Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investigazzjonijiet li kellhom isiru għall-mistoqsija parlamentari numru 1687 li għamilt fil-23 ta' Novembru, 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Kummerċ, ma jirriżultax li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-prodotti msemmija, ħlief Mr.Tom peanut bars ta' 40 gramma.Il-prezz ta' dan il-prodott żdied minn barra.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3557 (Seduta Nru. 51 tat-18.01.99) kif jista' jispjega l-Ministru li din id-distanza mkejla minn perit turi 147 (mija u seba' u erbgħin) metru waqt li l-uffiċjal ta' l-Enemalta qiegħed juri distanza ta' 163 metru?
Jista' l-Ministru jindika lill-Interpellant ma' min qiegħed jieħu dan il-kejl b'diskrepanza li tista' tinvolvi lill-klijent fi spejjeż żejda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-distanza li għandha x'taqsam ma' l-estenzjoni tas-servizz ta' l-elettriku, li aċċenna għaliha l-Onorvoli Interpellant, tikkomprendi kemm il-linja kif ukoll is-'service cable'. Dawn id-distanzi huma ta' 149 metru u 14-il metru rispettivament.
Għaldaqstant id-distanza ta' 163 metri mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3557 hija korretta.
Il-Gvern kemm għandu nies deployed biex jinforzaw l-kontroll fuq tal-ħwienet li kellu jibda nhar is-26.1.1999?
X'kien ir-riżultat miksub jum b'jum, mindu beda dan il-kontrol, kważi xahar sħiħ wara li ddaħħlet il-VAT?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta' nies deployed biex jinfurzaw il-kontroll huwa bażikament l-istess li kien hemm għall-istess skop matul dawn l-aħħar sentejn meta fil-poter kien hemm Gvern Laburista u li tiegħu l-Onorevoli Interpellant kien Ministru.
Tajjeb jingħad li s-sezzjoni fejn jitħaddem il-Freephone 120, li fuqu l-konsumatur jagħmel l-ilmenti tiegħu, ġiet imsaħħa.
Bħalissa qed jiġu nvestigati kemm l-ilmenti li saru mill-konsumaturi kif ukoll xi ċaqlieq li rriżulta mill-monitoring li jsir regolarment biex kemm jista' jkun jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbużi.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3445 li saret fl-14 ta' Jannar, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998, il-Korporazzjoni Enemalta impjegat 9 linesmen.
Fil-preżent hemm 5 postijiet vakanti f'dan il-grad.
Il-proċeduri sabiex jimtlew dawn il-vakanzi inbdew.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3449 li saret fl-1 ta' Jannar, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba biex jitneħħew il-cables minn mas-sit indikat mill-Onorevoli Interpellant intlaqgħet is-sena l-oħra stess.
Il-cables reġgħu tpoġġew fil-post oriġinali tagħhom wara li tlestew ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni fuq l-imsemmi bini.
Ma jirriżultax li dawn il-cables joħolqu xi periklu u għalhekk il-Korporazzjoni ma tarax li hemm il-ħtieġa li jitneħħew.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3341, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-istħarriġ tad-Dipartiment tal-Kummerċ dwar fees minn clinics privati u spiżeriji talli tistenna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mhux il-kompitu tad-Dipartiment tal-Kummerċ kif jagħmel l-istħarriġ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza l-istallazzjoni ta' street lamp fi Triq tat-Troll, Ħaż-Żebbuġ? Jidhirlu l-Ministru li viċin dar li hemm f'din it-triq id-dlam f'din il-parti iżolata jista' jkun ta' abbuż?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-grad ta' Segretarja/Accounts Clerk ma' l-IPSE.
Dan l-impjieg sar wara li fit-12 ta' Ottubru 1998 l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kienet bagħtet żewġ applikanti biex jimtela' l-imsemmi grad.
It-talba lill-Korporazzjoni saret fil-5 ta' Ottubru 1998 wara li ebda persuna mill-MDC, METCO u MIMCOL ma' kienet applikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda fil-Malta Freeport Corporation imqassmin hekk:
Tnejn (2) fil-grad ta' Supervisor/Purchasing Officer wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-17 ta' Novembru 1998.
Tnejn (2) fil-grad ta' Mechanic wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-16 ta' Lulju 1997; u
Wieħed (1) fil-grad ta' Elec/Elect. Technician wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-17 ta' Ġunju 1997.
L-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat f'din f'din l-azjenda mingħajr ma' ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' Maltacom plc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Drydocks mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi l-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat fil-Malta Drydocks.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W8?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha kif għamlet auditing tar-riżorsi umani. Ħatriet fi gradi ġodda li huma kkontemplati fir-rapport jimtlew skond l-esiġenzi tal-korporazzjoni.