Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jibdew jaslu b'mod aktar regolari lill-konsumatur? Jaf li l-fatt li qed ikun hemm dewmien, xi kultant esaġerat, dan qed jikkawża tbatija f'ċertu familji?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-dewmien fil-qari ta' l-arloġġi ta' l-ilma u l-elettriku (u allura d-dewmien fil-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma) kien riżultat ta' diffikultajiet inizjali biex tkun introdotta sistema kompjuterizzata għal qari ta' dawn l-arloġġi. Permezz ta' din is-sistema, il-qari ta' l-arloġġ issa qed jiddaħħal direttament fuq strument żgħir li l-meter reader iżomm f'idejh. B'hekk il-qari ta' l-arloġġ jista' jiġi vverifikat fuq il-post.
Il-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħadet passi biex fix-xhur tas-sajf jiżdied il-qari tal-meters biex b'hekk is-sistema terġa tiġi għan-normal.
Konsumaturi li jkollhom diffikultajiet billi l-ħlas mitlub ikun għal-perjodu itwal minn normal jistgħu jagħmlu arranġament mal-Korporazzjoni biex il-kont ma jitħallasx f'daqqa.
Enemalta — Qtugħ fis-servizz kawża ta' kontijiet pendenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kemm kien hemm każi fejn inqata' id-dawl lil xi djar jew stabbiliment talli kienu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet? F'liema lokalitajiet kienu dawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fil-perjodu bejn Jannar '04 u Mejju '04 kien hemm madwar 412 każ ta' sospenzjoni fi djar u stabbilimenti minħabba kontijiet pendenti skond kif jidher fit-Tabella li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni għal Ġunju għada qed tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li għandha tieħu l-korporazzjoni Enemalta sa l-aħħar ta' Ġunju 2004 minħabba nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet? Jista' jgħid kemm għandu jingħata minn konsumaturi privati, kemm minn stabbilimenti turistiċi (lukandi, ristoranti, barijiet, eċċ.), kemm mill-fabbriki u minn azjendi oħra nklużi kumpanniji fejn għandu sehem l-Istat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Maltacom — Qtugħ fis-servizz kawża ta' kontijiet pendenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, x'kien l-ammont totali li jrid jitħallas minħabba kontijiet tat-telefon li ma tħallsux lill-Maltacom? Kemm kien hemm każijiet fejn inqata' it-telefon? Jista' jelenka kemm hu dovut minn konsumaturi privati, stabbilimenti turistiċi, fabbriki u minn azjendi oħra, inkluż kumpanniji fejn għandu sehem l-Istat? Jista' jagħti dawn ta' l-aħħar separatament?
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' ko-operazzjoni ma' Iżrael fil-qasam ta' l-informatika fid-dawl ta' l-avvanzi kbar li għamel dan il-pajjiż f'dan is-settur partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jiddiskuti programm ta' kooperazzjoni teknika f'dan il-qasam mal-Gvern Iżraeljan. Id-diskussjonijiet qegħdin isiru permezz ta' l-Ambaxxata Maltija għall-Iżrael.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-perijodi li fihom qed isir qari tal-meter tad-dawl u ta' l-ilma? Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-rati tal-ħlas relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-perjodi li fihom qed isir il-qari tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma bejn wieħed u ieħor ta' erba xhur.
Ir-rati tal-ħlasijiet tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma:
Rata Domestika: LM12 Dawl
LM12 Ilma
Rata Kummerċjali LM24 Dawl
LM24 Ilma
Għal aktar dettalji dwar it-tariffi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 58/99.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u book keeping? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha l-istess persuna tagħmel xogħol ta' accounts fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator finance? Kemm-il grad telgħet biex laħqet co-ordinator finance?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sejha għall-applikazzjoni talbet jew għal kwalifiċi akkademiċi jew għall-esperjenza. Din is-sejħa qatt ma qiset kwalifiċi akkademiċi bħala mandatorji għall-ħatra. Ma nistax nifhem kif l-Onorevoli Interpellanta qed titlob għal informazzjoni fuq kriterju wieħed minn ħafna li ntużaw għall-għażla.
L-impjegata konċernata ilha taħdem mal-PBS mill-14 ta' Marzu 1995.
Il-persuna konċernata ilha tagħmel xogħol fl-Accounts Department mill-14 ta' Marzu, 1995.
Il-grad tagħha kien ta' Clerk II u fl-istruttura l-ġdida tal-kumpanija qabżet grad wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS? X'kien il-grad ta' din il-persuna sal-lum u f'liema uffiċċju kienet taħdem?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sejha għall-applikazzjoni ta' Administration Coordinator talbet għall-kwalifiċi fl-amministrazzjoni jew seba' snin esperjenza f'xogħol relatat.
Il-persuna li ngħatat din il-kariga tissodisfa dawn iż-żewġ kriterji.
Il-grad tagħha kien ta' Executive Secretary fl-uffiċċji taċ-Chairman u ċ-Chief Executive. Il-persuna ilha f'dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar 17-il sena.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw fl-intervisti għall-ħatriet ta' co-ordinator finance u co-ordinator administrationfil-PBS? Kemm kienu jġorru marki kull wieħed minn dawn il-kriterji? Kemm ġabu marki l-kandidati li applikaw għal dawn iż-żewġ postijiet għal kull kriterju? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla għal dawn iż-żewġ gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator news fil-PBS? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha tagħmel xogħol ta' aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator news?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sejha għall-applikazzjoni talbet jew għal kwalifiċi akkademiċi jew għall-esperjenza. Din is-sejha qatt ma qiset kwalifiċi akkamdemiċi bħala mandatorji għall-ħatra. Il-kriterji l-oħra kienu dawk diġa msemmija fit-tweġiba 6645. Ma nistax nifhem kif l-Onorevoli Interpellanta qed titlob għal informazzjoni fuq kriterju wieħed minn ħafna li ntuzaw għall-għażla.
L-impjegata li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanta ilha taħdem max-xandir mill-1 ta' April 1987 u minn dejjem ħadmet fid-departiment ta' l-aħbarijiet. Il-grad tagħha kien ta' News Executive.
Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandu l-ħaddiem tal-PBS li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm-il sena ilu jaħdem fil-PBS u kemm ilu jagħmel xogħol fil-qasam ta' l-aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'inhu l-grad fil-PBS ta' din il-persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-sejħa għall-applikazzjoni talbet jew għal kwalifiċi akkademiċi jew għall-esperjenza. Din is-sejha qatt ma qiset kwalifiċi akkademiċi bħala mandatorji għall-ħatra. Ma nistax nifhem kif l-Onorevoli Interpellanta qed titlob għal informazzjoni fuq kriterju wieħed minn ħafna li ntużaw għall-għazla.
Il-persuna msemmija beda jaħdem max-xandir fil-15 ta' Marzu 1976, u minn dejjem għamel xogħol fit-taqsima ta' l-aħbarijiet.
Il-kariga tiegħu hija ta' Assistant Manager Current Affairs.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni li applikaw għall-ġurnalisti/news co-ordinators fil-PBS u xi kwalifiċi akkademiċi jew xi studji qed jagħmlu fil-qasam ġurnalistiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment ta' l-aħbarijiet — Persuni nkarigati biex jagħmlu l-intervisti
Question
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni mqabbda sabiex jagħmlu l-intervisti fid-dipartiment ta' l-aħbarijiet fil-PBS? Xi kwalifiċi u esperjenzi għandhom dawn il-persuni fil-qasam ġurnalistiku? Fuq liema kriterji ġew assessjati u sussegwentement magħżula mill-istess bord ta' l-għażla, il-persuni li se jibqgħu fil-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS? X'relazzjoni diretta jew mhux, kellhom dawn il-persuni maċ-ċentru ta' l-aħbarijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuni mqabbda sabiex jagħmlu l-intervisti fid-dipartiment ta' l-aħbarijiet kienu dawn:
Josef Said - HR Consultant - MISCO
Oliver Lautier - MIMCOL
Michael Gonzi - MIMCOL
Laurence Mizzi - Persuna b'esperjenza twila fil-qasam tax-xandir
Andrew Psaila - Chief Executive - PBS
Il-kriterji li fuqhom ġew magħżula l-persuni li se jibqgħu fil-Kamra ta' l-Aħbarijiet huma dawk imsemmija fit-tweġiba għal mistoqsija nru. 6645.
Dipartimenti tal-PBS — Persuni nkarigati biex jagħmlu l-intervisti
Question
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni mqabbda sabiex jagħmlu l-intervisti fid-dipartimenti kollha tal-PBS? Xi kwalifiċi u esperjenzi għandhom dawn il-persuni f'kull qasam relattiv? X'relazzjoni diretta jew mhix kellhom dawn il-persuni mad-dipartimenti konċernati fil-PBS?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration? X'kien il-grad ta' din il-persuna sal-lum u f'liema uffiċċju kienet taħdem fil-PBS?
Jista' il-Ministru jgħid min hu/hija l-manager corporate services fil-PBS u fuq liema kriterji ngħażel/ingħażlet? Min kienu l-persuni li applikaw għal dan il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min hu/hija l-manager operations fil-PBS u fuq liema kriterji ngħażel/ingħażlet? Min kienu l-persuni li applikaw għal dan il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min hu/hija l-manager programming fil-PBS u fuq liema kriterji ngħażel/ingħażlet? Min kienu l-persuni li applikaw għal dan il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min hu/hija l-manager news and registered editor fil-PBS u fuq liema kriterji ngħażel/ingħażlet? Min kienu l-persuni li applikaw għal dan il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.