Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li daħlu studenti fl-Universita': (1) minn Malta u Għawdex kollu; (2) mill-Kottonera; (3) mill-Belt, il-Furjana, il-Ħamrun u l-Pieta', sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average f'assenteiżmu ta' tfal b'ċertifikat mediku jew mingħajru fl-iskejjel primarji f'pajjiżna? Kemm hu l-average f'assenteiżmu ta' tfal fl-iskejjel primarji fil-Belt, fil-Furjana u fil-Kottonera, sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 x'kien l-average ta' jiem meħuda f'sick leave minn għalliema fi skejjel primarji? X'kien l-average ta' jiem meħuda f'sick leave mill-għalliema fl-iskejjel primarji fil-Belt, fil-Furjana u fil-Kottonera, skola bi skola?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-16 ta' Settembru sa' l-4 ta' Jannar 2000 tlieta mill-ħaddiema taċ-Ċivil li kienu assenjati mal-Mediterranean Conference Centre ġew irritornati lid-Dipartiment tal-Kultura. Żewġ impjegati oħra taċ-Ċentru li kienu ssekondati mad-Dipartiment tal-Kultura ġew imsejħa lura lejn il-Mediterranean Conference Centre. Dawn it-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru, maqsum sena sena, ta' studenti li qed jattendu l-iskola Maria Reġina tal-Ħamrun? Kemm hu n-numru ta' għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13732, peress li nħoss li huwa fl-interess pubbliku, u l-għola istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, għandha kull dritt li tkun taf x'inhija l-order of merit tal-kandidati li qagħdu għall-eżami għad-dħul bħala suldati fl-armata, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tagħrif?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar,2000 il-ħaddiema tal-Bibljoteka? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, ebda impjegat tal-Bibljoteka Nazzjonali ma ġie trasfert.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb għandu l-gvern biex jipprovdi spazju għad-dilettanti taż-żwiemel biex dawn bi ftit organizzazzjoni jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom mingħajr periklu? Jaf il-ministru li bħalissa dan qed isir fi triq pubblika nhar ta' Ħadd filgħodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm il-ħsieb li l-quddiem id-dilettanti taż-żwiemel jingħataw faċilitajiet ta' spazju fil-korsa l-qadima taż-żwiemel fil-Kumpless tal-Marsa sabiex jipprattikaw l-isport tagħhom mingħajr periklu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' consumer education fl-iskejjel ta'l-istat bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Consumer Education hija parti mis-sillabu ta' numru ta' suġġetti fil-livell sekondarju. Dawn is-suġġetti jinkludu Social Studies, Geography, Personal and Social Education (PSE), Home Economics, Textile and Design u Business Studies.
Informat ukoll li fil-Primarji, Consumer Education hija iżjed integrata u anqas speċifika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Normalment tarasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tas-Servizz. Fil-każ tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni informat li ħafna trasferimenti jsiru bejn skola u oħra u l-biċċa l-kbira minnhom jintalbu mill-impegati nfushom. Dawn it-talbiet isiru għal raġunijiet soċjali, umanitarji u ta' saħħa. Kultant ikun hemm xi ħadd li jitlob tibdil fid-dmirijiet bħal, ngħidu aħna, jitlob li jmur watchman. Minħabba fir-raġunijiet imressqa mhux etika li nagħti r-raġuni ta' kull trasferiment.
Billi t-trasferimenti ma jsirux b'mod kapriċċuż imma skond bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu, ma jistax jingħad minn issa jekk fil-futur qrib hemmx xi trasferimenti, maħsuba jew ippjanati.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kif studenti fi skejjel tekniċi, u li qegħdin fl-iskema ESTS, jistgħu jsibu sponsors adegwati b'mod li ssir ġustizzja ma' kulħadd? X'inhu l-persentaġġ li jsibu sponsor?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Employment and Training Corporation peress li l-kompitu biex jinstabu sponsors għall-apprendisti jaqa' fil-mensjoni ta' l-ETC.
Wara li tħabbar li minn din is-sena Malta se tibda tipparteċipa f'ħames programmi ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri Socrates, Leonardo da Vinci, FP 5, Culture u Youth, jista' l-Ministru jgħid min huma l-kordinaturi u l-membri tal-kumitati li qed imexxu dawn il-programmi? Hemm xi ħadd minnhom li qed jieħu xi forma ta' renumerazzjoni, allowance jew fringe benefits? X'se tkun il-parti tal-gvern Malti li se joħroġ biex nipparteċipaw fl-imsemmija programmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni nfisser, il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-programmi qed tiġi koordinata mill-European Union Programmes Unit. Hemm proċeduri legali u amministrattivi li għad irid jiġu finalizzati qabel Malta tibda timplimenta parteċipazzjoni sħiħa. Sadanitant jeħtieġ żmien biex inħejju ruħna.
Iċ-Chairpersons tal-Kumitati Koordinaturi tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropeja huma:
Dr Robert Tufigno (Leonardo)
Dr Joe Mifsud (Socrates)
Ms Stefania Fabri (Community Youth Action Programme)
Dr Joe Micallef (Fifth Framework Programme)
Mr Chris Gatt (Culture 2000)
Għadu għaddej il-proċess biex jintgħażlu l-membri tal-Kumitati u, għalhekk, għadu mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Informat ukoll li ħadd s'issa mhu qed jingħata ebda remunerazzjoni, allowance jew fringe benefit.
Il-parti tal-Gvern Malti f'dawn il-progrmmi hi speċifikata fl-estimi 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kultura mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment tal-Kultura bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12660 dwar sigurta' fil-Pixxina Nazzjonali li oriġinarjament għamilt fit-12 ta' Jannar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Rapport tal-Maġistrat Antonio Mizzi ġie studjat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali, u fl-isfond tar-rikommandazzjonijiet li jsemmi, ittieħdu dawn l-inizjattivi b'risq is-sigurta` biswit il-Pixxina:
1. Ġie organizzat kors ta' l-Ewwel Għajnuna għall-ħaddiema
kollha tal-Pixxina. F'Marzu għandu jiġi organizzat
kors ieħor avvanzat fil-Life Guard.
2. Il-klinika ġiet renovata u mgħammra b'dak kollu meħtieġ.
3. Qed ikun hemm ta' l-inqas deckhand wieħed preżenti dejjem
fuq id-deck. Dawn id-deckhands issa huma impjegati fuq
bażi full-time u d-deckhands każwali addizzjonali li
jkunu impjegati fix-xhur l-aktar impjettivi se jkunu wkoll
fuq bażi full-time.
Fl-aħħarnett informat li fl-1998 ġiet introdotta fil-Pixxina l-Policy ta' Public Liability Insurance, u li din għadha fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti huwa nkluż il-coursework fl-eżamijiet tas-SEC, MATSEC, Intermediate?
Qatt ġiet diskussa l-possibbilta' li dan jidħol f'suġġetti bħal lingwi speċjalment il-Malti u l-Ingliż kif fil-fatt isir (fl-Ingliż) fl-IGCSE (International General Certificate Secondary Education) tal-Ingilterra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-coursework huwa inkluż f'dawn is-suġġetti f'dawn il-livelli:
SEC - Art, Biology, Business Studies, Chemistry,
Computer Studies, Environmental Studies,
Geography, Home Economics, Physics u
Textiles & Design.
INTERMEDIATE - Systems of Knowledge, Art, Computing,
Information Technology.
ADVANCED - Computing, Information Technology, Home
Economics, Geography.
Informat ukoll li l-possibilita` li l-coursework jidħol f'suġġetti oħra bħal lingwi, s'issa ma ġiex konsidrat.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13254, peress li fit-tweġiba l-Ministru qal li l-eżami SEC fl-edukazzjoni sportiva "mhux se jkun offrut kif kien qed jiġi propost", jista' jgħid x'kienet il-proposta oriġinali; u x'se jsir issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta' nazzjonalita' barranija li qed jgħallmu: (a) fl-iskejjel ta' l-Istat; (b) fl-iskejjel tal-Knisja; u (ċ) fl-iskejjel privati?
Liema huma s-suġġetti li jgħallmu u ta' liema nazzjonalita' huma?
Kemm minnhom huma miżżewġa Maltin u kemm għandhom permess jaħdmu mogħti mill-Gvern Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Sekondarji, Primarji u tas-Snajja' hemm seba' għalliema ta' nazzjonalita` barranija.
Is-suġġetti li jgħallmu u n-nazzjonalita` tagħhom huma kif ġej:
Nazzjonalita` Suġġett
1. Tuneżin Franċiż On contract
2. Niġerjan Ġografija " "
3. Amerikan Ġermaniż " "
4. Ġordaniż Matematika " "
5. Libjan PE PT Instructor
6. Awstraljana Matematika Supply Teacher
7. Niġerjan Int. Science Supply Teacher
L-għalliema indikati bin-numru 3,5 u 6 huma miżżewġin Maltin u dawn għandhom il-Freedom of Movement.
L-għalliema li qegħdin jaħdmu "on contract" ikollhom permess jaħdmu sa tmiem is-sena skolastika li jinkludi ukoll il-vaganzi tas-sajf.
L-għalliema li jaħdmu fuq bażi "supply ikollhom permess jaħdmu sakemm tagħlaq l-iskola fis-sajf għall-vaganzi.
Informat ukoll li fl-iskejjel Speċjali ma hemmx għalliema ta' nazzjonalita` barranija.
L-informazzjoni mitluba rigward l-iskejjel Post-Sekondarji u tal-Knisja ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm pjani biex l-iskola Tal-Ħandaq tinbena mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji biex ix-xogħol jibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha bil-ħsieb li tinbena skola ġdida f'Tal-Ħandaq.
Fil-preżent pjanti preliminari mħejjija mill-perit tal-proġett qegħdin jiġu studjati mill-konsulenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.