Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Ġustizzja u Intern — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħu hu kif jidher fit-Tabella li qed inoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (BORG, TONIO)
Għall-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kiloWatt (peak) - kWp - fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Ta' min jgħid ukoll illi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi bdiet tiġi implimentata il-policy ta' Solar Heating. Fil-preżent id-diviżjoni numru 4 hija mgħammra bis-Solar heating għal użu tal-misħun. Hemm ippjanat li matul is-sitt xhur li ġejjin diviżjonijiet oħra u primarjament il-kċina jiġu mgħammra b'apparat solar flok dak preżenti ta' electric water heaters.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-offerti għall-bini tal-qorti l-ġdid f"Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta u jibda jiffunzjona dan il-qorti? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-homegħadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' dawl indikat kien sar mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-entita' msemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk it-tender ta' l-IT dwar l-introduzzjoni ta' l-arranġament Schengen kienx ġie rtirat u/jew maħruġ mill-ġdid? Lil min ġie aġġudikat dan it-tender?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu għax jeżistu bosta sistemi ta' l-IT relatati mas-sħubija ta' Malta fiż-żona Schengen.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt fis-6 ta' Ġunju 2007 għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18592. Minn dakinhar ma nbidel xejn ħlief li naqset persuna mis-Segretarjat Privat tiegħi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25786 rigward vending machines, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, inkella jurini personlament, il-permessi li nħarġu mill-kunsill lokali u dan minħabba li l-kunsill lokali in kwestjoni qed jiċħad li ngħataw il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kunsill lokali jistax jimponi xi forma ta' taxxa għall-armar ta' scaffoldingmeta dan ikun qed jagħlaq xi parti minn bankina? Jekk fl-affermattiv, sa kemm jista' jkun il-prezz mitlub?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond l-Avviż Legali 119 ta' l-2002, Kunsill Lokali jista' jitlob ħlas għal awtorizzazzjoni għal depożitu ta' materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f'xi triq (Regolament 7). Skond Skeda C ta' l-istess Avviż Legali, id-dritt dovut hu ta' Lm1 għal kull metru kwadru jew parti minnu għal kull jum (jew parti minnu).
Kemm daħlu pulizija fil-Korp, mis-sena 2000 sena b'sena sal-lum? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Meta ser toħroġ sejħa oħra biex jidħlu? Ġew ingaġġati pulizija mingħajr livell ordinarju ta' l-edukazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija bejn is-sena 2000 u 2006 kien hekk:
2000
2001
2002
2003
2005
2007
76
88
72
100
100
135
Fost il-kwalifiċi rikjesti f'dawn ir-reklutaġġi kienu li l-applikanti jkollhom ta' l-anqas 3 suġġetti f'livell Ordinarju, bi tnejn minnhom ikunu l-Malti u l-Ingliż. Għaldaqstant min ma kellux dawn il-kwalifiċi ma setgħax japplika.
Infurmat ukoll illi l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Mejju 2007, liema sejħa għalqet nhar l-4 ta' Ġunju 2007.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond f'Bormla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux milqut bil-liġi tal-Possession and Use?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant fil-fatt huwa mibni fuq art li ġiet esproprjata mill-Gvern taħt titlu ta' pussess u użu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26412 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fhiex wasal l-adjudication process ta' l-e-ID tender tal-Gvern? Liema kienu l-kumpanniji short listed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ebda tender ta' l-e-ID ma ġie pproċessat jew ser jiġi pproċessat minn dan il-Ministeru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (BORG, TONIO)
It-tweġiba hija fl-affermattiv. Il-garaxx jinsab fi Triq Saverio Buhagiar, B'Kara u nefqa għal kiri fl-2006 kienet ta' Lm250.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għal dak li ntqal fil-ġurnal Sunday Times ta' Londra minn kelliema tal-Frontex li "The responsibility to control the border rests with the EU Member States. Frontex just exists to enhance the co-operation of member states while doing that ..."?
Response (BORG, TONIO)
Huwa minnu li sa issa l-aġenzija Frontex m'għandhiex il-mezzi awtonomi tagħha, u lanqas ma taqdi funzjoni ta'
"
European Frontier Guard
", kif hemm il-ħsieb li ssir fil-futur. Il-funzjoni tagħha preżenti hi li tikkordina l-isforzi
ta' l-istati membri, li jfisser li jekk dawn ma jipparteċipawx f'operazzjoni partikolari, dik l-operazzjoni ma ssirx.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma nħossx li jkun prudenti li jingħataw l-ismijiet tal-persuni ikkonċernati.
Il-postijiet li ġew vakanti imtlew skond il-bżonn u r-riżorsi disponibbli.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26517, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kien il-membru fil-korp tal-pulizija li spiċċa mill-korp għal raġunijiet mediċi wara li ggradwa bħala avukat? X'kien il-grad tiegħu fil-korp?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li ma nħossx li dettalji personali ta' din in-natura għandhom ikunu ippublikati, ninsab infurmat illi din il-persuna kienet daħlet fil-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, fejn wara kien ġie promoss għal surġent u sussegwentement kien laħaq spettur. Pero' billi sakemm wasal biex jirtira kien għadu m'għaddiex il-perijodu bi prova, huwa kien spiċċa mill-Korp bħala surġent.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet u reati kriminali ġew rapportati lill-Pulizija u li okkorrew fis-Siġġiewi matul is-snin 2004, 2005, 2006? Kemm ġew solvuti minnhom dawn is-serqiet u reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Każi ta' serq
Solvuti
Reati oħra
Solvuti
2004
72
-
86
4
2005
90
4
103
7
2006
67
2
110
5