Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17747, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20409 u jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkontempla ċ-ċaqliq tal-Monti tal-Belt lejn in-naħa ta' fuq ta' Strada Merkanti fil-Belt, bejn Strada Teatro u Triq Melita?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma ntqal fid-diskors tal-baġit, il-Gvern qed jikkontempla diversi possibiltajiet minfejn u kif jopera l-Monti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Itrapriżi Żgħar — assistent parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistent Parlamentari li kien jassisti lill-Ministru għall-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) kien l-Hon. Charlo Bonnici li kien jitħallas amministrattivament mingħand il-Kamra tad-Deputati, imma l-Parlament kien jiġi rimborżat mill-Ministeru rispettiv, għal dik il-parti li tirrigwarda r-remunerazzjoni tiegħu marbuta ma’ din il-funzjoni.
L-onorarja annwali ta’ Assistent Parlamentari kienet dik ta’ 65% ta’ Skala 1 tal-gradi tas-Servizz Publiku. 50% tal-onorarja – dik ekwivalenti għall-onorarja il kienet titħallas lill-Membru Parlamentari – kienet titħallas mill-fondi tal-Kamra tad-Deputati filwaqt li l-15% l-oħra kienet titħallas mill-fondi tal-Ministeru li kien assenjat miegħu l-Assitent Parlmentari. L-Assistent Parlamentari kien intitolat għal servizz tat-telefon, minn linja fissa u minn
mobile,
għal ammont li ma jaqbiżx €6,407 fis-sena
.
Ir-Rapport dwar il-ħidma tal-Assistent Parlamentari ma jinstabx fil-Ministeru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’ leġislaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkontempla ċ-ċaqliq tal-Monti tal-Belt lejn in-naħa ta' fuq ta' Strada Merkanti fil-Belt, bejn Strada Teatro u Triq Melita?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq il-konsulenzi kollha li saru fuq il-proġett tal-White Rocks bejn l-1999 u Marzu 2013, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax wara espressjoni ta’ interess jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali – spiża fuq konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq il-konsulenzi kollha li saru fuq il-proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali bejn l-1999 u Marzu 2013, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax wara espressjoni ta’ interess jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament ma tistax ikollha servizz tal-internet mis-service providers u x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni ma rċiviet l-ebda ilment mingħand il-persuna riferuta f'din il-mistoqsija Parlamentari. Għaldaqstant, l-Awtorita ser tikkuntattja lil din il-persuna minnufih sabiex tifhem in-natura tal-problema li għandha u tagħtiha l-assistenza neċessarja.
Responsible Gaming Foundation – benefiċjarji u ammonti allokati
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17181, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-10 applikazzjonijiet li ma ġewx magħżula mill-Corporate Social Responsibility Program? Jista’ jgħid ir-raġuni għaliex dawn ma bbenefikawx minn dan il-programm?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 17182, jista’ jgħid kemm il-Maltco, il-Malta Gaming Authority u l-operaturi l-oħra kkontribwixxew fir-Responsible Gaming Foundation mit-tnedija tal-Fond sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Maltco hija obbligata skond il-kuntratt iffirmat mal-Gvern li tikkontribwixxi €50,000 fis-sena lil dan il-fond. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kummerċjalment sensittiva peress li fost oħrajn tinkludi nformazzjoni fuq kumpaniji terzi.
Jista’ l-Ministru jara jekk il-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux il-permessi neċessarji sabiex ikunu jistgħu jitwettqu attivitajiet ekonomiċi fih?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13506 u 11304 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapiżi Żgħar – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet separatament, għal matul is-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex maqsuma separatament matul is-sena 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2014, l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Ghawdex kien ta’ €1,847,000. L’ammont ta’ investiment barrani f’Malta kien ta’ €72.4 miljun mifruxa fuq tlett snin.
Fl-2015, l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Ghawdex kien ta’ €268,000. Dan l-ammont ma jinkludix investiment li jrid isir gewwa Ghawdex dovut ghal implimentazzjoni tal-progett ta’
Barts School of Medicine and Dentistry / Queen Mary University of London
.
Bejn Jannar u Gunju tal-2015, l-investiment barrani f’Malta kien jammonta għal €27.8 miljun mifruxa fuq tlett snin.