Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25103 u tagħti lista ta' kumpaniji u individwi, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25102 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
OHSA – rapporti tat-terminal u l-powerstation il-ġdida
Question
Peress li skont ir-rapport annwali mħejji mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), tqabbdu konsulenti barranin biex jevalwaw ir-rapporti dwar is-sigurtà tat-Terminal u l-Power Station il-ġodda li jaħdmu bl-LNG, kif ukoll għall-proġett sħiħ ta’ Delimara u peress li sirna nafu li dawn waħedhom mhumiex biżżejjed għaliex waqt il-Public Consultation meeting li kien sar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet ingħatat garanzija minn Transport Malta li se jsir Maritime Survey dwar id-dħul u l-ħruġ tat-tankers tal-LNG fil-port, kif ukoll waqt l-operazzjonijiet tal-irmiġġ u tat-trasferiment tal-LNG minn fuq it-tankers għal ġor-Regassification Facility, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti li tqabbdu biex jagħmlu dawn ir-rapporti? Ir-rapporti tlestew u jekk le meta se jitlestew, anke fid-dawl ta’ ċertu stqarrijiet li saru riċentament dwar kemm hu avvanzat ix-xogħol fuq il-Power Station il-ġdida?
Response (DALLI, HELENA)
Fir-rigward tal-Maritime Risk Assessments, L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Fir-rigward tal-istudji relatati mat-trasferiment tal-LNG għal ġol-
Floating Storage Unit
u mbagħad għar-
Regassification Facility
infurmata li
dawn saru mill-kumpanija AECOM għan-nom tal-Electrogas Malta u qed jiġu evalwati mill-konsulent imqabbad mill-
COMAH Competent Authority
.
Peress li l-liġi hija ċara dwar min għandu jkun appunatat fuq il-bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), skont il-kompetenza u r-rappreżentazzjoni, u peress li ġie ddikjarat li l-membri huma maħtura fuq bażi personali, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-parir legali li għandha li l-bord huwa appuntat skont il-liġi hux ta’ serħan il-moħħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatra ta’ membri fuq il-Bord tal-OHSA saret skont kif maħsub fil-liġi, u dan peress li ntalbu nomini mingħand il-Ministeri responsabbli mis-saħħa u mill-affarijiet ekonomiċi fil-każ ta’ żewġ membri. Fil-każ tal-membri li jirrappreżentaw lill-imsieħba soċjali, in-nomini waslu permezz tal-MCESD. Fil-każ tac-Chairperson u tal-persuna kompetenti fis-saħħa u s-sigurtà, il-ħatriet saru direttament minni skont il-liġi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? X’jitrattaw dawn l-investigazzjonijiet? Kemm ilhom pendenti?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Wara li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) inżammulha €112,500 mill-allokazzjoni dovuta lilha mill-Gvern, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux il-ħsieb li din is-sena terġa’ titnaqqas l-allokazzjoni tagħha jew il-flus li tiġbor, hux se jiżdiedu mal-allokazzjoni tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati lill-Awtorita’ jingħataw fuq perjodu ta’ sena kalendarja. L-allokazzjoni tinqasam f’erba’ “tranches” matul is-sena. Kull darba li jasal il-perjodu tal-ħlas ta’ “tranche” jiġu miflija u verifikati kemm l-accounts u l-cash flow statement tal-Awtorita’.
Jekk ikun jirriżulta minn dawn ir-rapporti, li għal xi perjodu l-Awtorita’ m’għandhiex bzonn l-allokazzjoni kollha biex tkopri l-ispejjez tagħha, dawn il-fondi pubbliċi ma jingħatawx. Peress li s-sena li għaddiet l-Awtorita’ żiedet id-dħul tagħha ma kellhiex bzonn l-allokazzjoni kollha mill-fondi pubbliċi.
Għalkemm is-sena l-oħra inżammet l-allokazzjoni ma jfissrx li din is-sena ser ikun l-istess. Ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-allokazzjoni jkollha tiżdied. Dan il-proċess kollu jsir f’diskussjonijiet bejn l-Awtorita’, dan il-Ministeru u l-Ministeru tal-Finanzi bil-għan li fondi pubbliċi jintużaw bl-aħjar mod.
Għalhekk f’dan l-istadju mhux f’posizzjoni li ngħid x’ser isir din is-sena.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-kampanji edukattivi li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) imbarkat fuqhom fl-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn il-kampanji qed isiru mal-istudenti tal-skejjel tagħna? Kemm ġew involuti skejjel? Kemm intlaħqu studenti?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
OHSA – tnaqqis fir-rata ta’ korrimenti fuq ix-xogħol
Question
Peress li r-rapport annwali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) wera li kien hemm tnaqqis b’mod globali fir-rata ta’ korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul l-2015 iżda kien hemm żieda fin-numru ta’ fatalitajiet, apparti li kien hemm żidiet ukoll fir-rati ta’ korrimenti fis-settur tal-kostruzzjoni, tat-trasport u tal-ħażna, tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-analiżi tal-istatistika relatata mal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol turi xejra persistenti ta’ żieda fir-rati ta’ korrimenti fis-settur tal-kostruzzjoni. Fil-każ tas-settur tat-trasport u tal-ħażna, iż-żieda kienet evidenti f’sena waħda biss, fattur li ma jippermettix konkużjonijiet robusti ta’ statistika.
Għal din ir-raġuni l-OHSA iffokat u fil-fatt intensifikat il-ħidma tagħha fis-settur tal-kostruzzjoni. Apparti ż-żieda fin-numru ta’ spezzjonijiet li jsiru f’siti ta’ kostruzzjoni, l-OHSA organiżżat
seminars
u konferenzi indirizzati lejn nies li għandhom obbligi legali f’dan il-qasam, inklużi
developers
, kuntratturi u operaturi ta’ krejnijiet. Barra minn hekk, l-OHSA ppubblikat gwida biex xogħol f’bini eżistenti isir b’mod sigur u b’kontroll adekwat tar-riskji. Flimkien mal-Kamra tal-Inġiniera, l-OHSA bdiet torganiżża kors ta’ taħriġ għall- operaturi ta’ krejnijiet.
L-OHSA qed taħdem ukoll mall-Building Industry Consultative Council (BICC) biex tiġi mnedija l-iskema ta’
Skills Card
li hija intenzjonata li jkun assigurat li kull min għandu x’jaqsam mas-settur tal-kostruzzjoni jkun imħarreġ kif suppost, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà.
Infurmata li l-OHSA bdiet eżerċizzju ta’ reviżjoni tar-regolamenti relatati mas-settur tal-kostruzzjoni b’ l-iskop li jissaħħu l-miżuri li jkunu jridu jittieħdu.
Peress li r-rapport tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ma jagħti l-ebda statistika dwar kemm qed ikun hemm każijiet ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-pjanijiet, f’metodi u pjan ta’ azzjoni, sabiex tibda tinġabar din l-istatistika importanti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li biex tegħleb il-problema ta’ rappurtaġġ baxx ta’ mard fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA ħadmet flimkien mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tinħareg NI30 notification form ġdida li hi speċifika għall-mard relatat max-xogħol biex l-istess formola tkun tista tintuża kemm bħala talba għal benefiċċju taħt il-liġi dwar is-Sigurtà Soċjali, kemm bħala notifika lill-OHSA, kif ukoll għal skop ta’ ġbir ta’ statistika.
Minkejja dawn l-isforzi xort hemm nuqqas ta’ rappurtaġġ ta’ mard ikkawzat mix-xogħol kemm lil kif ukoll lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan in-nuqqas ta’ rappurtaġġ ta’ mard relatat max-xogħol mit-tobba jista’ jkun ġej minħabba diversi raġunijiet fosthom li tneħħa l-obligu legali mill-Health Act li tobba jirrappurtaw dan il-mard lill–Awtoritajiet.
L-OHSA temmen li t-triq ’il quddiem f’din il-materja hija li titkompla l-ħidma mad-Divizjoni tas-Saħħa, mat-tobba u mar-rapreżentanti tagħhom sabiex it-tobba li jkun qed jeżaminaw ħaddiem marid, japprezzaw ir-rabta bejn ix-xogħol u dik il-kondizzjoni partikulari li tkun qed tigi eżaminata. B’hekk biss inkunu nistgħu naspiraw li jizdied ir-rapurtaġġ ta’ mard ikkawzat mix-xogħol.
Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea – suġġetti ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
In vista tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kumitati tal-Unjoni Ewropea li huma relatati mas-suġġett ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol? Kemm minn dawn il-kumitati huma koperti bi preżenza ta’ uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? X’kienet l-attendenza tal-uffiċjali fuq kull kumitat?
Response (DALLI, HELENA)
Jista jingħad li hemm erbgħa tipi differenti ta’ kumitati relatati mal-Unjoni Ewropea u li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol:
1. Kumitati li l-parteċipazzjoni hija mandatorja.
Dawn jinkludu is-Senior Labour Inspectors Committee (SLIC), l-Advisory Committee for Safety and Health (ACSH) u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (EU-OSHA). L-OHSA tattendi għal-laqgħat tas-SLIC u tal-ACSH, inkluż tal-Government Group, iżda ma tattendix għal-laqgħat tal-Administrative Board tal-EU-OSHA, u tal-Focal Points.
2. Kumitati b’rappreżentanza tal-Pajjiżi Membri kollha.
L-OHSA qed tattendi għal-laqgħat tal-Working Group Enforcement u tan-National Contact Points for National Strategies. Mhux qed tattendi għal-laqgħat tal-MACHEX, tal-CHEMEX, tal-Committee of Competent Authorities and Expert Group, u tal-Working Group Knowledge Sharing Site.
3. Kumitati b’tema speċifika iżda li ma jinkludux rappreżentanza tal-Pajjiżi Membri kollha.
L-OHSA qed tattendi għal-laqgħat tal-Working Group Occupational Diseases. Peress li minn dawn il-kumitati hemm ħafna, l-OHSA ma’ offrietx li tifforma parti minn dawn il-kumitati.
4. Kumitati direttament relatati mal-Presidenza.
L-OHSA diġa hija nfurmata li bi tħejjija għall-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, hija mistennija li minn din is-sena tibda tibgħat rappreżentanti għal-laqgħat tas-SLIC Bureau, tal-ACSH Bureau, u tal-Working Group SLIC Malta Presidency.
OHSA – preparamenti għall-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea
Question
In vista tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, tista’ l-Ministru tgħid xi preparamenti qed isiru mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li apparti laqgħat b’mod regolari mad-Direttorat għall-Policy and Programme Implementation li huwa responsabbli wkoll mill-affarijiet relatati mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Presidency Team, l-OHSA diġa bdiet il-ħidma tagħha b’konnessjoni kemm mal-organiżżar ta’ laqgħat li ser jsiru f’Malta, kif ukoll in vista taċ-Chairpersons li l-OHSA ser ikollha ta’ diversi kumitati.
Sal-lum l-OHSA kisbet konferma mingħand il-Kummissjoni u mingħand l-Aġenzija Ewropea li s-
Senior Labour Inspectors Committee (SLIC) Plenary Session
u t-
Thematic Day
u l-
Good Practice Award
Ceremony ser isiru f’Malta. L-OHSA bdiet wkoll taħdidiet mal-Kumissjoni Ewropea biex tingħata l-fondi biex tkun tista torganiżża konferenza tripartitika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Barra dawn it-tlett attivitajiet kbar, l-OHSA diġa bdiet il-ħidma relatata mal-
Bureaux
tas-
SLIC
u tal-
Advisory Committee for Safety and Health (ACSH)
, li tagħhom l-OHSA ser tkun membru. L-OHSA qegħda wkoll tassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-organiżżar ta’ laqgħat tal-
Government Group
tal-ACSH, u li tiegħu l-OHSA ikollha ċ-Chairmanship.
Bi preparazzjoni għall-Presidenza, l-OHSA talbet assistenza mill-organiżżaturi ta’ attivitajiet taħt il-Presidenza Olandiża, li aċċettaw li jiltaqgħu ma’ delegazzjoni mill-OHSA u mill-Ministeru biex jagħtuhom informazzjoni ta’ natura prattika. L-OHSA bagħtet ukoll żewġ rappreżentanti għal taħriġ intensiv dwar it-tmexxija ta’ laqgħat taħt il-Presidenza.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm bejjiegħa tal-pestiċidi li għandhom il-liċenzja maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex ikunu jistgħu jinnegozjaw dawn il-prodotti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li hemm sitta u tletin (36) distributuri ċċertifikati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Kunsumatur (MCCAA) li jistgħu jbiegħu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq is-suq Malti.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24855 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24856 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24857 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24858 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-budget allokat lil Malta - EU Information Centre sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera u kemm fil-fatt kienet l-ispiża matul l-istess snin, sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljata fuq l-aspetti kollha tal-ispiża li għamel il-Malta - EU Information Centre, sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.