Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-Ħaddiema tac-Ċentru Ħidma Soċjali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja, mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tas-Sedqa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000, l-Aġenzija SEDQA ma għamlet l-ebda trasferiment ta' ħaddiema bejn diviżjoni u oħra jew dipartiment u ieħor.
Iżda, jista' jagħti l-kas, li fid-Diviżjoni tal-Kura, xi ħaddiema intalbu jagħmlu xogħol f'"Units" oħra skond il-ħtieġa, iżda baqgħu fl-istess Diviżjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-Gvern bħala pensjoni minima nazzjonali tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali mnaqqsa matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni taż-żewġ terzi matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali miżjuda matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali għal min jirtira matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' fulltime u part-time matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena sa l-1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda reġistrati ma' l-ETC fuq bażi ta' full time u part time matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
BDIEWA, RAĦĦALA/PRODUTTURI U SAJJIEDA
Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time
----- ---------------- ----------------
Diċembru 1995 2,444 674
Diċembru 1996 2,363 687
Diċembru 1997 2,252 469
Diċembru 1998 2,170 705
Diċembru 1999 2,122 755
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena sa l-1999 fuq bażi ta' fulltime u/jew part-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fl-agro industrija matul dawn l-aħħar ħames snin fuq bażi full time u part time kien kif ġej:
AGRO INDUSTRIJALI
Xahar Mpjieg Full Time Mpjieg Part Time
----- ---------------- ----------------
Diċembru 1995 1,861 L-informazzjoni ma
kienitx tinżamm
Diċembru 1996 1,818 104
Diċembru 1997 1,814 118
Diċembru 1998 1,802 135
Diċembru 1999 2,351 292
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għal xi żmien kienu homeless matul is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi matul is-sena li għaddiet d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali irċieva 5 applikazzjonijiet minn persuni li għal xi żmien iddikjaraw li kienu 'homeless'.
Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Karozzi impressed
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemmx karozzi "impressed" mas-Segretarjat tal-Ministru tal-Politika Soċjali. Hemm 21 karozza "impressed" mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Department of Social Security 7
Department of Industrial and Employment Relations 3
Department of Family Welfare 3
Department of Social Housing 3
Department of Housing Authority 1
Department of Housing Construction and Maintenance 4
L-impjegati "impressed" huma fuq kuntratt għas-servizz tax-xogħol li jiġġedded kull tlett xhur. Il-Gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta fil-programm elettorali tiegħu dwar l-impjegati "impressed".
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala allowance ta' ltim matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-Gvern bħala pensjoni għal invalidita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fiha nformazzjoni dwar in-numru ta' benefiċċjarji/talbiet u l-ispiża għal benefiċċji li tħallsu taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) matul l999. Tajjeb li ngħid li l-figuri dwar l-ispiża huma figuri proviżorji, 'l għaliex il-kontijiet tas-sena 1999 għadhom mhumiex magħluqa minn naħa tat-Teżor.
F'din it-tabella l-Onor. Interpellant għandu jsib l-informazzjoni dwar il-benefiċċju ndikat minnha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni għal invalidita' minima nazzjonali matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-Gvern bħala pensjoni miżjuda għal invalidita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċji mħallas mill-gvern bħala allowance speċjali tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug), fl-1999 saru l-ispejjeż imsemmija kif jider fl-Appendiċi A mill-entitajiet konċernati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Appendiċi A.
Minbarra dan, id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi li jamministra il-Vot Kapitali ta' l-Informatika tal-Ministeru, ħallas lil MITTS is-somma ta' Lm46,278 b'kuntratti biex isiru it-testijiet fuq il-computers u s-sistemi ta' l-informatika. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-informazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jeżistu Wages Councils f'pajjiżna, għal-liema setturi, u kif u minn min huwa ffurmat kull Wages Council?
Jista' jgħid jekk hemmx Wages Councils mhux imwaqqfin jew xi postijiet vojta f'dawk eżistenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent hemm żewġ "Wages Councils" konstitwiti; il-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Tindif, u l-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Sigurta'.
Il-Kunsilli tal-Pagi huma komposti minn dawn il-persuni:
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' TINDIF
Persuni Indipendenti
--------------------
Dott. Ian Micallef - Chairman
Dott. Nicholas Bonanno - Deputat Chairman
Is-Sur Anthony Attard
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali
--------------------------------- --------
Is-Sur Emanuel Degiorgio
Is-Sur Victor Del Ceppo
Is-Sur Ray Fenech
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema
----------------------------------- ----
Is-Sur Lino Vassallo
Is-Sur Gaetan Mercieca
Ms Christine Gauci
Segretarju
----------
Is-Sur Anthony Azzopardi
KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' SIGURTA'
Persuni Indipendenti
--------------------
Is-Sinjura Carmen Delia - Chairperson
Is-Sur Joseph Borg - Deputat Chairman
Is-Sur Joseph Cassar
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali
--------------------------------- --------
Is-Sur Ray Attard
Is-Alfred Mallia Milanes
Is-Sur Gordon Mifsud
Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema
----------------------------------- ----
Is-Sur Joe Morana
Is-Sur Karmenu Vella
Is-Sur Arthur Rossi
Segretarju
----------
Is-Sur Anthony Azzopardi
Hemm 29 Kunsill tal-Pagi mhux kostitwiti. Fil-bidu tas-snin disgħin, xi Kunsilli tal-Pagi ġew kostitwiti għal-żmien determinat biex jemendaw is-siegħat ta' xogħol għal-erbgħin siegħa fil-ġimgħa.
M'hemmx postijiet vojta fil-Kunsilli eżistenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir spazju riżervat quddiem id-dar tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li juża s-siġġu tar-roti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ħareġ il-permess tiegħu biex isir ir-Reserved Parking quddiem ir-residenza tal-persuna konċernata fit-18 ta' Jannar 2000. Il-Unit għall-Ambjent Nadif tal-Ministeru ta' l-Ambjent qed jieħu ħsieb li jimplimenta din id-deċiżjoni.