Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4464 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Interim From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq Sciortino - Telephone box

Question

Peress li t-telephone box li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, qegħda sservi wkoll ta' public convenience, jista' l-Ministru jgħidli kull meta din qegħda titnaddaf? Jikkonsidra li din titneħħa u minflokha titqiegħed plastic canopy?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Pander Place

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha li tiżviluppa l-bini tagħha magħruf bħala Pander Place, l/o San Ġiljan/Swieqi? Fiex waslu l-pjani ta' dan il-proġett u fiex jikkonsisti dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa għal pjanti/disinji, eċċ. fuq din il-proposta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3202 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Fieres - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fieres quddiem Triq Dun Ġwann Mamo f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3203 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fit-telephone booth li tinsab mal-ġenb tal-Knisja Parrokjali ta' Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3204 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Dun Mikiel Vella - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Mikiel Vella kantuniera ma' Triq Xintill f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3205 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo' - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Joseph Burlo' f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3206 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Mario Schembri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Mario Schembri ħdejn id-dar ta' Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3207 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Vittmi tal-Gwerra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Prodotti — Għoli fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret mill-ministeru dwar id-diversi prodotti li għolew mill-bidu tas-sena 'l hawn? X'se jagħmel il-gvern ma' dawk li jinstabilhom li qegħdin jgħollu l-prezzijiet meta mhux suppost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Ministeru, permezz tal-mekkaniżmu fi ħdanu, jinsab għaddej kontinwament b'eżerċizzju li permezz tiegħu isir monitor tal-prezzijiet tal-prodotti. Fejn jinstab li xi prezz huwa aktar mili suppost, mingħajr ġustifikazzjoni, bħala miżura primarja tinġibed l-attenzjoni biex tali prezz jiġi aġġustat.
Leg 9 PQ #3961 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Ħass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet/laqgħat saru bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, l-koperattivi u l-għaqdiet tal-bdiewa sabiex ittieħdet id-deċiżjoni li 18,000 tunnellata ħass jiġu importati b'eżenzjoni ta' 35c il-kilo? Meta saru dawn il-konsultazzjonijiet/laqgħat u min kien preżenti mill-koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4278 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Ex-Bruno Stores - Lampa

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex titneħħa lampa li hemm fuq store K ex-Bruno Stores, Kalkara u titwaħħal floodlight bħal m'hemm ħdejn ir-Regatta Club, biex l-area li hija suġġetta għal xi atti vandali tkun imdawla aħjar u jitnaqqas ir-riskju ta' xi att vandalu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għalkemm jidher li l-provvista ta' dawl li hemm bħalissa hija adegwata, t-talba ta' l-onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4083?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma huwa mistenni li jibdew jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-kontijiet ma nħarġux aktar qabel minħabba tibdil fis-sistema tal-kontijiet.

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies illum mal-Kalaxlokk li huma sekondati minn dipartmenti u korporazzjonijiet tal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' persuni minn dipartimenti u korporazzjonijiet tal-gvern li bħalissa huma sekondati ma' Kalaxlokk huwa ta' tlieta (3).

Naxxar — Qtugħ tal-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni u r-raġuni għaliex il-kurrent elettriku qed jinqata' fuq bażi regolari f'ħafna postijiet fosthom Triq il-Forga u Triq il-Mitħna, Naxxar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Portes Des Bombes — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Portes Des Bombes m'għadux floodlit? Għaliex monument bħal dan jitħalla mingħajr dawl u fuq kollox konsegwenza ta' hekk jista' jkun hemm periklu għat-traffiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żebbuġ — Triq Sindku P. Vella - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu passi sabiex jiġi nforzat id-dawl fi Triq Sindku P. Vella, Ħaż-Żebbuġ, partikolarment minn ħdejn "Camler" għall-kumplamentt ta' l-area madwar, peress li diversi familji f'din it-triq qegħdin isofru inkonvenjenzi minħabba d-dawl baxx li jista' jagħmel ħsara lill-apparat domestiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel l-istimi neċessarji sabiex it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Birżebbuġia — Triq Wied il-Buni - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Wied il-Buni, f'Birżebbuġia tiġi mdawla peress li jidher li d-dipartiment konċernat m'għandux interess li jsolvi din il-problema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Bolli/postal orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istock books tal-bolli, stationery u postal orders tas-sena 1998 tal-Victoria BPO u tax-Xagħra BPO, Għawdex għadhomx jeżistu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-istock books tal-bolli, stationery u postal orders tas-sena 1998 tal-fergħat imsemmija, jinsabu għand l-Account Holders ta' l-istess fergħat.

MIA — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Malta International Airport ħallset flus u għal-liema xogħol lill-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Min huma s-sidien ta' din il-kumpannija? Qatt kien hemm xi sid li kien jiġi minn wieħed mid-direttur ta' l-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħlas li sar mill-M.I.A. lill-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, huwa dan: 1995 - Lm5022.79c 1996 - Lm1424.53c 1997 - Lm 880 1998 - Lm1905 Dan il-ħlas sar in konverżjoni mas-software għall-Main Accounting and Passenger Service Charge. Ma nħossx li jkun etikament korrett li msemmi l-ismijiet tal-persuni li huma l-proprjetarji tal-kumpanija.

MIA — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset flus, u dan għal-liema xogħol, il-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament, fl-MIA meta ġiet imqabbda għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tħallset dawn l-ammonti: 1995 - Lm 357.23c 1996 - Lm2103.88c 1997 - Lm1421.80c 1998 - xejn Dan il-ħlas ikopri l-kera u charges ta' GSM mobile telephone użat miċ-Chairman ta' l-M.I.A. waqt li dan ikun barra minn Malta. Dan is-servizz tal-GSM mobile telephone ma kienx provdut lokalment fis-snin imsemmija.