Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13717 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10816?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11148 li ingħatat f'Seduta 180.
Leg 9 PQ #13718 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat minn mindu ġie maħtur il-kunsill tal-Malta Racing Club mis-sena li għaddiet sal-lum? Meta saru dawn il-laqgħat? X'attendenza kien hemm ta' kull membru ta' l-istess kunsill?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-ġimgħa 11 ta' Frar 2000 saru 21 laqgħa mill-kunsill tal-Malta Racing Club. Dawn il-laqgħat isiru regolarment kull ġimgħa. Informat ukoll li f'kull laqgħa kien hemm biżżejjed attendenza sabiex jintlaħaq quorum u ssir il-laqgħa.
Leg 9 PQ #13776 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Maintenance grants

Question

Mindu twaqqaf il-bord li qed jieħu ħsieb il-maintenance grants ta' l-istudenti post-sekondarji u teżjarji kemm-il darba ltaqa'? Kemm iddeċieda dwar każijiet li kellu quddiemu b'talbiet minn studenti għal xi forma jew oħra ta' għajnuna? B'liema ammont ta' flus? Kemm għandu applikazzjonijiet pendenti quddiemu minn studenti? Meta qed jaħseb li jkun ikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13789 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żabbar — Librerija Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-librerija pubblika f'Ħaż-Żabbar qabel din għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-kunsill lokali, bħal per eżempju, numru ta' kotba għat-tfal, għall-kbar, b'liema lingwi u informazzjoni ta' interess għal pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qabel ma' l-Librerija Pubblika f'Ħaż-Żabbar għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-Kunsill Lokali, kien hemm 4463 ktieb li minnhom 2755 kienu kotba għall-adulti u 1708 kotba għat-tfal. Dawn il-kotba kienu bil-Malti, Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż. L-ammonti ta' kotba b'kull ilsien imsemmi kienu kif ġej: Malti - 1578 Ingliż - 2847 Franċiż - 25 Taljan - 10 Ġermaniż - 3 Informat ukoll li s-self ta' kotba minn din il-librerija fl-1999 laħħaq l-14,179, jiġifieri żieda ta' 3479 ktieb fuq l-1998. Fl-aħħarnett informat li bħalissa fil-librerija ta' Ħaż-Żabbar qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex din tiġi kompjuterizzata. Il-hardware diġa' ġie nstallat u qed tiddaħħal l-informazzjoni bibljografika tal-materjal kollu li hemm fil-librerija sabiex jiġi kompilat katalogu elettroniku.
Leg 9 PQ #13811 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Kulturali — Kontribuzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11934 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1999 u li għadu ma tax tweġiba għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11934 li ingħatat f'Seduta 216.
Leg 9 PQ #13838 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola tar-restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola tar-restawr? Jista' jgħid kemm kien hemm applikanti biex jidħlu f'din l-iskola? Jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-istudenti li hemm illum? Jista' jgħid kemm hemm għalliema fl-istess skola? Kemm kien hemm applikanti biex jgħallmu f'din l-iskola? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-għalliema li hemm illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlametari 11107, 10965, 10416, 11565 u 11541, informat ukoll li bħalissa hemm:- a) 16-il studenti isegwu l-kors ta' 4 snin li jwassal għad-degree fil-Conservation and Restoration Studies b) 60 studenti li qegħdin jagħmlu l-kors preparatorju għall-eżamijiet tad-dħul li jmiss. Kull min applika għall-kors preparatorju kien aċċettat.
Leg 9 PQ #13839 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet pregnant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija, skond l-iSchoolgirl Mother's Unit huwa n-numru ta' dawk li għamlu kuntatt jew li ġew riferuti għal din il-Unit. In-numru ta' studenti taħt is-16-il sena huwa ta' 10; In-numru ta' studenti li jattendu skejjel Post-Sekondarji bejn is-16-il sena u t-18-il sena huwa ta' 6; In-numru ta' tfajliet bejn is-16-il sena u t-18-il sena li waqfu mill-iskola jew mix-xogħol huwa ta' 22.
Leg 9 PQ #13871 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Peress li ftit ilu l-Ministru qal li beda l-proġett tal-kumpless sportiv fil-Kottonera, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li d-disinn finali lanqas għadu wasal fuq il-mejda tiegħi m'hinix f'pożizzjoni inpoġġi d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12894 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għallieam barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teachers barranin jaħdmu mal-gvern illum? X'suġġetti jgħallmu u minn liema pajjiżi huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm tnax-il barrani li qed jgħallmu fi skejjel ta' l-Istat. Dawn il-barranin huma tan-nazzjonalita`, u jgħallmu s-suġġetti, kif indikati hawn taħt: Nazzjonalita` Suġġett Awstraljana Matematika Ingliż GSK Operational Safety Ingliża Vuċi Taljana Arpa Czeck Computer Niġerjan Ġjografija Amerikan Ġermaniż Ġordaniż Matematika Tuneżin Franċiż Taljan Pjanu, Chamber Music Ingliż Computer Inżliż Nautical Studies
Leg 9 PQ #13165 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni matul l-1998 u l-1999 huwa 293 u 313 rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13170 li saret lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #13547 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa qegħdin jaħdmu f'xi dipartiment/uffiċċju governattiv u mhux qed jagħmlu x-xogħol tagħhom ta' għalliema? F'liema dipartimenti qegħdin? X'xogħol qegħdin jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' Għalliema li bħal issa qegħdin jaħdmu f'xi Dipartiment/Uffiċċju governattiv u mhux qed jagħmlu x-xogħol tagħhom ta' Għalliema hu kif ġej: Ministry of Foreign Affairs 1 Kap ta' Skola Malta University Services Ltd 1 Kap ta' Skola Ministry of Tourism 1 Kap ta' Skola Public Library 1 Asst Kap ta' Skola u 5 għalliema Ministry of Health 1 Asst Kap ta' Skola Ministry of Transport 1 Asst Kap ta' Skola Ministry for Gozo 1 Għalliem National Comm. for Persons with Disability 1 Għalliem Institute of Tourism 1 Għalliem European Union Directorate 1 Għalliem Department of Agriculture/Gozo Civil Abbatoir 1 Għalliem Museums Department 1 Għalliem Minsitry of Public Works 1 Għalliem u 1 P/T Instructor Dipartment of Health (Għadira Nature Reserve) 1 Għalliem Society of Arts, Manufacture and 1 Għalliem u Commerce 1 Instructress Minsitry of Home Affairs 1 Għalliem Prisons Department 2 Għalliema Santu Spirtu National Archives 1 Għalliem Education Division 1 Għalliem Secondary Schools 1 Għalliem u 1 Instructress Primary Schools 2 Għalliema Informat ukoll li barra minn hekk hemm sitt Għalliema fil-Multimedia Education and Broadcasting Centre li qed jagħmlu xogħol marbut mat-tagħlim u xandir edukattiv u jaħdmu office hours bħala Teacher Producers.
Leg 9 PQ #13654 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Deck hands

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12661, ma jaħsibx il-Ministru li tliet aquatic facility operators (deck hands) huma ftit biex ikopru x-xogħol neċessarju ma' l-għawwiema li jużaw il-pixxina nazzjonali? Meta se jiġu mpjegati oħrajn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Pixxina huwa konxju tal-fatt inqanqal mill-Onor. Membru u qiegħed jikkunsidra kif jista' jżid in-numru ta' dawn l-impjegati.
Leg 9 PQ #11945 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien u bniet ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, minn Marzu 1999 sa l-aħħar tas-sena skolastika 1998-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12096 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju li fallew l-iskola għal perijodu ta' aktar minn 15-il jum minn meta b'diet s-sena skolastika 1999/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li fallew l-iskola għal perjodu ta' aktar minn 15-il ġurnata minn meta bdiet is-sena skolastika sa Diċembru '99 kienu: Primarja 243 Sekondarja 1100 Snajja' 246
Leg 9 PQ #12484 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn jingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' ħaddiema li ġew impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul il-perjodu ndikat mill-Onor. Membru huwa kif se nsemmi: Teacher (Awaiting Appointment) - 231 Tempory Teacher - 10 Supply Teacher - 65 Supply Kindergarten Assistant - 174 Skrivani Part-Time - 17 Casual Cleaner - 43 Dawn ġew impjegati b'riżultat ta' sejħiet għal applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #13114 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Community Council

Question

Jista' l-Ministru jilqa' t-talba li għamillu l-Maltese Community Council of NSW Inc. permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Settembru, 1999 biex jingħataw għajnuna ta' kotba, dizzjunarji u materjal edukattiv ieħor li huma indispensabbli għalihom għal programmi edukattivi li għandhom biex ixerrdu t-tagħlim u l-kultura Maltija? Meta se jilqa' din it-talba? X'għajnuna se tintbagħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Maltese Community Council of NSW Inc. ingħatat kopji tal-kotba kollha tal-Malti li qed jintużaw fil-preżent fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat. Barra minn hekk, ġew mogħtija wkoll kopji ta' cassettes li jgħinu sabiex jiġi mgħallem il-Malti mitkellem u letteratura dwar il-kultura Maltija. Ta' min wieħed isemmi li l-Gvern tant ħa bis-serjeta` l-kawża ta' l-emigranti Maltin li waqqaf Roots Programme biex tiġi mħarsa l-kultura Maltija fost il-Maltin emigranti tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni. Permezz tar-Roots Programme ġie imwaqqfa website, ġiet ikkuntattjata l-Community Language School fi NSW biex tintalab direzzjoni dwar il-livell ta' l-istudenti li jistgħu jiġu ndirizzati permezz ta' mezzi ta' tagħlim diġitali u qed jiġi mħejji video feature dwar il-karattru modern urban Malti. Barra minn dan, qed jiġi studjat ukoll kif jistgħu jiġu mgħallma l-Malti u l-kultura Maltija minn Malta permezz ta' long distance learning.
Leg 9 PQ #13213 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq - Pjanċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manuntezjoni tal-pjanċi li jgħattu l-passaġġi li jinsabu fuq barra fl-iskola tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi, minn fejn jgħaddu t-tfal għal klassijiet, minħabba li dawn huma imtaqqbin, bil-konsegwenza li meta tkun ix-xita, it-tfal jixxarrbu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tfassal pjan ta' xogħol ta' manutenzjoni estensiv fil-Liċeo Vassalli, Ħandaq li se jibda jitwettaq fil-futur qrib. Ix-xogħol li għalih irreferiet l-Onor. Membru huwa inkluż fl-imsemmi pjan.
Leg 9 PQ #13300 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti/għalliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm għandu għalliema u kemm studenti qed isegwu l-istess lingwi fil-livell sekondarju f'dawn is-suġġetti: (a) Taljan; (b) Franċiż; (ċ) Spanjol; (d) Ġermaniż; (e) Russu; u (d) lingwi (oħra jekk jeżistu)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-settur Sekondarju in-numru ta' għalliema u studenti li qed jgħallmu u jitgħallmu l-lingwi indikati huma: LINGWA GĦALLIEMA STUDENTI Taljan 117 11013 Franċiż 75 6312 Spanjol 17 681 Tedesk 28 1722 Russu 1 9 Lingwa oħra (Għarbi) 3 13 Qed nikkonsidra miżuri biex is-sitwazzjoni tat-tagħlim tal-lingwi barranin jitjieb.
Leg 9 PQ #13403 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Latin/Grieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jikkonsidrax li jerġgħu jiddaħħlu s-suġġetti klassiċi fil-livell sekondarju, bħalma huma l-latin u l-grieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif hemm imfisser f'paġna 82 tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, il-mira hija li flimkien mat-tisħiħ ta' l-ilsna Ewropej ikun hemm studju ta' lingwi oħra, skond il-ħtieġa u t-talba għalihom.
Leg 9 PQ #13452 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, ta'kemm tfal għamlu l-eżamijiet għal Junior Lyceum u kemm minnhom għaddew mis-sena 1990 sas-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tar-Rapport ta' l-Eżamijiet għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tal-Junior Lyceum jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti sena wara sena. Din is-sena t-tagħrif mitlub jinsab f'paġna 13 tar-Rapport tal-'Junior Lyceum' 1999.