Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas-self employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li meta l-Onorevoli Interpellant għamel il-mistoqsija kellu f'moħħu l-laqgħat li saru għal dawk li jaħdmu għal rashom dwar it-tħaddim tas-sistema tal-VAT u li fiha ħa sehem wieħed mis-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi.
Is-Segretarju Parlamentari ħa sehem f'dawn il-laqgħat li fihom ġie spjegat lil dawk li jaħdmu għal rashom dak kollu relatat mas-sistema tal-VAT inkluż roħs fil-prezzijiet fejn applikabbli.Eżempju ċar ta' dan kien ir-roħs li sar fil-prezz ta' ċertu mediċini.
Jista' l-Ministru jagħti l-job description ġdid ta' l-inspectors/instructors li qed joħorġu fil-ħwienet biex jissorveljaw ċaqliq fil-prezzijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għal dawn l-aħħar snin l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kellu numru ta' skrivani li jimmonitorjaw il-prezzijiet fis-suq ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala market leaders. Dawn l-iskrivani ma ngħataw l-ebda job description ġdid.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għall-għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mekkaniżmu li għandu l-Gvern għad-dispożizzjoni tiegħu biex jipproteġi l-konsumatur minn għoli bla ġustifikazzjoni tal-prezzijiet, huwa l-istess li kellha l-amministrazzjoni Laburista. Hija prerogattiva tal-Gvern preżenti li jkompli jeduka lil kulħadd f'dan il-qasam. Naħseb li t-tattika tal-persważjoni hija l-aħjar għodda f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid: (1) Kemm hemm managers illum mal-MIA? (2) Kemm kien hemm managers fl-MIA fit-30 ta' April, 1998? (3) Dawk li kienu managers fit-30 ta' April 1998, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (4) Dawk li huma managers illum, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (5) Meta saru managers dawk li llum huma f'dan il-grad?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-management team tal-Malta International Airport plc hu magħmul minn diversi gradi u mhux minn managers biss.
1. Ma' l-MIA illum hemm għaxar (10) Managers.
2. Fit-30 ta' April 1998 ma' l-MIA kien hemm ħames (5) Managers.
3. Il-ħames Managers li kien hemm ma' l-MIA fit-30 ta' April 1998 bdew
jaħdmu ma' l-MIA fid-dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt:
i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta'
Manager.
ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta'
Manager.
iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta'
Executive.
4. L-għaxar Managers li hemm illum ma' l-MIA bdew jaħdmu ma' l-MIA fid-
dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt:
i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta'
Manager.
ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta'
Manager.
iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta'
Executive.
vi. Persuna 'F' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Konsulent
vii. Persuna 'G' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Jannar 1992 bħala Executive.
viii. Persuna 'H' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 bħala Executive.
ix. Persuna 'I' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala SATCO.
x. Persuna 'J' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Maġġur.
5. i. Persuna 'A' fl-4 ta' Jannar 1994.
ii. Persuna 'B' fl-1 ta' Ottubru 1991.
iii. Persuna 'C' fil-15 ta' Ġunju 1991.
iv. Persuna 'D' fil-15 ta' Ġunju 1991.
v. Persuna 'E' fis-6 ta' Lulju 1995.
vi. Persuna 'F' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
vii. Persuna 'G' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
viii. Persuna 'H' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
ix. Persuna 'I' fl-4 ta' Diċembru 1998.
x. Persuna 'J' fl-4 ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation se tagħti servizzi permanenti ta' l-ilma lir-residenti ta' Dokkina, Ħal Luqa peress li dawn ilhom xhur sħaħ b'servizz temporanju?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm installat main ġdid fl-inħawi ta' Dokkina f'Ħal-Luqa. Il-main temporanju kien sar sakemm jitqiegħed il-main il-ġdid biex il-provvista ta' l-ilma ma tkunx interrotta.
Issa l-Korporazzjoni ser tibda tibdel is-servizzi ta' l-ilma mill-main il-ġdid sal-meters ta' l-ilma fid-djar tar-residenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' petrol stations f'Malta u Għawdex separatament? Hemm xi intenzjoni li jiftħu oħrajn ġodda? Jekk fl-affermattiv, f'liema lokalitajiet huwa maħsub li jiftħu? Mill-petrol stations eżistenti, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom għandhom ATM's?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-ministeru fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l-amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta' Jannar u wara? Fiex intnefqu dawn il-flus?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont totali li tħallas għal reklamar sal-31 ta' Diċembru 1998 in konnessjoni mad-dħul u l-amministrazzjoni tal-VAT kien ta' Lm2259.34c. Dan l-ammont intefaq biex ġew reklamati laqgħat ma' dawk li jaħdmu għal rashom fejn ġie spjegat lilhom it-tħaddim tas-sistema.
Rigward ammonti mħallsa wara l-1 ta' Jannar 1999, l-informazzjoni għadha qed tinġabar
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti sabiex jitwaħħlu aktar bozoz/lampi/arbli ġodda flok dawk imsadda u manutenzjoni ta' xort'oħra fl-istreet lighting tat-12-il distrett, Rabat, Mġarr, St. Paul's Bay, Mellieħa u limiti tagħhom, jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' xogħlijiet għal Marzu, April u Mejju, 1999?