Water Services Corporation — Investigazzjoni ta' kont
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tinvestiga f'mod urġenti l-kont ta' Lm1,540 li jkopri l-perijodu minn Ottubru 2006 sa April 2007 li rċeviet waħda anzjana li toqgħod f'appartament żgħir flimkien ma' binha ġuvni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, aktar u aktar billi dan l-aħħar inbidlilhom l-arloġġ wara li sabu li kien difettuż u kien qed jagħti readings 'abnormally high'? F'każi bħal dawn xi jsir biex il-persuna tiġi billed korrettament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-meter tad-dawl tal-persuna ndikata mill–Onorevoli Interpellant, li fuqu ġie irreġistrat il-konsum ta’ l-imsemmi kont, inbidel u kien ukoll ittestjat.
Wara li sar it-test, dan il-meter instab li kien jaħdem ħażin u għalhekk issa ser tittieħed nota tal-qari fuq il-meter il-ġdid fuq perjodu adekwat sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista tistabbilixxi l-konsum normali ta’ l-elettriku u jekk ikun il-każ il-kont ikun aġġustat.
Id-deċiżjoni finali fuq dan tittieħed mill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tinkera l-link tal-PBS lill-kumpannija Where's Everybody?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija meqjusa bħala waħda ta' natura kummerċjali u għalhekk il-PBS ma tħossx li għandha tagħti tagħrif dwarha.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl inemnem li qed jisperjenzaw ir-residenti fid-djar tagħhom fi Triq Antonio Azzopardi Ħal Lija? Jaf li din is-sitwazzjoni qed twassal għal ħsarat fl-appliances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-inħawi li saret referenza għalihom hemm bżonn xogħol ta’ tisħiħ fuq is-sistema ta’ vultaġġ baxx. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma’ xogħlijiet oħra simili malli jkollna l-permessi tax-xogħol f’idejna.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' dawl inemnem (daqqa' baxx u daqqa' għoli) li qed jesperjenzaw ir-residenti fid-djar tagħhom fi Triq Ġannikol Buhagiar Ħal Lija? Jaf li din is-sitwazzjoni qed twassal għal ħsarat kbar fl-appliances tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25771 u 25539 u jgħid x'irriżulta mit-testijiet li saru fuq il-main tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Hal Luqa? Jista' jgħid jekk dan il-main hux se jinbidel qabel ma jsiru x-xogħlijiet ta' tarmac f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għandu jinbidel parti mill-main tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Luqa. Dan ser isir fil-futur qarib meta jkunu nħarġu l-permessi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25844 u jgħid jekk arblu tad-dawl fi Mdina Road, Żebbuġ - ftit l-isfel mill-iskola St Dorothy, jistax jitranġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrefri l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li l-kuntratt eżistenti bejn il-Lands Department u l-MFS jinkludi konċessjoni fuq il-Forti Santu Rokku, liema konċessjoni għandha l-permess għal żvilupp ta' attivita' kummerċjali u ta' divertiment, u peress li ż-żona ta' madwar il-forti se tkun tinkludi żona residenzjali, jista' l-Ministru jgħid x'garanzija ġab mingħand is-sid eżistenti ta' Forti Santu Rokku li mhux ser isir żvilupp li jiddisturba l-ambjent propost fil-master plan ta' SmartCity?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern m’huwa obbligat iib l-ebda garanzija li qiegħed jirreferi għaliha hu fil-mistoqsija tiegħu. Barra minn hekk m’għandix dubju li l-Onor Interpellant jaf li l-policies ta’ l-użu ta’ l-art huma determinati mill-MEPA u mhux mis-sid li jirreferi għalih hu.”
Jista' l-Ministru jara għaliex ma ttieħdux l-azzjonijiet meħtieġa biex tissolva mill-aktar fis possibbli l-problema ta' drenaġġ li dieħel fir-residenza fil-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iċċekjat il-mejn tad-drenaġġ fit-triq inkwestjoni u nstab li dan huwa tajjeb.
Il-problema issa qed jinvestigaha d-Dipartiment tas-Saħħa biex jinvestigaw il-lower drain tad-djar f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24750 u jikkonferma li l-Air Malta għamlet outsourcing ta' ċertu xogħol fil-qasam ta' l-IT fix-xhur li għaddew? Dan kemm ġie jiswa?
Jista' jikkonferma li dan il-kuntratt ingħata lill-kumpannija SITA aktar minn sena ilu? Liema kumpanniji oħra ġew ikkonsidrati qabel saret din l-għażla? Jista' jikkonferma jekk SITA ħadux kuntratti simili li kienu jinkludu networking, infrastructure, desktop work u applications qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt?
X'kienu l-problemi li nqalgħu ma' SITA riċentement fl-esekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Water Services Corporation tinvestiga l-ilment tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li l-konsum ta' l-ilma tagħhom dan l-aħħar qed jiġi recorded ferm ogħla minn qabel meta skond huma l-konsum attwali baqa' l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-raġuni għalfejn kien hemm żieda fil-kont hija illi d-dar tal-familja indikata mill- Onorevoli Leo Brincat, kellha l-arloġġ ta’ l-ilma wieqaf.
Fil- fatt minn Ġunju 2000 sa Mejju 2005 il-qari ta’ l-arloġġ ta’ l-ilma baqa dejjem l-istess. Matul dan il-perjodu, il-kontijiet ta’ l-ilma ħarġu fuq stimi u kien hemm ukoll xi perjodi fejn il- kont kien ikopri kera ta’ l-arloġġ biss.
Fl-2005 kien ġie installat arloġġ ġdid u minn dak iż-żmien il-quddiem bdew joħorġu kontijiet ibbażati fuq il- qari ta’ l-arloġġ il-ġdid.
Għalhekk ma jidher li hemm l-ebda każ ta’ reviżjoni. Madankollu fil-ġranet li ġejjin il-Korporazzjoni se tibgħat l-uffiċjali tagħha sabiex jikkonfemaw li m’hemm l-ebda anomalija.
Għaliex il-kont pendenti li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, qed jibqa' jintbagħat fl-indirizz indikat meta din il-persuna, m'għandha l-ebda konnessjoni mal-persuna li tgħix fl-istess indirizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kont in kwestjoni hu dovut għall-kera ta’ meters ta’ l-ilma u elettriku fil-post biswit l-indirizz tal-persuna li għamlet l-ilment lill-Onor Interpellant li madonkollu, hi wkoll eredi tas-sid tal-post.
Il-kont għadu jidher f’isem il-persuna li bħala l-inkwilin kienet il-konsumatur reġistrat tal-post in kwestjoni u dan għax qatt ma kien trasferit għal fuq is-sid minkejja li l-inkwilin telaq mill-post.
Fiċ-ċirkostanzi nissuġerixxi li l-persuna indikata mill-Onor Interpellant biex tmur l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma Hal-Luqa biex ikun jistgħu jiġu ċċarati il-kwestjonijiet dwar kontijiet pendenti rigward il-post in kwestjoni.
Investiment, Industrija u Teknoloġija għall-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-vakanza ta' chief security officerfl-EneMalta qed jintalab li persuni li japplikaw irid ikollhom esperjenza fil-managementjew inkella kors fil-management, hiex se tfisser li qed jiġu esklużi b'mod awtomatiku, dawk il-persuni li applikaw, u li filwaqt jista' m'għandhomx esperjenza fil-management, iżda għandhom esperjenza twila fil-qasam tas-sigurta'? Jekk iva, ma jidhirlux li l-mod kif ħarġet it-talba għall-applikazzjoni se toħloq diskriminazzjoni ċara bejn dawk li jistgħu jkunu eliġibbli għal din il-kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fiċ-Ċirkulari ċitata minnha, mkien ma tgħid li min m'għandux esperjenza fil-Management jew min m'għandux kors fil-Management qed jiġi skwalifikat, wisq iżjed b'mod awtomatiku.
Zvilupp ta' Smart City — Effett fuq l-industrija tal-films
Question
Fid-dawl ta' l-iżvilupp propost għal Smart City fiż-żona industrijali ta' Ricasoli, jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet ħa l-gvern fuq l-effett li dan l-iżvilupp (speċjalment matul il-perijodu ta' kostruzzjoni) jista' ikollu fuq l-industrija tal-films b'mod partikolari t-tankijiet proprjeta' tal-MFS?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif forsi innota l-Onorevoli Interpellant il-proġett ta’ SmartCity ser jiffoka kemm fuq l-ICT kif ukoll fuq il-media. Dan ta’ l-aħħar għandu jħalli impatt pożittiv ħafna fuq l-operat tal-film studios, partikolarment jekk l-istess faċilitajiet ma’ jitħallewx fit-telqa li jinsabu fihom bħalissa.
Minħabba li parti mill-iżvilupp ta' Smart City jinkludi vilel li jmissu mal-konfini tas-sit tal-MFS, jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet għamel il-gvern biex jassigura li dawn il-vilel ma jkunux ta' dannu għall-attivita' ta' ġbid ta' films li jsir fl-MFS?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-abozz tal-kuntratt approvat mill-Parlament li jistpula bl-aktar mod ċar is-servitujiet li s-sit ser ikun suġġett għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jingħata s-servizz ta' l-ilma li hu sospiż lil persuna mir-Rabat, li ismu qed jintbagħat separatament? Jarax li umanament hija inġusta li din il-familja ilha mingħajr dan is-servizz għal ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lima jirriżultax li kien hemm xi deċiżjoni minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma biex ikun sospiż is-servizz ta’ l-ilma fl-indirizz imsemmi. L-anqas m’hemm records li l-ilma ġie sospiż jew records ta’ ilmenti ta’ nuqqas ta’ servizz.
Minn spezzjoni fuq il-post irriżulta li stop cock tas-servizz qabel il-meter kien f’pożizzjoni magħluqa.
Dan issa infetaħ.