Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14821 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola nawtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti ta' l-iskola nawtika ma jitħallewx jużaw il-librerija regolarment għax min jieħu ħsiebha jkun qed jagħti kors lill-istudenti oħra? Ma jistgħux isiru arranġamenti biex xorta tintuża l-librerija u dawn l-istudenti żgħażagħ ma jibqgħux jiġu stmati bħal tfal żgħar li ma tistax tafdahom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Iskola Nawtika huwa żgħir wisq sabiex jiġi maħtur librar. Għaldaqstant ġie stipulat ħin meta l-librerija tkun miftuħa għall-użu ta' l-istudenti. Nirreferi wkoll għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 14822 ta' l-istess interpellant.
Leg 9 PQ #14822 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola nawtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul din is-sena skolastika biex il-bini ta' l-iskola nawtika jiġi riabilitat u l-iskola ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih? Xi pjani hemm biex tiġi żviluppata din l-iskola mawtika u l-bini tagħha ma jibqax żdingat kif inhu?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-futur ta' l-iskola Nawtika u l-pjan għall-iżvilupp tagħha qed jiġi diskuss fid-dawl ta' l-inklużjoni tas-suġġetti mgħallma fil-kullegg vokazzjonali.
Leg 9 PQ #14823 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard - Skola Tumas Dingli

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-istudent, li ismu qed jintbagħat separatament, jingħatalu facilitator, anke fid-dawl li fil-klassi tiegħu diġa' hemm facilitator li tieħu ħsieb żewġt itfal u tista' tibda tieħu ħsieb it-tielet wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi ġie riferut lill-Istatementing Board fis-26 ta' Jannar 2000 u għada ma tteħditx deċiżjoni fil-każ tiegħu. Informat ukoll li l-facilitator indikata ma tkunx il-ħin kollu fil-klassi ta' dan l-istudent għaliex tieħu wkoll ħsieb student fi klassi oħra. Madanakollu, meta tkun fil-klassi tiegħu, din il-facilitator diġa` tieħu ħsieb, apparti ż-żewġ studenti li għandha, lil student ieħor li qed jistenna wkoll li jkun assessjat u lill-istudent li rrefera għalih l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #14824 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Jum Dinji tal-Ktieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħatar il-kumitat nazzjonali biex jorganizza attivitajiet għal Jum Dinji tal-Ktieb tas-sena 2000? Min huma l-persuni f'dan il-kumitat? Kemm-il darba ltaqgħu matul l-1999 u l-2000? X'attivitajiet organizza? X'fondi kien hemm għall-użu tiegħu? Kif intefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa ntqal pubblikament, l-inizjattivi konnessi mal-Jum Dinji tal-Ktieb ġew organizzati mis-servizz tal-Libreriji ta' l-iskejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #14962 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Klabb tar-Regatta

Question

Peress li l-club tar-Regatta tal-Birgu dejjem, tul dawn l-aħħar snin, ingħata permess li juża maħżen fix-xatt ta' Sant'Anġlu, sabiex fih ipoġġi d-dgħajjes tat-tiġrija għar-regatta ta' Marzu, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li din is-sena ma ngħatawx permess jagħmlu użu minn dan il-maħżen? Jaf il-Ministru li jekk il-klabb ma jkollux dan il-maħżen, huma ma jmorrux għar-regatta, u allura r-regatta tista' tkun fil-periklu li ma ssirx, b'mod partikolari dik taż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14993 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-youth centres humiex regolati b'xi liġi? Jekk le, hemm ħsieb li fil-futur jidħlu liġijiet simili? Jekk iva, xi pjanijiet qed isiru?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm Youth Centre ma jkunx ukoll każin allura mhu regolat bl-ebda liġi speċjali u jgħoddu għalih il-liġijiet normali.
Leg 9 PQ #15000 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fine Arts Museum — Esebizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru l-esebizzjoni artistika li saret ġewwa l-mużew tal-Fine Arts dan ix-xahar u li kienet espressjoni ta' ħsieb kontra l-kaċċa u l-insib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fi kwalunkwe mument, fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti jkunu għaddejjin żewġ wirjiet ta' arti kontemporanja, waħda fil-Loggia u l-oħra fis-sala ta' ġewwa. Informat ukoll li fir-rigward ta' dawn il-wirjiet ta' arti kontemporanja, bħal ma kienet il-wirja li qiegħed jirreferri għaliha l-Onor. Membru, u li d-dħul għalihom huwa b'xejn għal kulħadd, ma tinżammx statistika ta' kemm żaruha nies.
Leg 9 PQ #13323 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali — Għanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-għanijiet li twaqqfet għalihom il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u x'pubblikazzjoni ħarġet u x'attivitajiet organizzat l-istess fondazzjoni minn mindu twaqqfet sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-fondi pubbliċi li tingħata l-fondazzjoni għax-xogħol li tiżvolġi u tagħmel? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-att tat-twaqqif ta' l-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14591 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin totali ta' coverage fuq aħbarijiet tal-PBS li ngħata l-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Ministri, kelliema ewlenin jew kelliema ta' l-Oppożizzjoni s-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Public Broadcasting Services Ltd ma żżommx statistika ta' din il-kwalita`.
Leg 9 PQ #14768 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħditx xi deċiżjoni mill-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali dwar jekk għandhiex titgħatta l-pixxina fix-xitwa? Saru xi taħdidiet ma' dawk li applikaw biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk iva, ma' min saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord identifika l-aħjar ħames applikazzjonijiet fuq bażi teknika. Id-dettalji finanzjarji għal dawn l-applikazzjonijiet ser jiġu miftuħa mid-dipartiment tal-kuntratti meta mbagħad tiġi meħuda deċiżjoni definittiva fuq il-proġett. Sa issa l-ebda diskussjonijiet ma saru ma' dawn il-ħamsa.
Leg 9 PQ #14769 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq x'użu qiegħed isir mid-diving boards? Meta sar l-aħħar manteniment fuqhom? X'sar? Qed isir reklamar biex għaqdiet barranin u anke lokali jibdew jużaw id-diving area għal taħriġ u/jew kompetizzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li manteniment fuq l-equipment ta' l-ispring boards huma on-going. Fil-fatt waħda minn dawn instabet imxaqqa u ser tiġi mibdula totalment. Fil-futur qarib ser ikun hawn f'Malta kompetizzjoni Internazzjonali. Brochure ġdid qed jiġi propost f'dawn il-jiem. Dan ser jgħin ħafna għal marketing tal-faċilitajiet fil-kumpless.
Leg 9 PQ #14770 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — Impjanti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-impjanti ġodda li beħsiebu jibni l-gvern għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Membru li l-faċilitajiet li qed jinbnew fit-tlett snin li ġejjin (tlett ċentri sportivi reġjonali) ikunu jistgħu jilqgħu xi dixxiplini fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ser isiru f'Malta fl-2003
Leg 9 PQ #14771 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar — Impjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjanti eżistenti li l-gvern beħsiebu jirranġa/jkabbar għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'Malta? X'se jiġi rranġat/mkabbar? Kemm se jiswa f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-onor.Membru li għaddejjin diskussjonijiet mal-Kumitat Olimpiku Malti dwar l-impjanti eżistenti li jistgħu jiġu utilizzati għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li ser isiru f'Malta fl-2003. Id-deċiżjoni finali dwar l-impjanti tittieħed wara li jkun finalizzat liema dixxiplini ser jiffurmaw parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Sadanittant ninforma lill-onor. Membru li irrispettivament mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, dan il-gvern beda ħidma sabiex jinbnew faċilitajiet sportivi ġodda u jiġu upgraded faċilitajiet eżistenti. Dan ix-xogħol jinkludi t-tlestija ta' zewġ Squash Courts, il-bini ta' Fitness Gym u uffiċini ġodda għal- MOC flimkien maż-żebgħa tal-faċċati fil-Pixxina Nazzjonali. Inġieb ukoll apparat ġdid għal dawn l-istess faċilitajiet ġodda. wara ħafna żmien beda` jsir xogħol fuq l-Atlethics Track tal-Marsa. Filwaqt li qed jitħejjew rapporti tekniċi dwar l-upgrading ta' track, qed isir xogħol fuq it-turf ta' l-istess track sabiex din tkun fl-aħjar kundizzjoni għall-atleti li qed jagħmlu it-tħejjijiet għall-logħob li jkollhom qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, bħall-Commonwealth u l-Mediterranean Games. Dan qed isir għaliex nemmnu li l-faċilitajiet sportivi ma jkunux tajbin għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biss, imma għal matul l-istaġuni kollha.
Leg 9 PQ #14772 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Ġlieda kontra d-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-gvern biex tiġi miġġielda d-droga fl-isport? Kellu talbiet f'dawn l-aħħar sena u nofs minn għaqdiet sportivi biex il-gvern jgħin f'testijiet fuq atleti, players tal-football minħabba d-droga? Jekk fl-affermattiv, liema kienu u x'għajnuna intalbet?

Response (GALEA, LOUIS)

Hija il-policy tal-gvern li l-għaqdiet sportivi li jitolbu xi forma ta għajnuna mid-dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, għandhom jaraw li jkollhom provediment fl-istatut dwar il-kontrolli kontra l-użu tad-drogi fl-isport tagħhom. Il-gvern qiegħed ukoll jirrifondi fuq bażi regolari lil dawk l-għaqdiet sportivi għal spejjeż li jirrigwardaw doping tests. Fil-fatt fl-1999 saru żewġ talbiet, waħda mill-MFA ( għall-ammont ta' LM 3768.37 ) u oħra mill-Malta Amateurs BodyBuilders Association ( għall-ammont ta' LM 494.60). Dawn iż-żewġ talbiet ġew milqugħa u fil-fatt, l-ammonti kollha rikjesti ġew rifonduti
Leg 9 PQ #14778 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Television — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara l-fatt illi ħafna persuni fiż-Żurrieq li jħallsu l-liċenzja tat-television ma humiex jirċievu c-channel 12 - UCH-22?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru l-kanali msemmija huma trasmessi mill-Melita Cable.
Leg 9 PQ #14808 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Technology education

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu/huma d-direttur/i ta' l-iskola tat-technology education? Xi grad għandhom u x'livell ta' edukazzjoni għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, filwaqt li ma hemmx xi skola speċifika tat-technology education, dan is-suġġett jiġi mgħallem fi skejjel tas-snajja u f'xi skejjel Sekondarji tal-Bniet. F'dawn l-iskejjel imsemmija, minbarra l-core subjects, jiġi mgħallem ukoll it-Technology Education. L-iskejjel huma : Marsa Boys' Trade School Umberto Colosso Boys' Trade School Naxxar Boys' Trade School Victoria Boys' Trade School Xagħra Girls' Trade School Cospicua Girls' Trade School Rabat Girls' Secondary School St. Andrew's Girls' Secondary School dawn l-iskejjel huma mmexxija minn Kapijiet ta'l-iskola.
Leg 9 PQ #14809 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Technology education

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel tat-technology education? F'liema lokal qegħdin dawn l-iskejjel? Kemm hemm għalliema u x'suġġetti jgħallmu? Jista' jgħid jekk saritx sahra f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Fiex saret is-sahra? Kemm-il siegħa saret? Kemm tħallsu flus f'sahra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemmx skola li speċifikament tgħallem it-technology education. Dan is-suġġett jiġi mgħallem fi skejjel tas-snajja u xi skejjel sekondarji tal-bniet u u n-numru ta' għalliema li jgħallmu f'dawn l-iskejjel hu kif jidher hawn taħt: Marsa Boys' Trade School 39 għalliem Umberto Colosso Boys' Trade School 76 għalliem Naxxar Boys' Trade School 80 għalliem Victoria Boys' Trade School 7 għalliema Xagħra Girls' Trade School 11 għalliem Cospicua Girls Secondary School 53 għalliem Rabat Girls' Secondary School 55 għalliem St. Andrews' Girls' Secondary School 38 għalliem Informat ukoll li t-tagħlim li jsir wara l-ħin ta' l-iskola mhux kunsidrat bħala sahra iżda extra teaching duties. Hemm żewġ kwalitajiet ta' lezzjonijiet li jsiru wara l-ħin: 1) lezzjonijiet lill-istudenti ta' l-istess skola, bħala "continuation lessons" 2) lezzjonijiet lil studenti li jattendu l-korsijiet ta' filgħaxija. L-iskejjel tas-snajja li fihom issir il-continuation huma Umberto Colosso ta' St.Venera u Stefano Zerafa tan-Naxxar. Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija qiegħed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #14813 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Barrieri - Ġebel Ċiantar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-barrieri fl-inħawi ta' Ġebel Ċiantar li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tat permess għal xogħol ta' tħaffir fihom dan l-aħħar?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14814 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statemating board

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna konkreta ngħatat s'issa l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mindu ħareġ r-rapport ta' l-istatementing board xahrejn ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14815 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cirkolari DCM61/98

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jinbidlu l-parametri taċ-ċirkolari DCM61/98 bid-data 12 ta' Novembru, 1998 dwar arranġamenti speċjali għad-dħul fil-Form I tal-junior lyceums u mal-kriterji għal expatriate candidates u returned migrants jidħol ukoll dak fejn it-tfal Maltin għandhom l-Ingliż bħala l-lingwa ewlenija tagħhom u allura jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet ta' l-istudji soċjali u r-reliġjoni bl-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-parametri msemmija fiċ-Ċirkulari DCM 61/98 bid-data 12 ta' Novembru 1998 u fiċ-Ċirkulari DCM 48/99 bid-data 26 t'Ottubru 1999 qegħdin jiġu riveduti fid-dawl tal-kurrikulu minimu nazzjonali l-ġdid u t-tibdiliet meħtieġa mistennija jidħlu fis-seħħ miegħu.