Legislature:
Category:
Reset
Active:

Delimara Power Station — lifespan tal-estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ddisinjat/ikkalkulat il-lifespan fi snin tal-operat tal-estensjoni ta' Delimara Power Station hekk kif proposta mill-gvern preżenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Bezzina biex jispeċifika jekk qed jirreferi għall-impjant tal-BWSC.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sejħa għal plant operator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għal plant operator mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma MPO/89/2005/22 u li l-avviż relattiv deher ukoll fuq it-Times of Malta tal-21 ta' Novembru 2012 li għaliha kien hemm min applika u ma ssema xejn iktar dwarha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat illi rigward is-sejħa għall-plant operator, li qiegħda tirreferi għaliha l-interpellant, beda l-proċess tal-għażla.

Power Station Ġdida — studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru jew qed isiru qabel ma tiġi kkummissjonata l-power station il-ġdida mill-gvern preżenti biex jiġu mħarsa kemm l-ambjent tal-madwar kif ukoll is-saħħa ta' dawk kollha li jgħixu fil-lokalitajiet viċin il-power station proposta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru u li għad iridu jsiru f'dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ghal din l-mistoqsija tinghat f'seduta ohra.

Pannelli fotovoltajċi — sussidju

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 86, jista' l-Ministru jgħid kemm fondi se jkunu ddedikati għal din l-iskema? Il-feed in tariff se jibqa' kif imħabbar mill-gvern preċedenti ? Kemm se tkun ir-rata tal-għajnuna finanzjarja biex jinxtraw il-pannelli fotovoltajċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni se tinghata fil-ġimgħat li ġejjin.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha ħafna ma tirċievi kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li qed tiġi indirizzat id-diffikultà fil-qari tal-meter tal-ilma.

Provista tal-Ilma — problema

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li hemm problema fis-sistema tal-ilma fit-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie solvut u saret verifika l-Ġimgħa fit-12 t'April 2013 wara nofsinhar.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — Każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi solvut il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li qed jiġuh kontijiet għoljin ħafna tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwit mill-ARMS Ltd.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx mixtrija u ordnati karozzi.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew mikrija żewġ karozzi (tal-Ministru u tas-Segretarju Permanenti).

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma ix-xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li se jintbagħat meter reader ħalli jieħu r-reading biex issir regulazzjoni fil-kontijiet.

Il-Belt Valletta — Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Monti tal-Belt ta' fost il-ġimgħa jiċċaqlaq għal Triq l-Ordinanza, inkluż biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nistieden lill-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.