Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4081 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif wara ħafna lmenti, mill-Club tal-Boċċi ta' Bormla, fl-inħawi ta' Triq il-Mitħna, fuq ħsarat ta' bozoz u applikazzjonijiet għal bozoz ġodda, għadu ma sar xejn? Peress li dan il-post jinsab fi dlam u qed ikun ta' abbuż u serq, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ? X'kienet ir-raġuni li damu daqshekk biex isir id-dawl neċessarju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #4084 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Chairman

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3632, jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel dan l-eżerċizzju? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhuma l-miri ta' dan l-eżerċizzju?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-eżerċizzju li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant qed isir mill-Kabinet. Huwa l-għan ta' dan l-eżerċizzju li r-remunerazzjoni taċ-Chairman tkun relatata mar-responsabbiltajiet li tali karigi jesiġu.
Leg 9 PQ #4116 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri attwali tal-bord tad-diretturi ta' l-Enemalta, MIMCOL, METCO, MOBC u l-MDC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-membri tal-boards tal-METCO u l-MOBC huma l-istess li kienu fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Il-membri tal-boards l-oħra huma dawn: ENEMALTA : Prof. Robert Ghirlando (Chairman); Prof. Joseph Falzon, Dr. Austin Bencini, Sur Arthur Ciantar, Sur Simon Vella, Sur Manuel Borda, Sinjura Marcel Delicata, Sur Eucharist Mizzi u Sur Alfred Debono (Direttur-Ħaddiem) MIMCOL/MGI : Sur Ivan Falzon (Chairman; Sur Tonio Zarb, Sur Michael Mercieca, Sur Tonio Portughese u Dr. Micahel Tanti Dougall LL.D MDC : Sur Francis Vassallo (Chairman); Sur Patrick Catania, Sur Hemry Borg, Sinjura Helga Ellul, Sur Albert Friggieri, Sur Vincent Galea, Sur Louis Farrugia, Sur Joe Portelli, ġsur Joe Caruana Curran u Sur Lawrence Borg.
Leg 9 PQ #4118 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Permessi għall-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy attwali ta' l-Enemalta dwar ħruġ ta' permessi għall-pompi ġodda tal-petrol? Huwa minnu li ngħata permess għall-pompa ġdida tal-petrol fil-limiti tan-Naxxar fejn fil-preżent hemm biss car wash? Jista' l-Ministru jinvestiga allegazzjonijiet li d-driver ta' ministru kien involut f'dan l-arranġament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy atttwali hija l-istess waħda li kien hemm qabel Settembru 1998. Jiena nfurmat li fil-każ li għalih qed issir referenza, ma nħareġ l-ebda permess ġdid. Li sar kien li ġie trasferit permess minn pompa ġa' eżistenti f'lokalita oħra għall-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dan il-permess inħareġ fi żmien li l-Enemalta kienet tifforma parti mid-dekasteru ta' l-Onorevoli Interpellant meta kien Ministru. Dan it-trasferiment sar skond il-provvedimenti ta' paragrafu 'I' tal-ftehim dwar il-Petrol Stations iffirmat fit-18 ta' MArzu 1997 bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-GRTU. Jiena nfurmat ukoll li f'dan it-trasferiment minbarra l-Korporazzjoni, hemm involuta l-kumpanija li ser topera din il-pompa. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux kompitu tiegħi li nidentifika min ikollu transazzjonijiet kummerċjali mal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #4119 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord il-ġdid ta' l-Enemalta huwiex se jimxi fuq il-pjan ta' ħidma taċ-chief executive tal-korporazzjoni jew jekk dan il-pjan huwiex se jiġi mwarrab għax kien tfassal taħt Amministrazzjoni Laburista? Min huwa s-segretarju tal-bord ta' l-Enemalta? Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapport li deher fil-ġurnal "KullĦadd" li allega mbuttaturi politiċi għal mili ta' ċerti postijiet vakanti fl-Enemalta, fosthom dawk ta' technical officers? Il-postijiet se jimtlew skond il-proċedura stabilita?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bord il-ġdid ta' l-Enemalta, bħalissa qed ifassal programm ta' ħidma u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk huwiex ser jimxi fuq il-pjan imsemmi. Fil-preżent is-Sur Nunzio Darmanin qed jokkupa l-kariga ta' Acting Secretary. Ma jirriżultalix li hemm xi mbuttatturi politiċi għall-mili ta' ċerti vakanzi fl-Enemalta kif allega l-imsemmi ġurnal. Mili ta' vakanzi jsir skond il-proċedura stabbilita.
Leg 9 PQ #4120 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport Corporation — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi żgurat li diriġenti tal-Freeport ma jkollhomx konflitt ta' interess fl-għoti ta' kuntratti tal-manutenzjoni tal-krejnijiet fil-Freeport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-krejnijiet issir mill-Freeport stess u għalhekk ma narax kif id-diriġenti ta' din il-Korporazzjoni jista' jkollhom konflitt ta' interess.
Leg 9 PQ #4137 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istock ta' bozoz li għandha maħżun l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent l-Enemalta għandha maħżun dan l-istock ta' bozoz huwa ta' 29,010

Malta Shipbuilding — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Shipbuilding mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-ażjenda msemmija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #3184 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Vjal Ewropa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi int u dieħel Santa Luċija fi Vjal Ewropa, Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3185 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Tal-Barrani - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi int u ħiereġ minn Santa Luċija fi Triq tal-Barrani, Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3186 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Vjal l-Oleandri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi int u ħiereġ minn Santa Luċija fi Vjal l-Oleandri f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3187 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Junior Lyceum - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi int u dieħel jew ħiereġ minn Santa Luċija ħdejn il-Junior Lyceum ta' Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3188 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucija — Triq Begonia - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Begonia, c/w Vjal Oleandri f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3189 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Trejqet ta' Garnaw - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tliet lampi fi Trejqet ta' Garnaw f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Xogħlijiet fuq mains

Question

Jista' l-Ministru jara x'passi ġew meħuda fil-konfront tax-xogħlijiet fuq il-mains/servizzi ta' l-ilma fil-bini tal-gvern f'Ħal Għaxaq (il-flats) f'Ħal Dmikki wara l-informazzjoni li huma għaddew lill-Water Services Corporation minħabba x-xogħol ħażin li sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport dwar xogħol ħażin f'Ħal Dminki. Jekk l-Onorevoli Interpellant huwa f'pożizzjoni li jagħti aktar dettalji, l-Korporazzjoni tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #4001 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Pilot trainees

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġgħu ħarġu l-applikazzjonijiet għal post ta' pilot trainees ma' l-Airmalta wara biss ħames ġimgħat li għalqet l-applikazzjoni preċedenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex tneħħa s-suġġett tal-Malti minn suġġett obbligatorju u għaliex l-Advanced Level m'għadux irid ikun suġġett tax-xjenza? Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx pproċessati l-ewwel applikazzjonijiet li saru f'Diċembru ta' l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tibdil li ġie introdott fil-kwalifiki meħtieġa, skond l-aħħar sejħa għall-applikazzjoni għal Pilot Trainees, kien kawżat mill-fatt li, a bażi tal-kwalifiki li kienu mitluba qabel, kien jidher li xi applikanti li kien jidhru li għandhom il-kwalifiki tekniċi setgħu jonqsu milli jikkwalifikaw minħabba l-istrettezza tal-kwalifiki akkademiċi mitluba u li l-Kumpanija tħoss li huma anqas relevanti fil-qasam tax-xogħol ta' membru tal-Cockpit Crew. F'dan ir-rigward nista ngħid li n-numru ta' applikanti skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Diċembru 1998 u li kienu jidhru li jikkwalifikaw ma kienx ser ikun biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-Kumpanija u għalhekk ħarġet it-tieni sejħa li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant. It-tieni sejħa għal applikazzjonijiet kellha fiha l-istess kwalifiki tekniċi li l-kumpanija kienet qed titlob qabel.
Leg 9 PQ #4014 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chief executive jew l-acting chief executive ta' l-MIA? Jista' jgħid ukoll kemm qed jitħallas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-MIA m'għandhiex Chief Executive. L-aħħar Chief Executive li kien hemm irreżenja fit-22 ta' Lulju 1998. F'din l-assenza, d-doveri jassumihom iċ-Chairman. Hekk għamel iċ-Chairman ta' dak iż-żmien, is-Sur Eric Fenech Pace, li kellu salarju ta' Lm18,000, wara d-data msemmija. Iċ-Chairman preżenti, li qed jaqdi wkoll id-doveri ta' Chief Executive, għandu salarju ta' Lm12,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #4028 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — VIP Arrival Lounge

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurnalista tan-"Nazzjon Tagħna" li ismu qed jintbagħat separatament ġie mġiegħel jgħaddi u jagħmel użu mill-VIP arrival lounge ta' l-airport tal-Gudja flimkien ma' persuna oħra meta wasal mat-titjira BA 6938 tal-Bristish Airways fis-7.30 p.m. minn Gatwich nhar is-7 ta' Jannar, 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ġurnalist ta' 'In-Nazzjon Tagħna' u l-persuna l-oħra li għaliha saret referenza, fid-data msemmija għaddew mill-Gerolamo Cassar VIP Lounge tal-Malta International Airport peress li kienu l-mistednin ta' membru tal-La Valette Club. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf li kull membru tal-La Valette Club għandu d-dritt jitlob li xi mistieden jew mistednin tiegħu jgħaddi mill-VIP Lounge fi tluq jew wasla fl-ajruport.

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-1 ta' Diċembru sal-lum? Ta' liema kategorija kienu dawn il-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.