħa, dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-1 ta’ April 2013 huwa ta’ €1,279,967. Ftit inqas minn kwart minnhom huma mħallsa minn fondi ewropej.
Jista’ l-Ministru jippublika l-ftehim li ffirma l-Gvern ma’ Barts School of Medicine?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la darba jkunu magħluqa l-agreements kollha relatati mal-faċilitajiet ta’ tagħlim kliniku, ser tingħata l-informazzjoni mhux kummerċjali.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-Malta Medical Students Association (MMSA)? X’kienet l-opinjoni tal-istudenti fuq il-Barts mal-Gvern u kif se jaffetwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati għadhom għaddejin u qiegħed jitfassal ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Università ta’ Malta. Saru laqgħat kemm mal-fakultà tal-mediċina kif ukoll mal-assoċjazzjonijiet tal-istudenti.
Il-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa ser jiġi konkluż fiż-żmien qarib.
Barts School of Medicine –Medical Association of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-Medical Association of Malta (MAM)? X’kienet l-opinjoni tat-tobba fuq il-ftehim ta’ Barts mal-Gvern u kif se jaffettwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21438.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-lecturers tal-Università ta’ Malta u tal-Iskola Medika Maltija? X’kienet l-opinjoni tagħhom fuq il-ftehim ta’ Barts mal-Gvern u kif se jaffettwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21438.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine humiex se jużaw il-faċilitajiet tal-Iskola Medika Maltija, tal-Università ta’ Malta u tal-Isptar Mater Dei għaliex fil-fatt ma jistgħux jużaw l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif kien il-pjan oriġinali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Barts School of Medicine ser tkun qed tuza primarjament l-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghat-taghlim kliniku, madana kollu se tuza ukoll facilitajiet f’istituzzjonijiet medici ohra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji fuq il-Medical Association of Northern Virginia li ssemmiet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li se tkun involuta fis-Servizzi tas-Saħħa ta’ pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħti d-dettalji tal-kumpanija li suppost ingħataw separatament u ma ngħatawx.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Triq Paola – main tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minħabba l-istat ħażin ħafna tal-main tal-ilma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Triq Paola, Tarxien li qed iwassal biex qed iċċedi t-triq u jnixxi ħafna ilma b’detriment u inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq, jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex pjan biex dan il-main jinbidel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-main fi Triq Paola, Tarxien huwa main f’kundizzjoni tajba. Li qed jiġri, u relattivament spiss, huwa kollu dovut minħabba l-istat ħażin ta’ kif ġiet mibnija t-triq madwar 8 snin ilu taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. It-triq qegħda tagħmel ħsara lis-servizzi li jisporġu minn dan l-istess main u ħabba f’hekk qed isiru bosta interventi li faċilment setgħu ġew evitati kieku t-triq inbniet sew. Diġa’ saret laqgħa mas-Sindku kmieni din is-sena stess, u l-Korporazzjoni lesta li terġa’ tiltaqa’ mal-Kunsill ta’ Ħal-Tarxien biex tara kif flimkien tista’ tinstab soluzzjoni permanenti għal din il-problema.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21174 u 17587 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16772, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq kollha indikati fir-risposta humiex se jiġu resurfaced u ċjoe hux se jsir wiċċ ġdid fit-toroq kollha minn fejn għadda l-main tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ? Jekk iva, sal-lum, liema minn dawn it-toroq ġew resurfaced kollha u liema għadhom le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba fil-mistoqsija 16772 u jgħid x'għamlet il-Korporazzjoni f'dawk il-partijiet tat-toroq li kienu saru bit-tarmak u dan diġà nqala'? Jista’ jgħid meta se jispiċċa x-xogħol kollu fuq dawn it-toroq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi bejn Ħondoq ir-Rummien u Ta' Ċenċ, minn kull fejn għadda l-main tal-ilma, ser jingħata l-wiċċ ġdid kollu. Il-base course ta' dawn it-toroq tlesta kullimkien, filwaqt li l-wearing course ser jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-proġett kien ikopri l-main tal-ilma u wiċċ tat-triq biss, u mhux kostruzzjoni tat-triq innifisha. Rigward tarmak li reġa' ġie maqlugħ, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija 21303.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim mal-Iskola ta' Barts? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt kien iffirmat fit-18 ta’ Marzu 2015, filwaqt li għat-tieni parti tal-misqosija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21437.
Sptar Ġenerali t'Għawdex, Sptar Karen Grech, u Sptar San Luqa — ftehim iffirmat
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar San Luqa? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21433.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11551 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16320, ninfurmah li aktar informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom parentela mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qegħdin fuq il-bord li jaraw jekk individwi għandhomx jiġu boarded out?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li ngħatajt mill-Kordinatur tal-Bord Mediku, u wara li dan għamel kuntatt mat-tobba li kienu preżenti fil-bord mediku li evalwa l-kundizzjoni medika tal-uffiċjal imsemmi, ħadd mit-tobba u lanqas il-kordinatur tal-Bord Mediku m’għandhom parentela mal-uffiċjal imsemmi.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21350, jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-mediċini out of stock fil-preżent u jgħid kemm kienu l-mediċini out of stock fl-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Marzu 2013, u skont mistoqsija parlamentari 274, kien hemm 183 mediċina out-of stock.
B’sodisfazzjon kbir, fil-preżent m’hemm l-ebda mediċina out-of stock f’Mater Dei u għat-18-il ġimgħa din is-sena, ma hemm l-ebda medicina out of stock fil-POYC.
Il-mediċini out-of-stock hija waħda mill-miżuri li huma meqjusin bħala prijorità fil-ħidma tagħna biex intejbu s-settur tas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew li ssirilhom operazzjoni tal-kataretti? Jista’ jgħid kemm, fil-preżent, persuna qed iddum fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-kataretti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tnaqqis tal-waiting lists għall-operazzjonijiet hija waħda mill-prijorità li qed naħdmu fuqha fil-qasam tas-saħħa. Bħala Gvern nemmnu li biex jitjieb is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna jeħtieġ li l-pazjenti ikun fiċ-ċentru tal-politika tagħna tas-saħħa u għalhekk jeħtieġ li ntejjbu l-patient outcomes biex il-pazjent ikun moqdi aħjar u f’inqas ħin.
Filwaqt li sal-2013 persuna kienet iddum madwar tlett snin fuq il-lista ta’ stennija biex tagħmel operazzjoni, llum persuna ddum madwar sitt xhur tistenna.
Bħala operazzjonijiet tal-kataretti żdied in-numru ta’ kemm qed isiru operazzjonijiet fejn din is-sena se jkunu saru 4,332 operazzjoni tal-kataretti meta mqabbel ma’ 2,564 fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ madwar 68% fl-operazzjonijiet li saru. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista kien hemm 3,443 persuna fuq il-waiting list u bħalissa hemm madwar 1,385 fuq il-lista ta’ stennija għall-kataretti.