Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie mħabbar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-provvista tal-LNG f'pajjiżna sa Mejju 2027?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li ninsab infurmata li l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih u li kien iffirmat wara proċess kompetittiv, huwa kuntrat li jsegwi prattiċi internazzjonali f’kuntratti ta’ dan it-tip. Fil-fatt, il-kumpanija inkwistjoni għamlet pubbliku wkoll fuq l-internet kuntratt standard, MSPA, li huwa simili għall-ftehim li għamlet l-Enemalta. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Enemalta li tagħti iktar dettalji. Fl-istess ħin, ninsab infurmata wkoll li kwalunkwe informazzjoni addizzjonali ta’ natura kummerċjalment sensittiva tippreġudika proċessi kompetittivi oħra li se jkunu qed isiru fil-futur.
Intant, nieħu l-okkażjoni biex infakkar li għall-kuntrarju tal-impressjoni li provat tagħti l-Oppożizzjoni l-prezzijiet għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin se jibqgħu stabbli kif kienu taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista fl-aħħar snin. U dan filwaqt li f’pajjiżi oħra dawn il-prezzijiet żdiedu u komplew jiżdiedu.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tal-Kumitat tal-Infurzar appuntati a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Kumitat ta’ Infurzar a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 għadom ma ġewx maħtura. Il-ħatra għandha ssir fiż-zmien li ġej. A tenur tal-paragrafu 3 ta’ l-imsemmi Artikolu 5, il-ħatra tal-membri ta’ l-imsemmi Kumitat għandha tkun għall-perjodu ta’ tlett snin.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Is-Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi - Sewqan perikoluż - Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità jwettqu rondi regolari fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi, u dawn ir-rondi ser jibqgħu jsiru b’mod kontinwu. L-għan tagħhom huwa mhux biss li jrażżnu s-sewqan perikoluż, iżda wkoll li jiżguraw li jiġi evitat kull ksur tal-liġi.
Is-Siġġiewi - Triq Ta’ Brandin - Sewqan perikoluż – Miżuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità jwettqu rondi regolari fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi, u dawn ir-rondi ser jibqgħu jsiru b’mod kontinwu. L-għan tagħhom huwa mhux biss li jrażżnu s-sewqan perikoluż, iżda wkoll li jiżguraw li jiġi evitat kull ksur tal-liġi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid kemm hi l-ispiża li saret ta’ manutenzjoni u għassa fuq il-pedestrian bridge tal-Marsa-Ħamrun Bypass?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minn meta nbidel il-fornitur tal-call centre għall-persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tad-dijabete, li issa għadda direttament taħt il-Ministeru, dawn il-persuni qegħdin jirċievu telefonati minn ħaddiema fejn qegħdin jiġu mistoqsija jekk jixtiqux jinqatgħu mil-lista minflok ma baqa’ jingħata s-servizz kif kien jingħata qabel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-Sistema tal-Continuous Glucose Monitoring hija ddisinjata b'tali mod illi tagħti notifika fuq il-mowbajl tal-persuni li jużaw din is-sistema meta iz-zokkor tagħhom ikun baxx jew ogħli u jridu jieħdu azzjoni biex jikkoreġu l-livell taz-zokkor taghħom. Is-sistema għandha funzjoni illi dak li jkun jista' jinnomina lil xi ħadd ieħor (eż. ġenitur, qraba eċċ) biex ukoll jirċievu notifika fuq il-mowbajl tagħhom.
Is-servizz tal-monitoraġġ min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa huwa mod ieħor kif wieħed jista' jkun moħħu mistrieħ li hemm xi ħadd ieħor li jista' jinnotifikagħhom meta z-zokkor ikun baxx jew ogħli permezz ta' SMS u/jew telefonata fejn ikun hemm bżonn, apparti in-notifika fuq il-mowbajl taghħom. Mhux kulħadd ikun iridu dan is-servizz għax is-sistema tas-CGM hija ddisinjata li l-persuni jkunu independenti. Għalhekk, filwaqt li dan is-servizz dalwaqt se jaqa' f'idejn id-dipartiment tas-saħħa, infurmat li lil dawn in-nies qed jistaqsuhom jekk jixtiequx jużaw dan is-servizz jew le, u nħallu lilhom jiddeċiedu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35865, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta kull kunsill lokali organizza laqgħat mal-Pulizija dwar il-lokalità f'dawn l-aħħar sentejn, u jipprovdi dati separati għal kull kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35863 u jgħid meta se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-promozzjonijiet fir-rank ta’ lieutenant, kaptan u maġġur li ġew deċiżi mill-aħħar Bord tal-Inġustizzji?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35848 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fin-Naxxar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li l-applikant issottometta d-dokumenti kollha meħtieġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qed tiġi vvetjata u l-applikant jiġi mgħarraf mill-Awtorità tal-Artijiet bl-iżviluppi meta jsir il-proċess meħtieġ.
Ħal Qormi – Triq George Mifsud Chircop - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq George Mifsud Chircop, Ħal Qormi, hux se tiġi rranġata peress li tinsab fi stat ħażin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta' qisien li jrid ikollu cat cafè u x'inhu mistenni li jkun hemm qabel jinfetaħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, skont il-linji gwida tal-Iskema ta’ Sapport għall-Kunsilli Lokali għat-Twaqqif ta’ Spazji Rikreattivi Miftuħa, Żoni ta’ Logħob Sensorjali u Green Pockets li jinkludu Dog Parks u Cat Cafès 2026, is-sit propost għandu jkun ta’ mill-inqas 1,500 metru kwadru, li minnhom 80 % jintuża għal landscaping u pajsaġġ u mhux aktar minn 20 % għall-cat cafè. Il-cat cafè nnifsu m’għandux qisien fissi iżda jrid ikun fi proporzjon ma’ dan l-20 % u għandu jinżamm segregat b’mod ċar miż-żona tal-ġnien. Qabel ma cat cafè jinfetaħ, il-Kunsill Lokali jrid jissottometti pjanta tas-sit iffirmata minn perit (skala 1:5000), jikseb il-permessi regolatorji kollha meħtieġa, jipprovdi prova ta’ sjieda jew dritt ta’ użu tal-art, u jkollu stima finanzjarja dettaljata. L-applikazzjoni tibqa’ pendenti għal disa’ xhur sakemm jinkisbu l-permessi, u l-ftehim jiġi ffirmat biss meta jiġu ppreżentati kollha.