Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltacom — Ex-ħaddiema tat-Telemalta

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ kif il-persuna ex Telemalta employee (id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) ilu li spiċċa mix-xogħol għal aktar minn sena u għadu ma ħax il-pensjoni tas-Servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju tal-Personnel tal-Maltacom għadda l-informazzjoni kollha meħtieġa lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fl-14 ta' Jannar 1998.

Paceville — Bini ta' torri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4463?

Response (BONNICI, JOSEF)

Permezz ta' kuntratt iffirmat fl-20 ta' Ġunju 1998, Maltacom p.l.c. biegħet l-art li kellha f'San Ġiljan lill-Malta Government Investments Ltd u għaldaqstant kull proġett intiż għal dawk l-inħawi sar proprjeta' tal-Gvern Malti. Min-naħa tiegħu il-Gvern huwa marbut li jiddiskuti ma' Maltacom p.l.c. xi proġetti ntiżi fuq din l-art peress li l-kumpanija għad għandha l-Exchange ta' St. Georgeżs fuq din l-art. In kwantu għan-nefqa ta' pjanti u marketing li sar, mhux prudenti li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minħabba n-natura kummerċjali ta' l-istess informazzjoni. Madankollu minn dejjem kienet il-policy dikjarata tal-kumpanija, sa minn meta ġie mniedi l-proġett, li din in-nefqa kellu jagħmel tajjeb għaliha il-consortium li finalment jingħata l-inkarigu tal-proġett.

Azjendi/korporazzjonijiet/entitajiet — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-azjendi, korporazzjonijiet jew entitajiet fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju li qed jieħdu sussidju mill-istess gvern illum? Kemm ħadu kull wieħed sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm timpjega persuni kull entita' msemmija? X'se tkun il-policy tal-gvern rigward dawn is-sussidji rigward timeframes biex jitneħħew dawn is-sussidji fid-dawl tar-rapport ta' l-UE fuq Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

UE — Rapport fuq Malta

Question

Fid-dawl tar-rapport li għadu kemm ħareġ fuq Malta mill-UE, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-oġġetti mportati li għandhom levy fuqhom illum? Kemm hi l-levy fuq kull oġġett? Kif u fuq liema time scale beħsiebu jimxi l-gvern biex dawn il-levies jitneħħew fid-dawl tar-rapport riċenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba tinsab fil-Local Manufacturers Promotion Act ta' l-1989 u l-emendi relattivi kif pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar time scale.

Maltacom — Pander Place

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4465?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5061.
Leg 9 PQ #3250 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġużeppi Montebello - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġużeppi Monbtebello ma' Triq Lorenzo Gonzi f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3251 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sant'Anna - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sant'Anna f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3252 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Birbixkilla - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fil-kerrejja ġo Triq Birbixkilla f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3253 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq it-Tamal - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa ma' Dar Nazareth fi Triq it-Tamal f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3254 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq is-Sorijiet - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġdida fi Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3255 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Randon - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Randon f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Prezzijiet — Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu complaints dwar għoli ta' prezzijiet fid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu dan ix-xahar? Kemm daħlu complaints fis-sitt xhur ta' qabel xahar b'xahar? X'kienu l-affarijiet li ġew irrapportati li għolew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul Jannar 1999, fil-Consumer Complaints Unit (Freephone 120) tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, daħlu 245 ilment. In-numru ta' lmenti, xahar b'xahar, li daħlu fl-istess Dipartiment fis-sitt xhur ta' qabel kien kif ġej:- XAHAR NUMRU TA' LMENTI Ġunju 102 Lulju 70 Awissu 118 Settembru 55 Ottubru 51 Novembru 30 Diċembru 26 L-ilmenti saru dwar dawn il-prodotti: affarijiet ta' ikel u xorb, żraben u ħwejjeġ, għamara, appliances, ġugarelli, tabakk u sigaretti, xi tipi ta' mediċini, pumi tal-bibien, souveniers, water filters, note-pads, riklami, ikel tal-qtates, insettiċidi, disinfettanti u deterġenti, prodotti tax-xagħar, nappies u toilet paper, żejt tal-karozzi, hair cuts u dwar servizzi ta' karozzi u pparkjar.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Imsida - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li saru mill-Maltacom fi Triq Indri Grima/Għabex, fl-Imsida huma tal-livell adekwat li jħalli t-triq passaġġa għall-karozzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Kumpanija biex tara li x-xogħolijiet li saru huma ta' livell adekwat.

Raħal Ġdid — Ġnien Wied Blandun - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li l-ġnien ta' Wied Blandun ġewwa Raħal Ġdid ikun imdawwal kif imiss, b'sistema ta' floodlighting li ġġib fix-xejn il-vandaliżmu kontinwu fuq il-bozoz li kien hemm? Jista' l-Ministru jara li jiġi żgurat li l-ġnien imsemmi ma jibqax fid-dlam assolut li ilu jirrenja fih għal dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li saru l-arranġamenti meħtieġa bejn l-Enemalta u l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex jinbeda x-xogħol fl-imsemmi ġnien.

MIA — Tax Free Shops

Question

Jista' l-Ministru jagħtini l-ammont ta' bejgħ (sales) mit-Tax Free Shops tal-MIA għas-sena 1997, 1998 u għax-xahar ta' Jannar, 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont ta' bejgħ mit-Tax Free Shop tal-MIA għas-sena 1997 kien ta' Lm9,021,193; għas-sena 1998 kien ta' Lm10,038,095 u matul Jannar 1999 kien ta' Lm535,162.
Leg 9 PQ #4941 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dawl fit-toroq Alessandra, Rikkardu Taylor u San Mark, kolla f'Bormla jiġi rranġat għax qed ikun ta' sikwit mitfi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fl-24 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #4968 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta/Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għall-perjodu mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma ħallsux il-kont? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4969 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-prezzijiet li għolew mingħajr ġustifikazzjoni jerġgħu għal dak li kienu qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk jirriżulta li prezz ta' prodott għola mingħajr ġustifikazzjoni, il-bejjiegħ li jkun għolla l-prezz jiġi ordnat iraħħas il-prezz għal dak ġust. Jekk, wara li ssir 'follow-up inspection', jinstab li l-bejjiegħ baqa' jippersisti fl-abbuż, dan jiġi mħarrek skond il-liġi.