Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea — Export refunds - Cereals

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel bħal breakfast oats, cornflakes eċċ., b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Tqiq tal-ħobż

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel kif ukoll jintilfu ħafna benefiċċji ta' sussidju bħalma huma dawk li diġa' bdew jintilfu fuq it-tqiq tal-ħobż, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffi/levies ġodda kemm-il darba jkun mpurtat f'Malta minn pajjiżi li ma jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Politika komuni

Question

Peress li sabiex f'pajjiżna ndaħlu l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea jkun ifisser għall-poplu tagħna li l-ispejjeż ta' l-amministrazzjoni tal-pitkalija u tal-biċċerija li llum jissussidja l-Gvern Malti jgħaddu fuq il-konsumaturi u l-industriji lokali nkluż l-industrija tal-catering, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'impatt se jkollhom dawn il-bidliet fuq is-soċjeta u ċioe' l-familji Maltin u Għawdxin u dawk li l-għixien tagħhom jiddependi mill-benefiċċji soċjali? Peress li l-Ministru ma' jirrikonoxxix li s-sistema/regoli tal-Politika Komuni tal-Biedja ta' l-UE se jiswew lill-poplu Malti u Għawdxi aktar minn Lm600 fis-sena għall-kull household li f'pajjiżna hija kkalkulata 3.2 persuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-politika se tiswa fi spejjeż u f'taxxi diretti u indiretti? Il-Viċi Prim Ministru jassigura lill-poplu li din il-Politika Komuni tal-Biedja ta' l-UE mhux se tpoġġi lill-familji Maltin u Għawdxin fi spejjeż u f'taxxi diretti u indiretti ta' mill-inqas Lm600 fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa, anke jekk hemm bżonn permess ta' kordinazzjoni u konsultazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta, biex fuq barra ta' l-appartamenti tal-qasam tad-djar San Patrizju f'Pembroke jiġi mdawwal adegwatament peress li bid-dlam li qed ikun hemm bil-lejl qed ikun hemm il-biża' mir-residenti li dan id-dlam jiffaċilta xi atti kriminali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hijiex il-funzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar u lanqas ta' xi dipartiment ieħor tad-djar li jieħdu passi sabiex isir "street lighting" fl-oqsma tad-djar.

UE — Export refunds - Butir

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħal butir eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma jkunux fl-Unjoni Ewropea, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Sunflower oil

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħas-Sunflower Oil eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Zokkor

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħaz-zokkor, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Tax refunds - Ross eċċ

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħar-ross eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha inkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Ħalib tal-bott u trab tal-ħalib

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħal ħalib tal-bott u trab tal-ħalib eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Xogħol tal-Parlament

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru ġentilment jgħid, kemm ilu li nfetah dan il-Parlament f'din il-Leġislatura sad-9 ta' Diċembru 1999: (1) kemm-il seduta tal-Parlament saret; (2) kemm-il siegħa ltaqa' l-Parlament; (3) kemm-il mistoqsija parlamentari saret; (4) kemm-il liġi ġdida għaddiet mill-Parlament; (5) kemm-il liġi ġiet emendata tul dan il-Parlament; (6) kemm-il liġi ġdida jew emendi għal-liġi bdew jiġu diskussi u għadhom m'għaddewx mill-istadji kollha; (7) kemm-il darba ltaqa' kull kumitat permanenti tal-Kamra; u (8) kemm-il ruling ingħata mis-Sedja f'dan il-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Djar — Xgħajra - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm applikazzjonijiet ġew ippreżentati minn residenti tar-raħal tax-Xgħajra ma' l-Awtorita' tad-Djar fis-snin 1997 u 1998 u dan billi jiġu indikati ta' liema tip dawn l-applikazzjonijiet kienu u kemm minnhom ġew effettivament milqugħa u possibbilment kemm flus intnefqu fuq dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Djar — Birgu - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm applikazzjonijiet ġew ippreżentati minn residenti tal-belt tal-Birgu ma' l-Awtorita' tad-Djar fis-snin 1997 u 1998 u dan billi jiġu indikati ta' liema tip dawn l-applikazzjonijiet kienu u kemm minnhom ġew effettivament milqugħa u possibbilment kemm flus intnefqu fuq dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kollizjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ebda karozza uffiċċjali jew mikrija mill-Ministeru ma kienet involuta f'kolliżjoni mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.

Anzjani — CSAs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet ta' l-Ombudsman dwar ir-reklutaġġ u t-tqassim ta' l-assistenti soċjali każwali ma' l-anzjani se jiġu aċċettati? Meta se jidħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani diġa' beda jieħu passi sabiex jgħolli l-livell ta' kura fid-Djar ta' l-Anzjani. Fil-fatt ftit ta' ġimgħat ilu, ġew ingaġġati numru ta' Senior Care Workers biex jaħdmu f'dawn id-Djar. Id-Dipartiment, fuq rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman, dalwaqt joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-"assistant care workers" u "care workers" sabiex jaħdmu fid-Djar ta' l-Anzjani. B'hekk id-dipartiment ikun qed jassigura li jkun hemm struttura adegwata f'dawn id-Djar u anke li jkun hemm persuni kwalifikati. Bħalissa d-Dipartiment mhux qed iżid in-numru ta' CSA's imma qiegħed biss jissostitwixxi dawk li jispiċċaw.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex: (1) Isir tibjid fil-kommun; (2) issir il-manutenzjoni tal-bieb ta' barra; u (3) isir il-madum fl-entratura ta' Block B tal-Palazz l-Aħmar, Bini tal-Gvern, Santa Venera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Vetturi impressed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11821 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'inhu n-numru ta' nies impjegati bħala impressed mal-Gvern? Kemm hemm vetturi li huma kkalkolati bħala impressed? Kemm intuża fuel, petrol u diesel matul dawn l-ewwel 11-il xahar? X'kontrolli hemm biex jiġi żgurat li jintuża biss dak il-fuel li jkun hemm bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-informazzjoni li għandu dan il-Ministeru, fl-aħħar ta' Ottubru ta' l-1998, kien hemm seba' mija u erbgħa u għoxrin (724) vettura impressed bis-sewwieq f'numru ta' Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll f'numru ta' organiżżazzjonijiet parastatali. M'hux il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jżomm record dwar kemm intuża "fuel". Il-"fuel" li jinħareġ lil dawn l-"impressed drivers" jiddependi mid-daqs tal-magna tal-vettura u mill-ammont ta' mili li tkun għamlet il-vettura għal vjaġġi uffiċċjali. Kull "impressed driver" huwa obbligat li jżomm "log-book" li fuqu jiġi rreġistrat kull vjaġġ li jsir u li jiġi ffirmat mill-uffiċċjal li jkun qed jinqeda'.

Impjiegi — Labourers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnentari numru 9377 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema labourers li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa li kienu jaħdmu mal-Bank Of Valletta u li fl-1998 ġew maqlubin ma' l-awżiljarji, u li l-grad tagħhom minn dak inhar sal-lum kien u baqa' B (General hand), jekk wara dan iż-żmien kollu humiex intitolati li jogħlew fil-grad tagħhom? Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex jikkonsidra li dawn jingħataw promozzjonijiet sew bħala rikonoxximent wara dan iż-żmien kollu ta'servizz, u sew biex dawn sa fl-aħħar itejbu l-pożizjoni tagħhom u tal-familja tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-impjegati tal-Gvern, inkluż dik il-kategorija ta' mpjegati msemmija mill-Onor. Membru, huma r-responsabbilta' tal-'Management and Personnel Office' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-każ ta' housing ta' koppja anzjana li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament jingħata attenzjoni meħtieġa peress li l-koppja li qed nirriferi għaliha ilha applikata biex tbiddel ir-residenza tagħha, peress li hija kbira ħafna, mill-1994 barra l-fatt li din il-koppja jbatu minn mard serju, liema mard ma jippermettilhomx jgħixu f'dar ta' dak il-kobor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata.

ETC — Is-Sur Laurenti/Is-Sur Camilleri

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta': (1) Mr R. Laurenti ma' l-ETC li l-kuntratt tiegħu ġie tterminat b'effett mill-1 ta' Jannar 2000; u (2) is-CEO designate (Mr John Camilleri)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi Seduta oħra.