Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4552 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol — Pompi tal-petrol

Question

Peress li jirriżulta li diversi pompi tal-petrol irċevew tnaqqis ta' pagamenti dovuti lilhom mill-petrol li jbiegħu, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-Enemalta qed tagħmel dan it-tnaqqis?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tnaqqis li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant sar fir-rigward ta' tmien pompi tal-petrol wara spezzjoni li saret il-Ħadd 31 ta' Jannar 1999. F'din l-ispezzjoni ħadu sehem uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta u rappreżentanti tal-GRTU. Irriżulta li dawn il-pompi ma kienux qegħdin jikkonformaw mal-ftehim li kien sar bejn il-Korporazzjoni u l-GRTU f'Marzu tal-1998. Dan il-ftehim jinkludi żewġ rati ta' kummissjoni, l-għola waħda għal dawk li jagħtu servizz lill-klijenti wara l-ħin normali bl-apparat awtomatiku u l-oħra għal dawk li baqgħu iħaddmu s-sistema normali. Il-pompi li sarilhom tnaqqis naqsu milli jonoraw il-ftehim fl-imsemmija data.

Servizzi — Prezzijiet esaġerati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa d-dipartiment li qed jinvestiga ilmenti dwar żieda fi prezzijiet esaġerati ta' servizzi? B'liema mod jew proċedura ssir l-investigazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-Dipartiment li jinvestiga l-ilmenti li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta. L-investigazzjoni ssir skond il-proċeduri kontemplati fis-Sezzjoni Tnax ta' l-Att tal-1994 dwar il-kompetizzjoni.

Servizz ta' freephone — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati ilmenti minn konsumaturi permezz tal-freephone 120 bejn Ottubru '98 u Frar '99? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni ġurnata ġurnata u jindika wkoll dwar x'tip ta' ilment, liema dipartiment ittrattah u x'riżultat inkiseb?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Prodotti — Żidiet fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Kummerċ u mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta biex jiġu nvestigati żidiet fi prezzijiet ta' prodotti li mhux suppost għolew permezz tal-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kull żieda fil-prezzijiet li tkun rappurtata lid-Dipartiment tal-Kummerċ, tiġi verifikata biex jiġi stabbilit jekk kienitx ġusta. Il-proċedura użata hija l-istess waħda użata f'dawn l-aħħar snin; jiġifieri jinġabru d-dokumenti mingħand tal-ħanut u importatur jew fabbrikant biex jinħadmu l-costings rispettivi. L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jinvestiga l-ilmenti li jaslulu bil-mod kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamemntari numru 4630.
Leg 9 PQ #4748 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Film Studios

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-bejgħ tal-Malta Film Studios fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x'kondizzjonijiet saru max-xerrej dwar il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali tal-kontenut tal-kopja li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, ma narax li jkun etikament ġust li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja in kwistjoni.
Leg 9 PQ #4749 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Mid-Med - Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi kollha li għandha l-persuna li ġiet maħtura chairman tal-Mid-Med Bank? Jista' f'kull każ il-Ministru jagħti d-data meta tkun inkisbet il-kwalifika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kwalifiki akkademiċi li għandha l-persuna li fil-preżent qed tokkupa l-kariga ta' Chairman tal-Mid-Med Bank huma dawn: Mill-Universita ta' Malta: B.A.(Hons)Econ. miksuba fl-1971 M.A.(Econ) miksuba fl-1974 Mill-Universita ta' Oxford: M.Litt (Oxon) miksuba fl-1982

Naxxar — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha maqtugħa għal ġimgħat sħaħ u li qiegħda fil-post indikat under separate cover tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba l-mod kif inhi mwaħħla din il-lampa, inħasset il-ħtieġa li tiġi mċaqalqa għal post ieħor biex it-triq in kwistjoni tiddawwal aħjar. Dan ix-xogħol għandu jsir fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #4781 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — It-Tieni Distrett - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal xi tip ta' xogħol tal-Water Services Corporation fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal? X'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien fuq ċerti xogħlijiet f'dawn il-lokalitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3232 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Pietru Cagliardi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Pietru Cagliardi ħdejn il-ground tar-Rainbows f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3233 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Knisja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Knisja f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3234 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġorġ Caruana -Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġorġ Caruana f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3235 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq l-Assedju - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Assedju l-Kbir minn Triq il-Wilġa 'l ġewwa f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3236 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq id-Dar tal-Kejka - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa ħdejn Balons Garage fi Triq id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkiehn ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3237 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sardinja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi New Street in Sardinja Street f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gozo Channel — Bini ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-vapuri ta' Għawdex għal Gozo Channel? B'kemm qiegħed lura x-xogħol fuq kull vapur? Meta se jitlestew il-vapuri? X'se jsir biex il-vapuri jitlestew bl-inqas telf possibbli? Kemm se jiġi jiswa kull vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għalkemm s'issa għadu ppjanat li l-ewwel vapur t'Għawdex jitlesta sa l-aħħar tal-1999, il-Malta Shipbuilding għadha qed tkun imfixkla sew mill-kwalita ħażina tas-servizz li qed tieħu mingħand id-disinjaturi Daniżi u l-project managers Norveġiżi li li huma responsabbli għall-provvista tal-materjal. Minn mindu uffiċjali tat-tarzna u tal-Gozo Ferries Co. Ltd żaru d-Danimarka f'Jannar kien hemm xi titjib fis-servizz tad-disinjaturi, iżda li d-disinji li qed jintużaw illum tlestew xi xhur ilu għadhom qed jitfaċċaw ċerti problemi li qed ifixklu sew ix-xogħol fit-tarzna. Il-management tal-Malta Shipbuilding u tal-Gozo Ferries qed jagħmlu pressjoni kontinwa fuq id-disinjaturi u l-project managers barranin biex dawn itejjbu s-servizz tagħhom immedjatament. Inġieb ukoll liaison engineer mid-Danimarka biex jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn it-tarzna u d-disinjaturi. Dan mistenni jibqa' Malta sakemm jitlesta l-ewwel vapur. S'issa għadu ppjanat li l-ewwel vapur jitlesta sa Diċembru 1999, it-tieni wieħed sa Settembru 2000, u l-aħħar wieħed sa Ġunju 2001. Qed isir kull sforz biex ikunu kkontrollatti aħjar il-fatturi li jaffettwaw sew meta jitlestew il-vapuri, kif ukoll kemm finalment jiġu jiswew. Il-management tal-Malta Shipbuilding, qed jimplimenta ċertu tibdil fl-organizazzjoni tax-xogħol biex titjieb il-produttivita u tikber l-effiċjenza. Qed isir sorveljar aħjar tax-xogħol, u l-management qed jintervjeni aktar malajr meta jitfaċċaw il-problemi. Qed isir ukoll sforz biex l-management tasallu informazzjoni fuq il-produzzjoni aktar malajr biex ikun jista jaġixxi fil-waqt. It-tliet vapuri huma stmati li ser jiswew b'kollox Lm43 miljuni, li jinkludi ukoll l-ispejjeż tal-finanzjarjament tagħhom.

Tarzna — Managers eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħatrux t-tliet managers eżekuttivi biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol fit-Tarzna tal-Marsa? Jekk iva, min huma? Jekk le, meta se jinħatru? X'tip ta' għajnuna se tintalab mill-konsulenti Norveġjiżi għat-tmexxija aħjar tat-Tarzna? Fiex waslu l-pjani tar-riformi meħtieġa għat-tmexxija aħjar tat-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tliet managers eżekuttivi li ser jingħataw l-inkarigu li jsaħħu l-organizazzjoni tat-tarzna ġew magħżula. Dawn huwa Victor Galea, li ser ikollu l-kariga ta' Chief Executive Officer mit-2 ta' April 1999. Anthony Restall li għandu l-kariga ta' Human Resources Executive beda jaħdem mal-Malta Shipbuilding fl-1 ta' Frar 1999. Waqt li Ivan Borg ser jibda jaħdem bħala Finance Executive mill-1 ta' Marzu 1999. Il-konsulenti Norveġiżi ser jintalbu biex jgħinu lit-tarzna fl-organizazzjoni tax-xogħol fil-workshops u fil-baċir tat-tarzna. Dawn għadhom esperjenza ta' tmexxija b'suċċess fit-tarznari tagħhom fin-Norveġja. Il-management ġdid tat-tarzna beda jikkonċentra fuq il-problemi relatati mas-superviżjoni tax-xogħol, il-ħarsien tad-dixxiplina mill-ħaddiema kollha, u t-taħriġ tal-line managers, il-foreman u ċ-chargemen fis-sengħa tat-tmexxija. Aktar 'il quddiem ser isir programm ta' taħriġ għall-livelli l-oħra tal-ħaddiema. Qed tingħata importanza speċjali biex tkun introdotta management information system bażika li tgħin lill-managers jiksbu nformazzjoni fżwaqtha ta' kif kien sejjer ix-xogħol billi s-sistemi li jeżistu llum mhumiex tajbin biżżejjed. Qed isiru laqgħat ma' gruppi ta' ħaddiema biex dawn ikunu nvoluti fil-proċess ta' konsultazzjoni qabel ikun introdott xi tibdil fis-sistemi tax-xogħol.

Msida — Triq Gwann Mamo - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ġo Triq Gwann Mamo, Imsida billi hemm dlam esaġerat matul il-lejl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

UE — Tarznari Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern jekk l-EU tinsisti li jipprivatizza jew jagħlaq it-tarznari f'Malta? Jista' jgħid jekk huwiex se jaċċetta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li wieħed jista' jagħti tweġiba għal mistoqsijiet ipotetiċi bħal din. Sa fejn naf jiena, l-Unjoni Ewropea ma tinsistix ma' pajjiżi aspiranti li jsiru membri biex jgħalqu t-tarznari tagħhom, iżda biex jagħmlu ristrutturizazzjoni; ħaġa li pajjiżna diġa' beda jwettaq u li trid issir independentament minn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Tajjeb ukoll li ngħid li l-Gvern huwa impenjat biex it-tarznari isiru vijabbli u mhux jibqgħu piż daqshekk kbir fuq il-poplu Malti.

Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jneħħi t-300 levy fuq prodotti li kien wiegħed lill-EU li se jneħħi fl-1995?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tneħħija tal-levies hija materja li għad trid tiġi diskussa mal-partijiet konċernati u għalhekk huwa prematur wieħed jgħid meta xi levies ser jitnaqqsu jew jitneħħew.