Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta' żjarat li saru mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hu kif ġej:
SENA TOTAL
1994 3,541
1995 4,272
1996 5,308
1997 5,252
1998 (sa Novembru) 6,336
------
24,709
Il-figura preċiża ta' kemm ġew solvuti każi ma tistax tingħata għaliex għad hemm 685 każ li għadhom ma tressqux il-qorti u 29 każ li ġew diferiti mill-Qorti waqt li hemm numru ta' każi li l-akkuża għad trid tiġi preparata. Il-preskrizzjoni hi ta' 6 snin.
Peress li hemm ammont kbir ta' każi li għadhom pendenti u dawn imorru lura għal numru ta' snin, il-Korporazzjoni qed taħseb li l-każi kollha li seħħew qabel l-1 ta' Ġunju 1997 jiġu rtirati u b'hekk każi relattivament riċenti jistgħu jiġu trattati malajr u b'aktar effiċjenza.
13.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li qegħdin jgħixu ġewwa xi istitut reliġuż illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn tagħrif miġbur mid-Dipartiment Għall-Ħarsien tal-Familja jirriżulta li preżentament hemm 282 tifel u tifla ta' eta' bejn 0 snin u 18-il sena jgħixu fi sbatax (17)-il dar residenzjali mmexxija minn reliġjużi.
13.1.99
Sigurta' Soċjali — Vot għal Family Therapy Support Services
Question
Ma jidhirlux il-Ministru li l-vot ta' Lm1,000 għal Family Therapy Support Services huwa ftit wisq għal dan is-servizz tant importanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nippreżumi li l-Onor. Membru qed tirreferi għall-allokazzjoni li tidher fl-estimi ta' l-1999 bħala Item Nru. 4340 taħt il-Vot 16 (Rikorrenti) għad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja. Dan l-ammont huwa identiku għal dak li ġie vvutat is-sena l-oħra għal dan is-Servizz taħt il-vot ta' dan id-Dipartiment.
B'danakollu, irrid inżid li dan it-tip ta' Servizz (Family Therapy Service) jiġi pprovdut wkoll mill-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) li, kif taf l-Onor. Membru, għal din is-sena żidnielu l-Vot b'mod sostanzjali.
13.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza fuq bażi ta' daily average f'dawn l-aħħar tmien xhur f'kull day centre ta' l-anzjani taħt it-tmexxija tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-attendenza fuq bażi ta' "daily average" ta' kull Day Centre ta' l-anzjani bejn Marzu u Novembru 1998 kif mitlub fil-mistoqsija.
13.1.99
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat tat-tmexxija ta' l-anzjani fid-day centre ta' Tas-Sliema li kien twaqqaf b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti?
X'suġġerimenti qiegħed jagħmel għat-titjib fit-tmexxija tal-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitat tat-tmexxija tad-Day Centre ta' tas-Sliema jikkonsisti minn dawn il-persuni:
Chairperson Ms Sylvia Muscat
Vice Chairperson Mr Edward Cuschieri
Secretary Mr Albert Giglio
Vice Secretary Ms Ċettina Mallia
Treasurer Mr Vince Portelli
Vice Treasurer Mr Charles Aquilina
Public Relations Officer Mr Alfred Gera
Membri: Ms S Catania; Ms C Agius; Ms J Sloan;
Ms V Vella; Mr J Doggett; Mr F Saliba;
Mr A Spiteri.
Il-Kumitat kien issuġġerixxa li l-post jinfetaħ mit-8.30 a.m. sas-7.00 p.m. kuljum, kif fil fatt beda jsir mill-1 ta' Diċembru, 1998. Il-Kumitat jixtieq iżid l-attivitajiet f'dan id-Day Centre, pero' jrid jagħmel dan skond il-finanzi li jkollu minn żmien għall-żmien.
13.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-ETC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ngħata l-ebda trasferiment. Il-"policy" hi li trasferimenti jingħataw biss jekk u meta jkun meħtieġ għall-effiċjenza tal-Korporazzjoni.
13.1.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Ward 9/10 ta' l-irġiel fl-Isptar San Vinċenz de Paule hemmx servizz ta' misħun? Jekk iva, għaliex għal dawn l-aħħar ġimgħat il-pazjenti qegħdin jinħaslu bl-ilma kiesaħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fis-Sala 9/10 ta' l-irġiel ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz, is-servizz tal-misħun kien sospiż għal perjodu qasir, sakemm issewwiet ħsara li kien hemm fis-sistema.
12.1.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2826 ċioe' jista' jgħid kemm intnefqu flus mill-Welfare Fund għas-snin 1996, 1997 u 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt:
1996 - Lm1,310,570
1997 - Lm 844,232
1998 (sa Ġunju) - Lm 429,833
12.1.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1737?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2807.
Irrid niċċara li t-tlett tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti minn dik it-Tweġiba tinkludi wkoll informazzjoni dwar "impressed drivers" ma' Entitajiet Parastatali w mhux biss ma' Dipartimenti w Ministeri tal-Gvern.
12.1.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara d-diversi laqgħat li saru bejn il-pulizija u sedqa ġiex imħejji xi pjan sabiex tiġi ffaċċjata l-problema ta' adoloxxenti u ż-żgħażagħ li qabdu minn kmieni t-triq tal-kriminalita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Laqgħat bejn l-Aġenzija Sedqa w l-Pulizija, dwar il-problema ta' adoloxxenti w ż-żagħżagħ li qabdu t-triq tal-kriminalita', għadhom qed jissoktaw, bil-ħsieb li jiġu mnedija inizzjattivi f'dan ir-rigward.
12.1.99
Jista' l-Ministru jivverifika f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva numru H 15359 magħmula mill-persuna, li isimha qed jintbgħat separatament? Jaħseb il-Ministru li tali applikazzjoni minn persuna sabiex tkun tista' tieħu ħsieb ta' ħuha, li huwa persuna b'diżabilita' konfinat għal wheelchair, għandha tingħata priorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Fi kwalunkwe każ il-post li trid il-persuna indikata għadu mhux disponibbli.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġiex mibgħut bħala welder trainee l-Malta Drydocks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aħħar lista ta' "trainee welders" li ntbagħtet mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ lill-Malta Drydocks kien fit-2 ta' Settembru 1998.
Il-persuna msemmija bdiet tirreġistra fl-10 ta' Settembru 1998 bħala "Electronics" u "Telecom Technician".
11.1.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2431, jista' l-Ministru jgħid meta ġew awarded u meta nbdew it-tenders immarkati: (i) u (iv) rigward id-dar ta' l-anzjani f'Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tender "Mechanical and Electrical Services" ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fis-7 ta' Novembru, 1997, ġie "awarded" L/A fit-30 ta' Marzu, 1998 u x-xogħol inbeda fil-15 ta' April, 1998. It-Tender "Roofing Works" ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fit-28 ta' Lulju, 1008, ġie awarded L/A fl-10 ta' Novembru, 1998 u x-xogħol inbeda fl-10 ta' Novembru, 1998.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħu xi inizjattivi biex ikollu mekkaniżmu biex jispezzjona l-ħaddiema tal-gvern fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġi żgurat li qed jagħtu s-servizz li huma mħallsa għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Servizz Pubbliku.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl-Isptar San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Welfare Committee u mhux il-Welfare Fund kif kiteb fil-mistoqsija. Il-Welfare Committee ma torganizzax attivitajiet soċjali fir-Residenza San Vinċenz. Dawn l-attivitajiet, li jsiru matul is-sena kollha, jiġu organizzati mill-Entertainment Section tar-Residenza.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni għall-irranġar ta' dar li saret lill-Awtorita' tad-Djar HAS 13/96 f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikant tal-file HAS 13/96 ġie infurmat fil-21 ta' Frar 1997 li l-applikazzjoni tiegħu hija invalida minħabba Klawsola 14 (3)(i) (Dokument A). Din il-Klawsola tgħid hekk:
L-għajnuna f'flus għal xogħolijiet ta' rranġar u titjib ma tingħatax mill-Awtorita' għal xogħolijiet li jkunu diġa saru qabel l-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol u jekk dan ix-xogħol ma jkunx ġie ċertifikat bħala neċessarju minn Perit nominat mill-Awtorita' għal dan il-għan;
Meta fit-28 ta' Jannar 1997 saret spezzjoni fuq il-post instab li x-xogħolijiet mitluba kienu diġa saru (Dokument B).
Skond ċertifikat maħruġ mill-perit ta' l-applikant stess, (Dokument C) ma jirriżultax periklu immedjat li jrid jinbidel is-saqaf.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Dokumenti A, B, u C imsemmija hawn fuq.
11.1.99
Segretarjat Parlamenti għad-Drittijiet tan-Nisa — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'kuntratt bejn l-1997 u l-1998 fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa? Meta bdew u meta jagħlqu dawn il-kuntratti? Min kienu dawk fuq kuntratt? X'ħidma wettqu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' xi studji li għamlu? Xi ħlas kellhom dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-sena 1997 u 1998 kien hemm erba' persuni b'kuntratt fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa. Dawn kienu kif ġej:
Dr Helen Borg LL.D. bdiet fil-11.11.96 b'kuntratt għal sena sa l-10.11.97 fil-kariga ta' Uffiċjal għall-pariri legali. Il-kuntratt, li kien għal ġimgħa ta' ħmistax-il siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz, kien ġie mġedded sa l-10.11.98. Dr Borg kellha ħlas ta' Lm2290 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Ms Jane Attard bdiet fuq bażi "full time" fit-8.5.97 b'kuntratt għal sena fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat Privat. Il-kuntratt tagħha kien ġie mġedded sas-7.5.99. Ms Attard kellha hlas ta' Lm3424 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Sar kuntratt bejn il-Gvern u l-Malta University Services għas-servizzi ta' konsulenza ta' Dr Mary Darmanin bejn 1.9.97 u 30.8.98. Il-kuntratt kien għal ġimgħa ta' għoxrin siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz. Il-ħlas għal dan ix-xogħol kien ta' Lm3251.
Ms Sandra Cachia B.A. (Hons.) Social Administration, bdiet fil-5.1.98 fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat privat. Il-kuntratt tagħha, fuq bażi full time, kien għal sena. Ms Cachia kellha ħlas ta' Lm3907 fis-sena u allowance ta' Lm50 fix-xahar għal xogħol wara l-ħin. Il-kuntratt ġie terminat mal-bidla fl-amministrazzjoni skond klawsola fl-istess kuntratt.
Nota separata tispjega x-xogħol li għamlet il-konsulenta Dr Darmanin li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
11.1.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2466, jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas anzjan li jgħix fid-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan fid-Dar taż-Żejtun qed iħallas bħal kull anzjan ieħor fid-djar tal-Anzjani l-oħra tal-Gvern jiġifieri 60% tad-dħul tiegħu basta ma jeċċediex Lm4.00 kuljum.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa lill-Gvern anzjan li jgħix fid-djar ta' l-anzjani? Tista' din l-informazzjoni tiġi diviża fil-Cost: 1) variable cost; 2) fixed cost - average capital outlay per client?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan li jgħix f'Dar ta' l-Anzjani qiegħed jiswa lill-Gvern hekk:-
Dar tal-Furjana LM 9.94 Kuljum
Dar tal-Mtarfa LM 10.35 Kuljum
Dar tal-Mosta LM 6.26 Kuljum
Dar tal-Gżira LM 9.28 Kuljum
Dar tal-Imsida LM 8.35 Kuljum
"Average" tad-Djar kollha LM 8.58.
Dawn il-"costings" huma magħmula minn "recurrent costs" biss. Ma tinżammx statistika ta' "fixed costs" kif mitlub fil-mistoqsija.
21.12.98