Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur u l-volum ta' imbid ta' Malta s-sena li għaddiet u kemm minnu ġie esportat? Għal liema pajjiżi ġie esportat? Kemm kien il-valur u l-volum ta' imbid ta' barra importat Malta s-sena l-oħra u minn liema pajjiżi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont ta' inbid ta' Malta esportat matul l-1998 kien ta' 49,995 litru b'valur ta' Lm75,246.
Dan il-volum ta' inbid kien esportat lejn dawn il-pajjiżi:
l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Iżrael, il-Libja, l-Olanda, ir-Renju Unit, il-Federazzjoni Russa, Spanja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Ungerija u l-istores ta' l-ajruplani.
L-ammont ta' inbid impurtat f'Malta matul l-istess sena, kien ta' 345,053 litru b'valur ta' Lm787,450. Dan il-volum ta' inbid ġie impurtat minn dawn il-pajjiżi:-
l-Afrika t'Isfel, l-Awstralja, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, New Zealand, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Isvizzera u l-Ungerija.
Minħabba d-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Istatistika ta' l-1955 dwar kunfidenzjalita', l-informazzjoni dwar produzzjoni ta' inbid lokali ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' fondi pubbliċi li l-gvern intrabat li jħallas biex jgħin lill-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni ta' l-Industrija ħalli dawn joperaw il-Business Bureau li għandhom ġewwa Brussels? Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra hux lest li joffri l-istess għajnuna lit-trade unions interessati f'faċilitajiet ta' l-istess xorta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti; f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont ta' flus minfuqa mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, li jinkludu żewġ Segretarji Parlamentari u Ministru, bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 kien dan:
Riċevimenti - Lm 2179.70
Safar - Lm 4738.34
Petrol u Diesel - Lm 3039.50
Pagi - Lm58,514.00
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaż-żieda fil-prezz ta' dawn il-mediċini essenzjali:
Minn Saru
Irfen x 20 78c 91c
Nurofen x 48 Lm1.67c Lm1.96c
Nurofen x 96 Lm3.28c Lm3.52c
Strepsils Lozenges 74c 85c
Benylin Original Syrup 49c Lm1.39c
Solpadeine x 24 94c 98c
Novagesic flu pills Lm1.42c Lm1.59c
Calpol Syrup sugar
free under 6 98c Lm1.06c
Optrex
Dawn għaliex għollewhom l-importaturi? Peress li dawn il-mediċini huma VAT free, allura jista' jkun li żdiedulhom minħabba l-overheads (u mhux għal pagi qiegħda nirreferi)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn l-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, jirriżulta li Irfen x 20 żdied għal Lm0.910 minħabba tibdil fil-kambju kif wkoll żieda fil-prezz minn barra.
In-Nurofen x 48 u Nurofen x 96 żdiedu fil-prezz għal Lm1.960 u Lm3.520 rispettivament minħabba żieda minn barra. il-prezz taż dawn iż-żewġ prodotti jinbiegħu l-ekwivalenti ta' Lm3.260 u Lm5.570 fir-Renju Unit.
Lis-Strepsils Lozenges żdied għal Lm0.850 minħabba żidiet minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott jinbiegħ Lm1.230 fir-Renju Unit.
Is-Solpadeine x 24 żdied għal Lm1.050 wkoll minħabba żieda minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott fir-Renju Unit hu ta' Lm2.380.
Novagesic Flu Pills wkoll żdied għal Lm1.590 minħabba żieda minn barra.
Il-Calpol Sugar Free Under 6 żdied għal Lm1.060 minħabba żieda fit-trasport. Dan il-prodott jinbiegħ Lm2.070 fir-Renju Unit.
Rigward il-Benylin, irid jingħad li fil-pajjiż kien jiġi impurtat Benylin Original. Dan il-prodott m'għadux jinbiegħ fir-Renju Unit u ġie mibdul ma prodott ieħor b'formola differenti taħt l-isem ta' Benylin Chesty Cough Syrup. Dan il-prodott li hawn Malta jinbiegħ Lm1.390 qed jinbiegħ fir-Renju Unit għall-prezz ta' Lm1.880.
Jista' l-Ministru jgħid u jara meta se jibdew jinstemgħu l-appelli ta' l-1995 u l-1996 tal-VAT quddiem il-bord ta' l-appell? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti petizzjonijiet ta' l-appell quddiem dan il-bord u kemm s'issa ġew deċiżi mill-1995 'l hawn? Jista' l-Ministru jara wkoll kemm hemm pendentii f'dak ta' CET quddiem l-istess bord ta' l-appell?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi share mill-Malta Film Studios? Jekk fin-negattiv jista' jgħid jekk il-Gvern qattx kellu share mill-MFS; ta' kemm persentaġġ kien u meta spiċċa dan ix-shareholding?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Gvern m'għandux shares mill-Malta Film Studios.
Il-Gvern kellu shareholding ta' mija fil-mija fil-Mediterranean Film Studios qabel dawn inbiegħu fit-3 ta' Ottubru 1995.
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' kif sejra tintnefaq l-ispiża ta' Lm150,000 fit-trasport mill-Petroleum Division skond l-estimi tal-perijodu bejn l-01.10.98 u t-30.09.99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-breakdown mitlub mill-onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Tqassim tal-prodotti tal-pitrolju lill-kuntratturi Lm 56,000
Pagi, bonus u kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali
tal-ħaddiema fil-Maintenance Workshop u x-xufiera Lm 68,000
Diesel u Petrol Lm 15,000
Maintenance, poloz tas-Sigurta u liċenzji Lm 11,000
Total Lm150,000
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' nofs miljun lira Maltin fl-Estimi ta' l-Electricty Division 98/99?
Il-Ministru jħoss li għandu jagħmel investigazzjoni tal-konsum ta' petrol għal użu tal-karozzi wżati mill-Electricty Division? Dan jikkorrispondi mas-servizz attwali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont taż nofs miljun lira fl-Estimi ta' l-Electricity Division għas-sena 1998-1999 huwa maqsum hekk:
labour, pagi, bonus, kontribuzzjoni tas-Sigurta Soċjali
(drivers ta' l-Enemalta u maintenace staff) Lm200,000
xufiera impressed Lm150,000
kiri ta' karozzi self-drive Lm 42,000
spare parts/lubrikanti Lm 20,000
petrol/diesel Lm 60,000
poloz ta' assikurazzjoni/liċenzji Lm 28,000
Meta wieħed jara n-numru ta' vetturi li għandha d-diviżjoni biex tlaħħaq max-xogħol ta' Malta u Għawdex kollu għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, ma narax lok li jsiru investigazzjonijiet profondi. Barra minn hekk l-Awditur Intern ukoll jagħmel diversi spezzjonijiet minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet fi flus il-pubblikazzjoni tar-rapporti annwali (inklużi layout, printing, separations, eċċ.) kif ukoll kemm kien in-numru stampat ta' l-istess rapporti annwali għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 separatament għas-segwenti korporazzjonijiet: Enemalta, Water Services Corporation, Maltacom u Air Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-Awditur (internal auditor) fuq ix-xogħol tal-Collector's Club fis-Section tal-Marketing? Huwa minnu illi kien hemm diskrepanza ta' bejn Lm3,000 u Lm6,000? Jekk iva, min hu responsabbli ta' dan? Ittieħdet azzjoni għal ġbir relattiv? Min support jieħu passi dixxiplinari kontra l-persuna nvoluta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultax li jeżisti ebda rapport kif qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti u kemm mis-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kartolini, kif inhi l-prattika, intbagħtu lill-ambaxxaturi, Ministeri u dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, Kunsilli Lokali, korpi kostitwiti, organizzazzjonijiet privati u non-governattivi u lil dawk kollha li għoġobhom jibagħtu l-awguri.
Jista' l-Ministru jara li jsiru lampi ma' l-arbli li twaħħlu matul l-aħħar xhur fl-inħawi tal-Fiddien, l/o Rabat, cioe' fejn qed jissokta l-proġett ta' Wied il-Qlejgħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arbli msemmija kienu nstallati mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għal servizz temporanju. L-arbli mhux kollha jistgħu jintużaw birx jitwaħħlu l-lampi. Għaldaqstant it-talba biex isiru lampi fl-inħawi msemmija, qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.