Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-paga tad-diversi kategoriji ta' mpjiegi fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar u minn hu intitolat għal overtime jew allowances minn dawn l-impjegati? In oltre, jista' l-Ministru jispjega kif impjegati fi ħdan l-istess awtorita' jaqbżu s-Lm7000 fis-sena filwaqt li oħrajn fl-istess kategorija jaqbdu biss il-paga normali tagħhom? Jista' l-Ministru jelenka l-kriterji għal din id-disparita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pagi mħallsa lill-impjegati ta' l-Awtorita' tad-Djar mill-grad ta' Amministratur l-isfel huma dawk li jirriżultaw mill-Fethim Kollettiv iffirmat bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Union Ħaddiema Maqgħudin li jkopri għas-snin 1998, 1999 u 2000. Dawn il-gradi huma intitolati għall-ħlas ta' 'overtime'. Il-ħlas għall-'overtime', li jingħata skond l-esiġenza tas-Servizz, jiġi magħdud mal-paga bażika ta' l-impjegat.

Djar — Każ H 16149

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16149: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 14895

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 14895: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 16335

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16335: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 15932

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 15932: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 15738

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 15738: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma kien hemm ebda trasferiment mill-Awtorita' tad-Djar. It-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tax-xogħol.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ingħataw seba (7) transfers mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani. Dawn kollha ingħataw fuq talba tagħhom stess. Trasferimenti fil-futur qarib isiru fuq talba ta' l-individwi meta dan ikun possibbli jew skond l-esiġenzi tas-servizz.

Ċentru Detox — Numru ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew fiċ-ċentru detox matul is-sena 1999? Kemm minn dawn kienu ġodda? X'eta' kellhom il-ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li attendew fiċ-Ċentru tad-Detox matul l-1999 kien ta' 797. Minn dawn, 134 kienu ġodda. L-etajiet ta' dawk ġodda huma kif ġej: ETA' IRĠIEL NISA 15 - 19 24 3 20 - 24 43 9 25 - 29 26 6 30 - 34 10 1 35 - 39 6 0 40 - 44 4 1 45 - 49 0 1 50+ 0 0 TOTAL 113 21

Benefiċċji soċjali — Gratifikazzjoni taż-żwieġ (ta' armla)

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala gratifikazzjoni taż-żwieġ (ta' armla) matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.

Benefiċċji soċjali — Maternita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern għall-maternita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.

Benefiċċji soċjali — Għotja taż-żwieġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta'benefiċċju mħallas mill-gvern bħala għotja taż-żwieġ matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.

Benefiċċju speċjali għal Disimpjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont imħallas mill-gvern għall-benefiċċju speċjali għall-disimpjieg matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.

Benefiċċji għall-disimpjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont imħallas mill-gvern għall-benefiċċju għall-disimpjieg matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.

Politika Soċjali — Karozzi Impressed

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12832, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema impressed mal-gvern, wara li dawn qabel l-elezzjoni kienu ġew imwiegħda li se jiġu impjegati dirett mal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 12,980, partikolarment l-aħħar paragrafu ta' dik it-Tweġiba.

ETC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-ETC? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 6 transfers lill-ħaddiema ta' l-ETC. 4 fuq talba tagħhom stess 1 fuq raġunijiet amministrattivi 1 wara li l-individwu ngħata promozzjoni Bħal ma sar dejjem, fl-ETC trasferimenti dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizzi.

Dipartiment tad-Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema mal-Maintenance Section tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda trasferimenti mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-perjodu msemmi.

Dipartiment tad-Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul il-perjodu indikat sar trasferiment wieħed ta' skrivan li mar fis-segretarjat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.