Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tas-27 ta' Novembru 1999, lill-Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad u jaħdmu fl-istess ħin, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'dawn l-aħħar ħames snin in-numri ta' nies li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħda kien imqassam hekk:
Sena 1995 - 533
Sena 1996 - 651
Sena 1997 - 537
Sena 1998 - 275
Jan - Set 1999 - 278
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fil-preżent ma jżommx statistika dwar dawk il-persuni li jitwaqqfilhom il-Benefiċċju jew l-Għajnuna għal Disimpjieg għax ikunu nqabdu jaħdmu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex ir-Requisition Order No. 0048/94 maħruġ fis-16 ta' Marzu, 1994 jitneħħa minħabba li huwa lampanti u llum m'għadx hemm loku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi r-rekwiżizzjoni titneħħa meta jiġi aċċertat li l-inkwilina qed toqgħod fil-post regolarment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti mill-5 ta' Settembru 'l hawn u x'kienu d-dati ta' meta ltaqgħu? B'riferenza għar-riżoluzzjoni maħruġa waqt il-konferenza ġenerali annwali ta' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-budget li jmiss hux se jilqa' t-talba ta' l-għaqda fejn dawn talbu li: "jibdew diskussjonijiet minnufih sabiex pensjonati jieħdu ż-żidied li jistħoqqilhom wara l-ftehim kollettiv għas-Servizz Pubbliku"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-5 ta' Settembru 1998 sallum saru erba' laqgħat li fihom ġew diskussi diversi suġġetti ta' interess għal Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti. Isiru ħafna talbiet lil dan il-Ministeru. Dawn jiġu evalwati fid-dawl tal-prijoritajiet u l-eżiġenzi tal-pajjiż.
B'riferenza għall-iskemi tax-xiri ta' appartamenti tal-gvern bi prezz sussidjat li kienu jsiru fis-snin tmenin u li għad għandhom il-kondizzjoni li s-sussidju jiġi ritornat lill-gvern mill-benefiċċjarji mingħajr l-ebda kondizzjoni ta' żmien ċioe' jittrasferuh meta jittrasferuh u mhux sa ċertu żmien, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar dawn l-ammonti ta' sussidju fis-sens li jekk jgħaddi ċertu perijodu ta' żmien ma jkunx hemm l-obbligu li jiġu refunded lill-Gvern bħalma jsir fi skemi oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tonora l-kundizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat bejnha u l-benefiċjarji.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 10059 jistgħu jingħataw l-indirizzi ta' l-entraturi li fihom jistgħu jiġu nstallati lifts fil-Belt u fil-Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lifts jistgħu jiġu nstallati f'dawn l-indirizzi:
VALLETTA
Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 1
Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 2
Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 3
125 Triq San Pawl
131 Triq San Pawl
77 Triq Santa Luċija
Proġett ta' Bieb il-Belt Triq il-Kavalier San Gwann Door 1
88 Triq il-Merkanti
80 Triq il-Merkanti
Sorijiet ta' l-Ursolini Triq Marsamxett
Blk 4 Triq Marsamxett
4 Triq il-Punent
Door 1 Triq ir-Repubblika City Gate
Door 2 Triq ir-Repubblika City Gate
Door 3 Triq ir-Repubblika City Gate
197B Triq ir-Repubblika
Door 1 Triq Pope Pius V
Door 2 Triq Pope Pius V
Door 3 Triq Pope Pius V
80 Triq San Nikola
FURJANA
Blk 5 Triq il-Fosos
Blk 6 Triq il-Fosos
Blk 7 Triq il-Fosos
Blk 8 Triq il-Fosos
43 Triq il-Miratur
18 Triq Sant'Anna
La Vallette Flats Triq Vilhena
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10770 jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistru tal-qgħad xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn fil-ħames kategoriji li semma huwa stess fit-tweġiba tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking bay ta' persuna b'diżabilita' li d-dettalji tagħha, flimkien ma' l-informazzjoni kollha relatata qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizz ta' "Reserved Parking" lill-persuna indikata għaddiet mill-proċess kollu biex tingħata. Biss, wara konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-post konċernat, ġie deċiż li dan l-applikant jerġa jiġi eżaminat minn bord mediku. Diġa ttieħdu l-passi neċessarji biex din id-deċiżjoni tiġi implimentata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tat-22 ta' Settembru, 1999 lill Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tlabt lill-Awtorita' tad-Djar biex jikkonsidraw it-talba ta' l-inkwilini.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru. 6B Binja Ġebel id-Dwejra, Mtarfa l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tat-28 ta' Marzu, 1999?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra Mtarfa, l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tal-31 ta' Mejju, 1999 lill-Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk familja li tinkludi persuna b'diżabilita', bi problema ta'mobilita' reġistrata, tapplika għal Skema V ta'l-Awtorita' tad-Djar peress li toqgħod f'binja tal-gvern? Tista' din il-familja tapplika u tibbenefika mill-Iskema Numru 7 għar-raġuni li l-fond tal-familja jkun inxtara mill-istess familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt Skema 7 jista japplika.
Skema V ġiet estiża għal dawk il-familji li joqgħodu fi Blokki/Entraturi tal-Gvern u li jkollhom xi membru tal-familja ibati minn diżabilita' ta' mobilta'.
Fir-rigward Skema 7, kull minn joqgħod f'residenza okkupata minnhom, kemm bħala inkwilini kif ukoll bħala sid, u xi ħadd mill-membri tal-familja tiegħu ikun ibati minn diżabilita' ikun jista japplika taħt il-kundizzjonijiet ta' l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkommissjonat xi studju dwar l-impatt soċjali tal-levies fuq l-għoli jew roħs tal-prezzijiet? Jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex ikkomissjonat xi studju dwar l-eventwalita' li meta prodotti importati jorħsu x'impatt se jħalli fuq kumpanniji li jipproduċu għas-swieq lokali u konsegwentement iħalli impatt negattiv fuq l-qgħad? Jekk ġie kkommissjonat studju, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, liema huma ż-żewġ day centres li ġew inawgurati mill-amministrazzjoni preżenti? Xi pjanijiet hemm biex fil-futur jiġu miftuħa day centres oħra? Min qed jamministra dawn id-day centres? Min jużahom iħallas xi kontribuzzjoni? Jekk iva, kemm hi din il-kontribuzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-amministrazzjoni preżenti nawgurat id-Day Centres ta' l-Imtarfa u ta' B'Kara. Dalwaqt ser jinfetaħ Day Centre f'Bormla, u fil-futur hemm ippjanat li jinfetħu Day Centres oħra f'Ħal Luqa, u f'tal-Pieta'. Dawn id-Day Centres huma amministrati temporanjament minn Assistenti Soċjali Każwali.
Min juża d-Day Centres iħallas kontribuzzjoni ta' minn LM1 sa LM2.50 fix-xahar skond kemm il-darba jattendi fid-Day Centre.
Meta biħsiebu l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li għamel lill-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li fil-programm elettorali tagħhom kienu wegħduhom li se jtejjbu l-pensjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsija Parlamentari numru 6218. Il-posizzjoni tal-Gvern fuq dan is-suġġett hija ċara. Wara li jkollna r-rapport finali tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-riforma fil-Welfare nkunu nistgħu naħsbu bis-serjeta' għal futur tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna wara li jkunu ressqu l-fehmiet tagħhom il-partijiet kollha nvoluti f'dan il-qasam. L-Opposizzjoni wkoll ġiet mistiedna tressaq l-opinjoni tagħha għall-ġid tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna.
Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jwettaqx il-wegħda elettorali tiegħu u jagħti żieda sħiħa lill-pensjonanti ttieħdet wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare? Jekk iva, x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni rigward dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare għadha ma ressqet l-ebda rakkomandazzjoni lil Gvern dwar il-Welfare u wisq iżjed dwar il-pensjonijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jdaħħal il-gvern matul is-sena 2000 mill-miżura mħabbra li mill-1 ta' Jannar, 2000 il-gvern se jibda jżomm 60% tal-pensjoni ta' l-anzjani residenti f'San Vinċenz de Paule?
L-istess miżura hi maħsuba li tibda sseħħ fi djar ta' l-anzjani u sptarijiet oħra tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ma jdaħħal xejn mill-persentaġġ tal-pensjoni għaliex dawn il-fondi jidħlu fil-fond amministrat mill-Welfare Committee skond il-liġi u jintużaw fl-interess esklussiv ta' l-istess anzjani.
Fid-djar ta' l-anzjani r-residenti ilhom is-snin iħallsu 60% tal-pensjoni. L-isptarijiet oħra tal-Gvern huma b'xejn.
Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel bħal ġobon eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin?
Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.