Proġett ta' Bieb il-Belt — Rilokazzjoni ta' gabbani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kien sar minn Gvern preċedenti mas-sidien tal-gabbani li kienu jbiegħu l-ħobż f'City Gate il-Belt, jiġifieri li dawn is-sidien jingħataw kjosks ġodda n-naħa tal-arrivals tal-bus terminus jew inkella jingħataw kumpens finanzjarju biex iċedu l-liċenzja għadhiex fis-seħħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-ftehim imsemmi mill-Onor. Interpellant għadu fis-seħħ u ż-żewġ sidien se jingħataw gabbani taħt l-istess kundizzjonijiet u obbligi li ngħataw l-operaturi l-oħra ta’ gabbani ġewwa Bieb il-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jkompli tal-proġett tal-junction tal-Kappara kif propost mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għandu l-ħsieb illi jkompli bil-proġett in kwistjoni u bħalissa qed jiġi mħejji rapport minn Transport Malta biex jiġi sottomess lill-MEPA bħalha parti mill-proċess tal-Applikazzjoni għall-Iżvilupp. Dan ir-rapport se jinkludi fih id-disinn li se jkun propost bħala parti mill-istess applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-keep clear bay li hemm fi Triq tal-Mużew maġenb il-bank HSBC fir-Rabat Malta hix legali għax fuq din in-naħa tal-bank m'hemm l-ebda dħul jew faċilità tal-bank filwaqt li hemm bay oħra ta' keep clear quddiem il-bank is-Saqqajja?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat minn Transport Malta li l-keep clear bay li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx approvata mill-awtorità u għaldaqstant l-awtorità se tieħu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-bandli f’San Ġwann hux se jsir kif kien imħabbar, skont il-permessi maħruġa u kif imwiegħed minn deputati li llum qegħdin fil-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li dan jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Jekk l-Onor Interpellant qiegħda tirreferi għall-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 296, nirreferiha għat-tweġiba mogħtija għal din l-istess Mistoqsija Parlamentari.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-grawd tal-football ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-proċess fuq dan il-proġett għadu fi stadju bikri fejn qed isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mad-Dipartiment tal-Kuntratti bil-għan li jiġi ippublikat it-tender għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat mal-kunsilli lokali li hu qed jagħmel ġie mistieden ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli? Jista' jgħid għal liema laqgħat attenda s-Segretarju Parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Mal-bidu ta’ din il-leġislatura, inhasset il-ħtieġa li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jibda jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha biex jiddiskuti magħhom suġġetti li jaqgħu taħt id-desasteru tiegħu. Matul dawn il-laqgħat, il-Ministru qed jisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku u problemi infrastrutturali fil-lokal, fost ohrajn, kif ukoll biex ikun f’ pożizzjoni aħjar biex ikun jista’ jippjana xi proġetti infrastrutturali ġodda li jistgħu jsiru matul il-ħames snin li ġejjin.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qed jinżamm regolarment informat b’ dawn il-laqgħat li qegħdin isiru.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 528
San Pawl il-Baħar u Buġibba — Promenade - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jassigura li qabel is-sajf li ġej issir il-manutenzjoni neċessarja u tindif mistħoqq fuq il-promenade ta' San Pawl u Buġibba? Jista' jelenka fid-dettall l-interventi li ħa jkun qed jagħmel fuq dawn iż-żewġ promenades fit-tliet xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
L-interventi li qegħdin u sejrin isiru huma dawn:
Kisi u tibjid tal-bolards tal-konkos
Żebgha ta’ railings tal-ħadid
Manutenzjoni fuq id-dwal u bankijiet.
Tibdil u rranġar tal-pavimentar
Kull intervent qiegħed isir bl-objettiv ikun li x-xogħol isir qabel l-istaġun turistiku.
B'referenza għall-mistoqsija numru 588, jista' l-Ministru jibgħat esperti ħalli jagħmlu assessment serju tat-Triq il-Palazzi fiż-Żejtun minħabba li anke l-parti l-kbira tat-triq li qed jingħad li hija fir-responsabbiltà tal-kunsill lokali mhux f'sitwazzjoni tajba?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat minħabba li l-assessment mitlub minnu huwa r-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali kknoċernat, u mhux ta’ Transport Malta, madanakollu lesti li naghtu kull ghajnuna.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol relatat mar-rikostruzzjoni tal-pitch tal-waterpolo ta' Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
L-għoti tal-kuntratt biex isir dan ix-xogħol huwa suġġett għal żewġ appelli fil-Qorti. Id-data tal-bidu tax-xogħol tiddependi mill-eżitu ta’ dwan iż-żewġ appelli.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura ġew impjegati 13-il persuna minn barra s-Servizz Pubbliku. Individwu wiehed kien jirreġistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kemm-il reserved parking ġiet approvata li titneħħa minn San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm tali bays ġodda ġew approvati fl-istess perijodu ta' żmien? Minn fejn tneħħew u fejn ġew approvati tali parkings ġodda?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li minn informazzjoni provduta minn Transport Malta rriżulta li kien hemm disa’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilita’ li ġew approvati ġewwa San Pawl il-Baħar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar. Fl-istess perjodu ġew imneħħija disa’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità. Qed naghti l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fil-lokalitajiet tat-12-il distrett li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta, għadhom ma sarux? Meta hu mistenni li jsiru dawn l-istess toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta għad iridu jsiru u huma nklużi fil-programm tax-xogħlijiet li għaddej bħalissa huma elenkati hawn taħt:
1. Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fi:
· Triq bejn Triq il-Mellieħa u Triq Dun Manwel Grima, Mellieħa
· Triq it-Trill, Mellieħa
· Triq Ħannewjia, Naxxar
2. Triq il-Konz u Triq Simar, San Pawl il-Baħar u Triq Sir William Jervois, Naxxar jagħmlu wkoll parti minn dan il-programm pero hemm problema biex jinbeda x-xogħol minħabba raġunijiet ta' ffurmar ta' triq, għax l-iżviluppaturi ta’ dawn it-toroq ma wettqux l-obbligi legali tagħhom u għalhekk dawn it-toroq għadhom taħt ir-responsabilta` tagħhom.
3. Ix-xogħlijiet ta’ Triq il-Qasab, Mellieħa ġew aġġudikati u bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex tkun tista’ tinħareġ sejħa għall-offerti għal Triq il-Qortin, Mellieħa.
4. Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar tagħmel ukoll parti minn dan il-programm pero’ hemm problema biex jinbeda x-xogħol minħabba raġunijiet t’esproprjazzjoni.
Fir-rigward ta’ toroq oħrajn li mhumiex fil-programm tax-xogħlijiet eżistenti imma li għad iridu jsiru minn Transport Malta, ninforma lill-Onorevoli nterpellant li s-sena l-oħra sar proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ Malta kollha, sabiex jissottomettu lista ta’ toroq fil-lokalita’ tagħhom li qatt ma nbnew. Dawn it-toroq qed jiġu vverifikati minn Transport Malta bil-għan li nistabbilixxu programm ta’ xogħol li jmiss għat-toroq residenzjali li qatt ma saru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol ta' restawr tas-Salini u sa meta se jitlesta? Min se jkun qed imexxi s-Salini u jipproduċi l-melħ meta r-restawr jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xoghol ta' restawr tas-salini għadu għaddej u issa li t-temp qaleb għall-aħjar ix-xogħol jista’ jieħu spinta l-quddiem. Dan il-proġett għandu jitlesta sal-aħħar ta’ 2014 minħabba li għad fadal xi sejħiet għal offerti li għad irridu jiġu publikati particolarment ix-xogħol fuq il-bur mielaħ (salt marsh) u x-xagħri in-naħa ta’ Kennedy Grove. Il-proġett ser ikun immexxi mill-Gvern iżda mhux eskluża il-possibilità li x-xogħol għall- ħsad tal-melħ issir minn nies immħarġa f'dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jindika meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq Triq Ġulju ċ-Ċentrujun, f'Buġibba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant x-xogħlijiet fit-triq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-proġetti/xogħlijiet li bħalissa huma għaddejjin fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u Buġibba mill-Ministeru tiegħu? Meta hu mistenni li kull biċċa xogħol/proġett jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Il-proġetti li għandu l-Ministeru f’Buġibba/San Pawl il-Baħar fil-preżent huma:
1. Il-proġett ta’ restawr tas-Salini . Dan il-proġett mistenni jitlesta sal-ahhar tal-2014.
2. Il-manutenzjoni tal-promenade ta’ Buġibba – xogħol ta’ manutenzjoni li jkun għaddej matul is-sena kollha.
3. Xogħol ta’ manutenzjoni fuq żewġ slipways fil-Qawra (in-naħa tas-Suncrest) li mistenni jitlesta fi ftit ġimgħat. It-twettieq ta’ dan ix-xogħol jiddependi mill-kundizzjoni tat -temp kif ukoll minn xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol.
Hu pjanat ukoll li jinbeda x-xogħol fuq it-tindif tas-Sukkors tas-Salina u bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-uffiċjali tal-MEPA dwar dan.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq Triq Xatbet l-Art f’Ħ'Attard?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Superintendance of Cultural Heritage (SCH) se tkompli bix-xogħlijiet fil-ġranet li ġejjin fuq Triq Xatbet l-Art, Ħ’Attard. Kif dan ix-xogħol jitlesta Transport Malta tkun tista' tkompli bix-xogħlijiet tagħha.