Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17642 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun Palace Hotel

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjan li bih ser tiġi żviluppata l-area tas-Selmun Palace Hotel, u dan wara li skont il-media, dan il-pjan ġie approvat mill-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy għas-sit tas-Selmun Palace Hotel. Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dokument mitlub minnu jista faċilment jinkiseb mis-sit elettroniku tal-MEPA: http://www.mepa.org.mt/home
Leg 12 PQ #17657 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17445 jista' l-Prim Ministru jagħti l-indirizz speċifiku għal kull każ ta' espropriju li ssemma fir-risposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf ben tajjeb l-Onorevoli Membru, artijiet illi jinbiegħu u jinxtraw jiġu deskritti fil-kuntratti relattivi, bil-lokalità, daqs u l-irjieħat biss u mhux b’indirizz speċifiku. Annessa hawn l-informazzjoni neċessarja li turi l-kuntratti li saru fuq dawn l-artijiet. Numru tal-Kuntratt Data tal-Kuntratt Deskrizzjoni tal-Proprjetà li ngħatat bi tpartit 48 01/03/2013 Land tal-Kotob Zejtun 50 05/03/2013 Land ta' Wied Ghollieqa San Gwann & Land at Ta' Xghajrat Swieqi 26 07/03/2013 Land at triq il-Wardija Qala Gozo 16 08/03/2013 Land tat-Torba M'Xlokk 56 13/03/2013 Land tal-Karruzzin San Lawrenz Gozo 20 25/03/2013 Land at Fort Cambridge Fortina Sliema 48 06/09/2013 Land at Ghaxaq 52 25/09/2013 Land Tal-Hawlija Rabat Malta 24 27/02/2014 Land at Luqa 63 11/06/2014 Land at Zejtun - Naxxar 78 17/07/2014 Divided portion of land at Munxar Gozo 100 21/10/2014 Land at Luqa 91 16/12/2014 Premises in Valletta (3/56 share )ta' blokk bini bl-arja rispettiva tieghu li jinsab Triq San Kristoforu, il-Belt Valletta kantuniera ma’ Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta, 1 06/01/2015 Land ta Bennieri Siggiewi 10 21/01/2015 Land at M' Scala 13 28/01/2015 Dirett Dominium ta' fond Nru 73 Triq Manwel Dimech Sliema k/m Triq Gwann il-Battista Str Sliema, Land at Siggiewi, Qormi & Bahar ic-Caghaq 26 13/03/2015 Land at Xlendi Munxar Gozo 17 23/03/2015 Land at Swieqi 32 10/04/2015 Land at Zejtun & Bahar ic-Caghaq
Leg 12 PQ #17337 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiswija ta’ maħżen

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir ix-xogħol sabiex jiġi msewwi l-maħżen li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu bżonn ta’ tiswijiet kemm esterni kif ukoll interni peress li huwa ta’ periklu għall-pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maħżen li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma jirriżultax li huwa proprjetà tal-Gvern.
Leg 12 PQ #17407 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Belt Valletta – proprjetajiet u/ jew artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li qegħdin fil-proċess illi jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17408 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Belt Valletta – proprjetajiet u/ jew artijiet mgħoddija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentament ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17599 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Home Ownership Plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka n-numru ta’ Home Ownership Plots li fl-aħħar sentejn id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tagħhom għall-art meħuda bejn l-1981 u l-1983 u b’hekk min bena daru fuq dawn il-plots issa sar sid ta’ daru għall-ewwel darba? Jista’ jelenka l-ibliet jew rħula ta’ dawn il-każijiet li ġew solvuti fl-aħħar sentejn u kemm tħallsu flus għal dan fl-aħħar sentejn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma jirrizultax li f’dawn l-aħħar sentejn sar hlas lil sidien ta’ art li ttieħdet mill-gvern għal skop ta’ Home Ownership bejn is-snin 1981 u 1983.
Leg 12 PQ #17600 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ Acquisition/Recognition rents kapitalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm każijiet ta’ acquisition/recognition rents ġew kapitalizzati (fl-aħħar sentejn) ta’ esproprji li kienu bil-possession and use? Jista’ jgħid f’liema bliet jew irħula kienu dawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17601 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – allokazzjoni ta’ proprjetà fi Pjazza San Ġwann mid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013, id-Dipartiment tal-Artijiet allokawx, taħt kwalsiasi titlu, xi proprjetà fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, jew xi fond (inkluż appartament) li jagħti għal fuq din il-pjazza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17609 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qbiela fuq art agrikola — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward qbiela fuq art agrikola?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona fejn għandu l-art agrikola l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament għadha qed tinħadem. Peress li għad fadal numru ta’ applikazzjonijiet taħt l-Iskema tal-Qbiela li għadhom qed jinħadmu, l-applikazzjoni ta’ dan l-individwu ser tiġi proċessata mall-applikazzjonijiet l-oħra li hemm f’din iż-żona.
Leg 12 PQ #17611 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta' impjegati mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mal-Gvern jew entitajiet li fihom il-Gvern għandu interess bejn is-sena 2010 u 2013, sena b'sena u f'liema kariga ġew ingaġġati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #17612 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17488 u jgħid kif id-Dipartiment tal-Artijiet jaħdem l-interessi dovuti fuq kumpens għall-esproprju de facto li sar qabel l-1987? Liema hu l-artiklu fil-liġi li jitlob li l-interessi dovuti għandhom jiġu miżjuda mal-valur tal-kumpens tal-esproprju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imgħaxxijiet dovuti fuq kumpens għall-esproprjazzjoni de facto li saret qabel l-1987 u li dwarha ma kienx hemm Dikjarazzjoni mill-President ta' Malta, jiġu kkalkulati bil-5% fuq il-valur tal-art fid-data ta' teħid ta' pussess mill-Gvern ta' l-art in kwistjoni, u dan skont il-provediment tal-Artiklu 7(2)(a) tat-transitory provisions tal-Ordinanza dwar l-Akkwist tal-Artiiet għal Skopijiet Pubbliċi Kapitolu 88 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #17613 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ownership Scheme – sidien oriġinali tal-artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17444 u jgħid kemm-il sid oriġinali tal-artijiet li kienu għadhom taħt konvenju tħallsu taħt l-ownership scheme maqsumin sena b’sena bejn l-2008 u l-2013 skont il-lokalitajiet differenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17614 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-iskop pubbliku għal kull każ li semma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17445 fejn tħallas l-espropju b’permuta, fl-intier jew parti minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17647 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – lista ta’ toroq f’żoni turistiċi

Question

B`referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17464, jista` l-Prim Ministru jwieġeb dak elenkat fid-domanda peress li parti mir-responsabbilità għall-kontenut tad-domanda hija tal-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar tar-regolamenti rigward xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ ta’ bini jaqgħu fir-reponsabilta` tal-Building Regulation Office u għalhekk il-mistoqsija għandha tigi riferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #17651 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA u Dipartiment tal-Artijiet – Faċilità Tal-Iskateboarding

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17485 u jgħid jekk hemmx permessi mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet għall-faċilità tal-iSkateboarding li tinsab u li qed tintuża fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra u li l-Kunsill Lokali preċedenti ta’ San Pawl il-Baħar kien ippermetta li din l-istess faċilità tibda tintuża?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 12 PQ #17687 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Commission — binja użata bħala uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Public Service Commission tużax il-fond magħruf, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala uffiċini tagħha taħt titolu ta' kera? Jekk iva, jista' jgħid kemm qed tħallas kera l-PSC u jgħid ukoll minn meta bdiet din il-kirja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tgħarraf lill-Onor. Interpellant li wara diversi tentattivi sabiex issib ufficini alternattivi minn dawk li kienet tokkupa fil-Palazz tal-President, liema tentattivi bdew fis-sena 2009 wara talba mill-amministrazzjoni precedenti, hija kriet sular wieħed mill-fond riferut għall-u¿u tagħha. Din il-kirja bdiet fl-1 ta’ Novembru 2014. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qed tħallas kirja ta’ €60,000 fis-sena, jiġifieri €40,000 inqas minn dak li kien lilha approvat mill-Ministeru tal-Finanzi fl-2010. Dan meta fl-2010, il-Kummissjoni kienet qed tinnegozja kirja ta’ €100,000, liema kirja kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #17690 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru – full complement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-full complement ta’ impjegati fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ta’ Segretarju Parlamentari inbidilx? Jekk iva, kemm huwa n-numru ta’ impjegati skont il-full complement il-ġdid fiż-żewġ każi rispettivi? Jekk le, jista’ jinforma lill-Kamra jekk kien hemm każijiet fejn saru xi eċċezzjonijiet? Liema huma dawn il-każijiet? U f’dawn il-każijiet kemm hu l-ammont ta’ impjegati li ġie permess li jkunu ngaġġati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-complements fis-Segretarjati Privati huma regolati mill-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013. Ma kien hemm ebda tibdil f’dawn il-guidelines u ebda eċċezzjonijiet fis-Segretarjat Privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari kif imsemmija fil-mistoqsija tagħha.
Leg 12 PQ #17691 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri u s-Segretarji Parlamentari – skemi ġodda ta’ ingaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux infurmat b’xi skema ġdida fejn il-Ministeri u s-Segretarji Parlamentari qed jitħallew jingaġġaw nies magħhom minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, iżda jibqgħu jitħallsu mill-entità li ġew mislufin minnha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant tirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17692.
Leg 12 PQ #17692 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat Privat tal-Ministeri/Segretarji Parlamentari – persuni sekondati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk teżistix prassi li permezz tagħha persuni li jkunu jaħdmu ma’ entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu jiġu ssekondati mas-Segretarjat Privat tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari iżda jibqgħu jitħallsu mill-entità tal-impjieg oriġinali tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma tezisti l-ebda prassi fissa kif qed tirreferi għalija hija. F’każijiet li qed tagħmel riferenza għalihom hija, wiehed ikun irid ihares lejn il-policies tal-entita in kwistjoni u x-xogħol li jkunu mehtiega jagħmlu l-uffiċċjali fis-Segretarjat Privat.
Leg 12 PQ #17694 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba hija fin-negattiv. Dwar in-numru ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjati Privati, nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013.