Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3223 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Ħal Safi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu ħames lampi fi Triq Ħal Safi fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3224 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Bettina - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tlett lampi fi Triq Bettina fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3225 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Playing filed - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fil-playing field ta' Triq Santa Marija f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #4166 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mrieħel — Industrial Est. - Manutenzjoni

Question

Peress li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li kellhom isiru fit-toroq ta' l-Industrial Estate, Mrieħel la saru fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar u lanqas fl-aħħar ġimgħa, jista' l-Ministru jara li jikkordina dan il-bżonn li qed joħloq inkonvenjent kbir lill-ħaddiema, diretturi u konsumaturi li jiffrekwentaw dawn l-inħawi industrijali? Jekk fl-affermattiv, meta u liema sezzjoni hija responsabbli minn dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sejħa għall-offerti għall-manutenzjoni tat-toroq ġewwa l-Qasam Industrijali, msemmi ħarġet u x-xogħol meħtieġ mistenni jibda fi żmien mhux il-bogħod.

Gross fixed capital formation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-gross fixed capital formation is-sena li għaddiet rigward: (a) bini u xogħol ta' kostruzzjoni; (b) tagħmir tat-trasport; (c) makkinarju; (d) tagħmir elettriku u appliances; u (e) investiment ieħor? Kemm minn dan kien investiment Malti u kemm barrani? Kif jikkomparaw dawn iċ-ċifri mas-sentejn ta' qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-għadd ta' persuni li huma sidien tad-djar fejn joqogħdu, skond l-aħħar ċensiment?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' persuni li huma sidien tad-djar fejn joqgħodu, skond l-aħħar ċensiment, huwa ta' 81,242.

Lohumbus Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd totali ta' familji li qed jiġu assistiti b'self mil-Lohumbus Corporation biex jixtru d-dar fejn joqogħdu? Kemm hu s-self totali mogħti mil-Lohumbus Corporation biex id-djar konċernati jsiru proprjeta' tas-sidien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali tal-Lohombus Bank, mhux fl-interess tal-Bank li tingħata l-informazzjoni mitluba.

Generalised System of Preferences — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur ta' l-esportazzjoni minn Malta għas-sena 1998 li tgawdi minn Gerneralised System of Preferences (GSP) u liema pajjiżi jiffavorixxu lil Malta taħt din is-sistema? Xi proporzjon jikkostitwixxi dan l-ammont mill-valur ta' esportazzjoni totali għall-istess sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pompi tal-Petrol

Question

Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfer ta' stazzjoni ta' pompi tal-petrol minn lokalita' għal oħra jew fl-istess raħal? Kemm ġew rifjutati? Għal-liema raġuni ġew rifjutati? Kemm ġew aċċetati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4609 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti sa l-aħħar tas-snin 1996, 1997 u ta' l-1998 separatament għal twaħħil ta' bozoz/lampi fit-toroq/pjazez/ġonna ta' pajjiżna? Kemm twaħħlu attwalment f'kull sena rispettivament? Kemm huwa stmat li qamet in-nefqa għal dan ix-xogħol għal kull sena partikolari?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Talbiet Pendenti Installazzjonijiet Spiża Involuta 1996 171 630 Lm 149,716 1997 879 476 Lm 174,235 1998 539 1,103 Lm 320,336
Leg 9 PQ #4614 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-Prezzijiet — Abbużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investigati ilmenti dwar abbużi fil-prezzijiet mill-1.1.99?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-bidu ta' din is-sena sa llum, id-Dipartiment tal-Kummerċ fetaħ investigazzjoni dwar 279 ilment dwar allegati abbużi fil-prezzijiet. Tajjeb jingħad li d-Dipartiment għamel spezzjonijiet f'lokalitajiet differenti dwar il-prezz ta' diversi oġġetti ta' l-ikel. Qed issir investigazzjoni dwar numru relattivament żgħir ta' prodotti li l-prezz tagħhom instab għola minn dak li kien f'Diċembru tal-1998.
Leg 9 PQ #4615 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

OFC — Mediċini/affarijiet ta' l-ikel

Question

Skond l-OFC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini u affarijiet ta' l-ikel li għolew bla ġustifikazzjoni mill-5.9.98? X'passi ttieħdu dwar dan? Tista' tagħti lista dettaljata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-onorevoli Interpellant, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja dawk il-prodotti ta' l-ikel li huma dominanti fis-suq u mhux il-prodotii taż l-ikel kollha. Minn dawn il-prodotti kien hemm 23 oġġett ta' l-ikel li għola waqt li 8 prodotti oħra raħsu. Ħdax -il prodott ġew investigati u nstab li l-għoli fil-prezz kien ġustifikat waqt li l-bqija tal-prodotti għadhom qed jiġu investigati. Ġew investigati 290 prodott mediċinali biex jiġi żgurat li ma kienux qed isiru abbużi mill-importaturi. Instab li fil-każ ta' 7 prodotti ż-żieda fil-prezz ma kienitx ġustifikata u l-importaturi ġew ordnati jraħħsu l-prezz. Il-prodotti in kwistjoni huma dawn:- Prodott Minn Għall Data Feldene Gel 0.5% x 25gr Lm2.18 Lm2.08 Oct-98 Trimetabol Syrup x 150ml Lm1.93 Lm1.83 Oct-98 HMR 11 Vaccine x 1 dose Lm6.36 Lm5.60 Oct-98 Actal Tabs x 24 Lm0.89 Lm0.82 Oct-98 Terramycin Poly Topical Ointment x15gr Lm0.84 Lm0.76 Dec-98 Duphalac x 300ml Lm2.74 Lm2.62 Jan-99 Motival Tabs 80mg x 45 Lm1.49 Lm0.80 Feb-99 Bħalissa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qiegħed jimmonitorja s-suq biex jara li fil-fatt dan ir-roħs ġie effettwat fl-ispiżeriji.
Leg 9 PQ #3214 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Dawret il-Gudja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3215 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Ħal Għaxaq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi fi Triq Ħal Għaxaq fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3216 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Joseph Gravina - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi fi Triq Joseph Gravina, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3217 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Ta' Loretu - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi fi Triq Ta' Loretu, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3218 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Birżebbuġa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi fi Triq Birżebbuġa fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3219 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq San Ġorġ - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq San Ġorġ fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Sea Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati mas-soċjeta Sea Malta Co Limited u liema gradi kienu jokkupaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Kumpanija Sea Malta għandha 144 persuna impjegati magħha. Dawn qed jokkupaw il-gradi segwenti:- Office Staff General Manager 1 Assistant General Managers 3 Senior Manager 1 Managers 13 Assistant Managers 9 Executives 12 Secretaries 4 Clerks 27 Industrials 16 Total 86 Crew Masters 3 Chief Officers 3 Second Officers 3 Third Officers 3 Nvaigation Cadets 2 Chief Engineers 4 Second Engineers 4 Third Engineers 4 Fourth Engineers 3 Electrical Engineer 1 Bosun 4 Able Seamen 11 Mechanics 3 Cooks 4 Stewards 3 DHU 1 Fitters 2 Total 58
Leg 9 PQ #4074 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki — Impjegati

Question

B'riferenza għall-impjiegi fil-fabbriki, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-kumpanniji/fabbriki li għandhom xi forma ta' agreement dwar in-numru ta'ħaddiema li jimpjegaw? Kemm fil-fatt huwa n-numru li suppost iħaddmu dawn l-imsemmija u kemm fil-fatt qed jimpjegaw fil-mument?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba l-provvediment ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325) li jirrigwarda l-kunfidenzjalita, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.